This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0364
Commission Regulation (EU) No 364/2011 of 13 April 2011 amending Annex I to Commission Regulation (EC) No 798/2008 and amending Commission Regulation (EC) No 1291/2008 as regards a control programme for Salmonella in certain poultry and eggs in Croatia in accordance with Regulation (EC) No 2160/2003 of the European Parliament and of the Council and correcting Commission Regulations (EU) No 925/2010 and (EU) No 955/2010 Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 364/2011 tat- 13 ta’ April 2011 li jemenda l-Anness I għar-Regolament Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2008 dwar programmi ta’ kontroll tas- Salmonella f’ċerti tjur u bajd fil-Kroazja skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 925/2010 u (UE) Nru 955/2010 Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 364/2011 tat- 13 ta’ April 2011 li jemenda l-Anness I għar-Regolament Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2008 dwar programmi ta’ kontroll tas- Salmonella f’ċerti tjur u bajd fil-Kroazja skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 925/2010 u (UE) Nru 955/2010 Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 100, 14.4.2011, p. 30–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
14.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 100/30 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 364/2011
tat-13 ta’ April 2011
li jemenda l-Anness I għar-Regolament Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2008 dwar programmi ta’ kontroll tas-Salmonella f’ċerti tjur u bajd fil-Kroazja skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 925/2010 u (UE) Nru 955/2010
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2)(b) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu;
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (3), u b’mod partikolari l-Artikoli 23(1) u 26(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (4) jistipula r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet lejn u t-tranżitu mill-Unjoni ta’ dawk il-prodotti. Dan jistipula li l-prodotti koperti minn dak ir-Regolament għandhom biss ikunu importati, fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu mill-pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li huma elenkati fil-kolonni 1 u 3 fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu. |
(2) |
Id-definizzjoni ta’ bajd stipulata fil-punt 5.1 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (5) ma tinkludix bajd imsajjar filwaqt li d-definizzjoni ta’ prodotti tal-bajd stabbilita fil-punt 7.3 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament tkopri l-bajd imsajjar. Għalhekk, il-kodiċi xieraq tas-Sistema Armonizzata (HS) tal-Organizzazzjoni Doganali Dinjija għall-bajd imsajjar, speċifikament l-04.07, għandu jkun hemm riferenza għalih fiċ-ċertifikat veterinarju mudell għall-prodotti tal-bajd stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008. |
(3) |
Meta l-prodotti tal-bajd koperti bil-kodiċi HS 04.07 joriġinaw minn żona taħt restrizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali jiġu importati fl-Unjoni, huwa neċessarju li dawk il-prodotti jkunu ġew suġġetti għal trattament xieraq għall-inattivazzjoni ta’ dawn l-aġenti tal-mard. Għal dan l-għan, ċerti trattamenti għal prodotti tal-bajd rrakkomandati fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) bħala standards għall-kummerċ internazzjonali għandhom jitqiesu u jiġu inklużi fl-attestazzjoni tas-Saħħa tal-Annimali fil-Parti II taċ-ċertifikat veterinarju mudell għall-prodotti tal-bajd. |
(4) |
Għalhekk, iċ-ċertifikat veterinarju mudell għall-prodotti tal-bajd stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat kif jixraq. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 jistipula regoli għall-kontroll tas-Salmonella f’popolazzjonijiet ta’ tjur differenti fl-Unjoni. Dan jistipula li l-ammissjoni jew iż-żamma fil-listi ta’ pajjiżi terzi stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għall-ispeċi jew il-kategoriji relevanti, li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw dawk l-annimali jew bajd għat-tifqis koperti minn dak ir-Regolament hija suġġetta għall-preżentazzjoni lill-Kummissjoni mill-pajjiż terz ikkonċernat ta’ programm ta’ kontroll għas-Salmonella b’garanziji ekwivalenti għal dawk li jinsabu fil-programmi ta’ kontroll nazzjonali għas-Salmonella fl-Istati Membri. |
(6) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ kontroll tas-salmonella f’ċerti pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-elenkar ta’ programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur f’ċerti pajjiżi terzi u li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 (6) japprova l-programmi ta’ kontroll ippreżentati mill-Kroazja fil-11 ta’ Marzu 2008 fir-rigward tas-Salmonella fit-tjur tat-tgħammir tal-Gallus gallus, il-bajd tat-tifqis tagħhom, it-tiġieġ tal-bajd tal-Gallus gallus, il-bajd tagħhom u l-flieles ta’ jum tal-ispeċi Gallus gallus maħsuba għat-tgħammir jew biex ibidu. |
(7) |
