This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0334
Commission Regulation (EU) No 334/2011 of 7 April 2011 amending Regulation (EU) No 185/2010 laying down detailed measures for the implementation of the common basic standards on aviation security Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 334/2011 tas- 7 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 334/2011 tas- 7 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 94, 8.4.2011, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 14/11/2015; Impliċitament imħassar minn 32015R1998
8.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 334/2011
tas-7 ta’ April 2011
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-restrizzjonijiet fuq likwidi, ajrusols u ġellijiet ttrasportati minn passiġġieri li jaslu fuq titjiriet minn pajjiżi terzi u li jittrasferixxu f’ajruporti tal-Unjoni joħolqu ċerti diffikultajiet operattivi f’dawk l-ajruporti u jikkaġunaw inkonvenjent għall-passiġġieri kkonċernati. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 358/2010 tat-23 ta’ April 2010 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta’ Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (2) jipprovdi għall-eżenzjonijiet biex il-passiġġieri jkunu jistgħu jġorru likwidi, ajrusols u ġellijiet miksuba f’ċerti ajruporti li jinsabu f’pajjiżi terzi. Dawk l-eżenzjonijiet jiskadu fid-29 ta’ April 2011. |
(3) |
Dawk l-eżenzjonijiet iffaċilitaw l-operazzjonijiet u l-konvenjenza fir-rigward ta’ passiġġieri li jittrasferixxu u li jkunu qed iġorru likwidi, ajrusols u ġellijiet li jaslu fuq titjiriet minn pajjiżi terzi u jittrasferixxu f’ajruporti tal-Unjoni, filwaqt li żammew livell għoli ta’ sigurtà fl-avjazzjoni. Sakemm ikomplu jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li taħthom ingħataw dawk l-eżenzjonijiet f’dawk l-ajruporti fil-pajjiżi terzi, dawk il-benefiċċji għandhom jinżammu. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta’ Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (3) għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili mwaqqaf permezz tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 185/2010 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 105, 27.4.2010, p. 12.
ANNESS
Fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010, Kapitolu 4, il-punt 4.1.3.4(g) jinbidel b’dan li ġej:
“(g) |
miksub f’ajruport li jinsab f’pajjiż terz li jinsab fil-lista tal-Hemża 4-D, bil-kundizzjoni li l-LAG ikun ippakkjat f’borża STEB (li turi li ma ġietx imbagħbsa) li turi biżżejjed provi li jkun inxtara fin-naħa ta’ ġewwa (airside) tal-ajruport fl-aħħar 36 siegħa. L-eżenzjonijiet stabbiliti f’dan il-punt għandhom jiskadu fid-29 ta’ April 2013.” |