EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0301

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 301/2011 tat- 28 ta’ Marzu 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 rigward l-aġġustament tat-tariffi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għar-rata tal-inflazzjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 81, 29.3.2011, p. 5–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/301/oj

29.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 301/2011

tat-28 ta’ Marzu 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 rigward l-aġġustament tat-tariffi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għar-rata tal-inflazzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 tal-10 ta’ Frar 1995 dwar il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 67(3) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (2), id-dħul tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”) jikkonsisti f’kontribuzzjoni mill-Unjoni u fit-tariffi mħallsa minn intrapriżi lill-Aġenzija. Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 jistabbilixxi l-kategoriji u l-livelli ta’ dawn it-tariffi.

(2)

L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 297/95 jeħtieġ li t-tariffi tal-Aġenzija jiġu aġġornati kull sena b’referenza għar-rata ta’ inflazzjoni.

(3)

Dawn it-tariffi għalhekk għandhom jiġu aġġornati b’referenza għar-rata ta’ inflazzjoni tal-2010. Ir-rata tal-inflazzjoni fl-Unjoni, kif ippubblikata mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea (Eurostat), kienet 2,1 % fl-2010.

(4)

Għal raġunijiet ta’ sempliċità, il-livelli aġġustati tat-tariffi għandhom jiġu aġġustati lejn l-eqreb EUR 100.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li jkunu pendenti fl-1 ta’ April 2011.

(7)

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 297/95 l-aġġornament għandu jsir b’effett mill-1 ta’ April 2011. Għalhekk jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza u li jibda japplika minn din id-data,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-Paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel sottoparagrafu, “EUR 254 100” hija mibdula għal “EUR 259 400”;

fit-tieni sottoparagrafu, “EUR 25 500” hija mibdula għal “EUR 26 000”;

fit-tielet sottoparagrafu, “EUR 6 400” hija mibdula għal “EUR 6 500”;

(ii)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel sottoparagrafu, “EUR 98 600” hija mibdula għal “EUR 100 700”;

fit-tieni sottoparagrafu, “EUR 164 200” hija mibdula għal “EUR 167 600”;

fit-tielet sottoparagrafu, “EUR 9 800” hija mibdula għal “EUR 10 000”;

fir-raba’ sottoparagrafu, “EUR 6 400” hija mibdula għal “EUR 6 500”;

(iii)

il-punt (c) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel sottoparagrafu, “EUR 76 300” hija mibdula għal “EUR 77 900”;

fit-tieni sottoparagrafu, “EUR 19 100 sa EUR 57 200” hija mibdula għal “EUR 19 500 sa EUR 58 400”;

fit-tielet sottoparagrafu, “EUR 6 400” hija mibdula għal “EUR 6 500”;

(b)

il-Paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel sottoparagrafu tal-punt (a) huwa emendat kif ġej:

“EUR 2 700” hija mibdula għal “EUR 2 800”;

“EUR 6 400” hija mibdula għal “EUR 6 500”;

(ii)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel sottoparagrafu, “EUR 76 300” hija mibdula għal “EUR 77 900”;

fit-tieni sottoparagrafu, “EUR 19 100 sa EUR 57 200” hija mibdula għal “EUR 19 500 sa EUR 58 400”.

(c)

Fil-paragrafu 3, “EUR 12 600” hija mibdula għal “EUR 12 900”.

(d)

Fil-paragrafu 4, “EUR 19 100” hija mibdula għal “EUR 19 500”.

(e)

Fil-paragrafu 5, “EUR 6 400” hija mibdula għal “EUR 6 500”.

(f)

Il-Paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel sottoparagrafu, “EUR 91 100” hija mibdula għal “EUR 93 000”;

(ii)

fit-tieni sottoparagrafu, “EUR 22 700 sa EUR 68 300” hija mibdula għal “EUR 23 200 sa EUR 69 700”.

(2)

Fl-Artikolu 4, “EUR 63 400” hija mibdula għal “EUR 64 700”.