Il-programmi ta’ kontroll ippreżentati mill-Kroazja fil-11 ta’ Marzu 2008 wkoll jipprovdu l-garanziji meħtieġa bir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 għall-kontroll tas-Salmonella fil-qatgħat l-oħra kollha tal-Gallus gallus. Dawn il-programmi għandhom għalhekk ikunu approvati. Ir-Regolament (KE) Nru 1291/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(8) |
L-annotazzjoni għall-Kroazja fil-lista fil-Parti 1 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha tiġi emendata biex tqis l-approvazzjoni tal-programmi għall-kontroll tas-Salmonella fil-qatgħat l-oħra kollha tal-Gallus gallus. |
(9) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/843/KE tal-11 ta’ Diċembru 2007 dwar l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ kontroll tas-Salmonella f’qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus f’ċerti pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda d-Deċiżjoni 2006/696/KE, fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti tas-saħħa pubblika fl-importazzjoni ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis (7) tapprova l-programm ta’ kontroll ippreżentat mit-Tuneżija għas-Salmonella f’qatgħat ta’ tiġieġ għat-tgħammir, skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003. F’dik id-Deċiżjoni, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/238/EU (8), il-programm ippreżentat mit-Tuneżija tħassar minħabba li dak l-pajjiż terz waqqaf il-programm. L-anotazzjoni għat-Tuneżija fil-lista fil-Parti 1 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha tiġi emendata biex tqis dak it-tħassir. |
(10) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 798/2008 u (KE) Nru 1291/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
(11) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 925/2010 tal-15 ta’ Ottubru 2010 li jemenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE u r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward ta’ tranżitu mill-Unjoni ta’ laħam tat-tjur u prodotti tal-laħam tat-tjur mir-Russja (9) fih żball ovvju fl-annotazzjoni għall-Iżrael (IL-2), fil-kolonna 7 tat-tabella stabbilita fl-Anness II għal dak ir-Regolament, li għandu jiġi kkoreġut. Ir-Regolament ikkoreġut għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament. |
(12) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 955/2010 tat-22 ta’ Ottubru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-użu ta’ vaċċini kontra l-marda ta’ Newcastle (10) fih żball fiċ-ċertifikat veterinarju mudell korrispondenti għal-laħam tat-tjur (POU) stabbilit fl-Anness għal dak ir-Regolament. L-iżball jikkonċerna l-annotazzjoni “Tip ta’ trattament”, li kienet ġiet introdotta bi żball fil-Parti I (Dettalji tal-konsenja mibgħuta) fil-kaxxa I.28 ta’ dak iċ-ċertifikat. L-annotazzjoni “Tip ta’ trattament” mhijiex applikabbli għal-laħam tat-tjur u għalhekk għandha titħassar miċ-ċertifikat mudell. Dak l-iżball għandu jiġi kkorreġut. |
(13) |
Huwa xieraq li jiġi stipulat perjodu tranżitorju biex jippermetti li l-Istati Membri u l-industrija jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja applikabbli wara l-korrezzjoni għar-Regolament (UE) Nru 955/2010. |
(14) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 925/2010 u (KE) Nru 955/2010 għalhekk għandhom jiġu emendati skont dan. |
(15) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 798/2008
L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1291/2008
L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2008 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 1
Il-programmi ta’ kontroll ippreżentati mill-Kroazja lill-Kummissjoni fil-11 ta’ Marzu 2008 skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 huma b’dan approvati fir-rigward tas-Salmonella fil-qatgħat kollha tal-Gallus gallus.”
Artikolu 3
Korrezzjoni tar-Regolament (UE) Nru 925/2010
Fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 925/2010, fl-annotazzjoni għall-Iżrael (IL-2), il-kolonna 7 hija kkoreġuta kif ġej:
(a) |
fil-linja għaċ-ċertifikati veterinarji mudelli “BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP”, id-data “1.5.2010” hija mibdula bl-ittra “A”; |
(b) |
fil-linja għaċ-ċertifikat veterinarju mudell ‘WGM’, l-“A” għandha titħassar. |
Artikolu 4
Korrezzjoni għar-Regolament (UE) Nru 955/2010
Fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 955/2010, fil-punt (a), fil-kaxxa I.28 tal-Parti I taċ-ċertifikat veterinarju mudell għal-laħam tat-tjur (POU), il-kliem “Tip ta’ Trattament” tħassru.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2011.
Madankollu, l-Artikolu 3 għandu japplika mill-5 ta’ Novembru 2010 u l-Artikolu 4 mill-1 ta’ Lulju 2011.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1.
(3) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.
(4) ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.
(5) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(6) ĠU L 340, 19.12.2008, p. 22.
(7) ĠU L 332, 18.12.2007, p. 81.
(8) Ara paġna 73 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(9) ĠU L 272, 16.10.2010, p. 1.
(10) ĠU L 279, 23.10.2010, p. 3.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat kif ġej:
(a) |
il-Parti 1 hija emendata kif ġej:
|
(b) |
Fil-Parti 2, il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-prodotti tal-bajd (EP) jinbidel b’dan li ġej: “Ċertifikat veterinarju mudell għall-prodotti tal-bajd (EP) Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni |