This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0368
Commission Regulation (EU) No 368/2011 of 12 April 2011 establishing a prohibition of fishing for northern prawn in Norwegian waters south of 62° N by vessels flying the flag of Sweden
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 368/2011 tat- 12 ta’ April 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana fl-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta' 62° N minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Isvezja
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 368/2011 tat- 12 ta’ April 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana fl-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta' 62° N minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Isvezja
ĠU L 101, 15.4.2011, p. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2011
15.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 368/2011
tat-12 ta’ April 2011
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana fl-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta' 62° N minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Isvezja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011. |
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011. |
(3) |
Għalhekk, hu neċessarju li l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk jiġu pprojbiti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd tal-2011 għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament u allokata lill-Istat Membru msemmi fih għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
ANNESS
Nru |
8/T&Q |
Stat membru |
L-ISVEZJA |
Stokk |
PRA/04-N. |
Speċi |
Gambli tat-Tramuntana (Pandalus borealis) |
Żona |
L-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta’ 62° N |
Data |
28 ta’ Marzu 2011 |