(3)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-Paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel sottoparagrafu, “EUR 127 100” hija mibdula għal “EUR 129 800”;

fit-tieni sottoparagrafu, “EUR 12 600” hija mibdula għal “EUR 12 900”;

fit-tielet sottoparagrafu, “EUR 6 400” hija mibdula għal “EUR 6 500”;

ir-raba’ sottoparagrafu huwa emendat kif ġej:

“EUR 63 400” hija mibdula għal “EUR 64 700”;

“EUR 6 400” hi mibdula għal “EUR 6 500”;

(ii)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel sottoparagrafu, “EUR 63 400” hija mibdula għal “EUR 64 700”;

fit-tieni sottoparagrafu, “EUR 107 400” hija mibdula għal “EUR 109 700”;

fit-tielet sottoparagrafu, “EUR 12 600” hija mibdula għal “EUR 12 900”;

fir-raba’ sottoparagrafu, “EUR 6 400” hija mibdula għal “EUR 6 500”;

il-ħames sottoparagrafu huwa emendat kif ġej:

“EUR 31 700” hija mibdula għal “EUR 32 400”;

“EUR 6 400” hija mibdula għal “EUR 6 500”;

(iii)

il-punt (c) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel sottoparagrafu, “EUR 31 700” hija mibdula għal “EUR 32 400”;

fit-tieni sottoparagrafu, “EUR 7 900 sa EUR 23 700” hija mibdula għal “EUR 8 100 sa EUR 24 200”;

fit-tielet sottoparagrafu, “EUR 6 400” hija mibdula għal “EUR 6 500”.

(b)

il-Paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

“EUR 2 700” hija mibdula għal “EUR 2 800”;

“EUR 6 400” hija mibdula għal “EUR 6 500”;

(ii)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel sottoparagrafu, “EUR 38 100” hija mibdula għal “EUR 38 900”;

fit-tieni sottoparagrafu, “EUR 9 500 sa EUR 28 600” hija mibdula għal “EUR 9 700 sa EUR 29 200”;

fit-tielet sottoparagrafu, “EUR 6 400” hija mibdula għal “EUR 6 500”.

(c)

Fil-paragrafu 3, “EUR 6 400” hija mibdula għal “EUR 6 500”.

(d)

Fil-paragrafu 4, “EUR 19 100” hija mibdula għal “EUR 19 500”.

(e)

Fil-paragrafu 5, “EUR 6 400” hija mibdula għal “EUR 6 500”.

(f)

Il-Paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel sottoparagrafu, “EUR 30 400” hija mibdula għal “EUR 31 000”;

(ii)

fit-tieni sottoparagrafu, “EUR 7 600 sa EUR 22 700” hija mibdula għal “EUR 7 800 sa EUR 23 200”.

(4)

Fl-Artikolu 6, “EUR 38 100” hija mibdula għal “EUR 38 900”.

(5)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel paragrafu, “EUR 63 400” hija mibdula għal “EUR 64 700”;

(b)

fit-tieni paragrafu, “EUR 19 100” hija mibdula għal “EUR 19 500”.

(6)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-Paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

fit-tieni sottoparagrafu, “EUR 76 300” hija mibdula għal “EUR 77 900”;

(ii)

fit-tielet sottoparagrafu, “EUR 38 100” hija mibdula għal “EUR 38 900”;

(iii)

fir-raba’ sottoparagrafu, “EUR 19 100 sa EUR 57 200” hija mibdula għal “EUR 19 500 sa EUR 58 400”;

(iv)

fil-ħames sottoparagrafu, “EUR 9 500 sa EUR 28 600” hija mibdula għal “EUR 9 700 sa EUR 29 200”;

(b)

il-Paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

fit-tieni sottoparagrafu, “EUR 254 100” hija mibdula għal “EUR 259 400”;

(ii)

fit-tielet sottoparagrafu, “EUR 127 100” hija mibdula għal “EUR 129 800”;

(iii)

fil-ħames sottoparagrafu, “EUR 2 700 sa EUR 219 000” hija mibdula għal “EUR 2 800 sa EUR 223 600”;

(iv)

fis-sitt sottoparagrafu, “EUR 2 700 sa EUR 109 600” hija mibdula għal “EUR 2 800 sa EUR 111 900”.

(c)

Fil-paragrafu 3, “EUR 6 400” hija mibdula għal “EUR 6 500”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li jkunu pendenti fl-1 ta’ April 2011.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ April 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 35, 15.2.1995, p. 1.

(2)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.


Top