Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0419

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 419/2011 tad- 29 ta’ April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire

    ĠU L 111, 30.4.2011, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/06/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0907

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/419/oj

    30.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 111/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 419/2011

    tad-29 ta’ April 2011

    li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 tat-12 ta’ April 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11a(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-12 ta’ April 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 560/2005.

    (2)

    Fid-dawl tal-iżviluppi fil-Côte d’Ivoire, il-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 560/2005 għandha tiġi emendata,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-entitajiet elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 560/2005.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    MARTONYI J.


    (1)  ĠU L 95, 14.4.2005, p. 1 (Verżjoni MT: ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 347).


    ANNESS

    ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

    1.

    PETROCI (Soċjetà Nazzjonali tal-Operazzjonijiet Petroliferi tal-Côte d’Ivoire)

    2.

    BNI (Bank Nazzjonali tal-Investiment)

    3.

    BFA (Bank għall-Finanzjament tal-Agrikoltura)

    4.

    Bank Versus

    5.

    Caisse d’Epargne de Côte d’Ivoire

    6.

    Banque de l’Habitat de Côte d’Ivoire (BHCI)


    Top