Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0428

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2011 tas- 27 ta’ April 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    ĠU L 113, 3.5.2011, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/428/oj

    3.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 113/6


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 428/2011

    tas-27 ta’ April 2011

    dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffa u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

    (3)

    Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

    (4)

    Huwa xieraq li tkun provduta informazzjoni tariffarja vinkolanti li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

    (5)

    Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma tax opinjoni fi ħdan il-limitu taż-żmien stipulat mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

    Artikolu 2

    Informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhix konformi ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2011.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    Algirdas ŠEMETA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

    (2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


    ANNESS

    Deskrizzjoni tal-prodotti

    Klassifikazzjoni

    (Kodiċi tan-NM)

    Raġunijiet

    (1)

    (2)

    (3)

    1.

    Apparat li jaħdem bil-batteriji fil-forma ta' ċilindru b'dimensjonijiet ta' madwar 21ċm għoli b'dijametru ta' 9 ċm u piż ta' madwar 310g (hekk imsejjaħ “distributur tal-ajrusol”) imfassal speċifikament biex jintuża flimkien ma' bott tal-ajrusol li jinbidel.

    L-appart huwa magħmul minn:

    sistema elettromekkanika għall-attivazzjoni ta' mekkaniżmu tal-isprej ta' bott tal-ajrusol,

    senser u buttuni għall-attivazzjoni tas-sistema elettromekkanika, u

    kustodja tal-plastik b'apertura li tippermetti li jitferrex l-ajrusol meta tiġi attivata s-sistema elettromekkanika.

    L-apparat, meta jiġi mgħammar b'bott tal-ajrusol, huwa kapaċi li jfewwaħ l-arja fi spazju limitat ġo bini billi jferrex porzjonijiet ta' fwieħa, jew meta s-senser jinduna bil-preżenza ta' persuna, jew f'intervalli regolari ssettjati minn qabel.

    8509 80 00

    Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 3(b) tal-Kapitolu 85 u bil-kliem tal-Kodiċi NM 8509  u 8509 80 00 .

    Minħabba li l-apparat innifsu la jipproġetta, jifrex u lanqas jisprejja imma sempliċiment jattiva l-mekkaniżmu tal-isprej tal-bott tal-ajrusol, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8424 hija eskluża.

    L-apparat huwa tagħmir elettromekkaniku b'mutur ġo fih taħt l-intestatura 8509 li huwa tat-tip li jintuża b'mod komuni għal skopijiet domestiċi.

    Għaldaqstant għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8509 80 00 .

    2.

    Sett imtella’ għall-bejgħ bl-imnut li jikkonsisti minn:

    tagħmir elettromekkaniku (hekk imsejjaħ “distributur tal-ajrusol”), u

    bott tal-ajrusol li jinbidel.

    Id-“distributur tal-ajrusol” huwa apparat li jaħdem bil-batteriji fil-forma ta' ċilindru b'dimensjonijiet ta' madwar 21ċm għoli b'dijametru ta' 9 ċm u piż ta' madwar 310g li huwa magħmul minn:

    sistema elettromekkanima għall-attivazzjoni ta' mekkaniżmu tal-isprej tal-bott tal-ajrusol,

    senser u buttuni għall-attivazzjoni tas-sistema elettromekkanika, u

    kustodja tal-plastik b'apertura li tippermetti li jitferrex l-ajrusol meta tiġi attivata s-sistema elettromekkanika.

    Il-bott tal-ajrusols fih fwieħa għall-kmarar preparata, taħt il-Kodiċi NM 3307 49 00 .

    Id-“distibutur tal-ajrusol”, meta jiġi mgħammar b'bott tal-ajrusol, huwa kapaċi li jfewwaħ l-arja fi spazju limitat ġo bini billi jferrex porzjonijiet ta' fwieħa, jew meta s-senser jinduna bil-preżenza ta' persuna, jew f'intervalli regolari ssettjati minn qabel.

    Il-bott tal-ajrusol huwa prodott konsumabbli li jista' jiġi sostitwit meta jiżvojta b'bott tal-ajrusol ieħor bl-istess dimensjonijiet.

    8509 80 00

    Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 3(b) tal-Kapitolu 85 u bil-kliem tal-Kodiċi NM 8509  u 8509 80 00 .

    Il-komponent li jagħti s-sett il-karattru essenzjali tiegħu huwa d-distributur tal-ajrusol minħabba li huwa użat b'mod permanenti filwaqt li l-bott tal-ajrusol irid jinbidel meta jiżvojta.

    Minħabba li l-apparat innifsu la jipproġetta, jifrex u lanqas jisprejja imma sempliċiment jattiva l-mekkaniżmu tal-isprej tal-bott tal-ajrusol, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8424 hija eskluża.

    L-apparat huwa tagħmir elettromekkaniku b'mutur ġo fih taħt l-intestatura 8509 li huwa tat-tip li jintuża b'mod komuni għal skopijiet domestiċi.

    Għaldaqstant is-sett għandu jiġi kklassifikat taħt il-Kodiċi NM 8509 80 00 .


    Top