This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0283
Commission Regulation (EU) No 283/2011 of 22 March 2011 amending Regulation (EC) No 633/2007 as regards the transitional arrangements referred to in Article 7 Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2011 tat- 22 ta’ Marzu 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 633/2007 fir-rigward tal-arranġamenti tranżizzjonali msemmija fl-Artikolu 7 Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2011 tat- 22 ta’ Marzu 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 633/2007 fir-rigward tal-arranġamenti tranżizzjonali msemmija fl-Artikolu 7 Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 77, 23.3.2011, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 04/10/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R1771
23.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 77/23 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 283/2011
tat-22 ta’ Marzu 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 633/2007 fir-rigward tal-arranġamenti tranżizzjonali msemmija fl-Artikolu 7
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament dwar l-interoperabilità) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(5) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-implimentazzjoni ta’ protokoll ta’ trasferiment ta’ messaġġ tat-titjira hu intiż li jiġi użat għall-iskambju tad-dejta tat-titjira skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1032/2006 tas-6 ta’ Lulju 2011 li jistipula rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta’ tagħrif dwar it-titjiriet bejn ċentri tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għall-iskopijiet ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet (3). |
(2) |
Sabiex ikun konformi mar-rekwiżiti tal-punt 6 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 633/2007 tas-7 ta’ Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta’ protokoll ta’ trasferiment ta’ messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta’ titjiriet bejn ċentri ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru (4), uħud mill-Istati Membri jew fornituri tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru jridu jaġġornaw mhux biss in-netwerk tal-Protokoll tal-Internet (PI) iżda anke ħafna mis-sistemi tad-dejta tat-titjiriet u l-infrastruttura tan-netwerk. L-aġġornament ta’ dawn is-sistemi qabel l-20 ta’ April 2011 jista’ jkollu impatt finanzjaru sinifikanti fuq l-Istati Membri kkonċernati jew il-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru, u għal din ir-raġuni, arranġamenti tranżizzjonali xierqa għandhom jikkontribwixxu biex tkun minimizzata l-ispiża. |
(3) |
Matul il-perjodu ta’ validità tal-arranġamenti tranżizzjonali, l-Istati Membri jew il-fornituri tas-servizz bl-ajru konċernati għandhom japplikaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-interoperabilità fin-netwerk ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru Ewropew (minn hawn ’il quddiem (EATMN). |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 633/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 633/2007, fl-Artikolu 7, l-ewwel żewġ paragrafi huma nnumerati u qed jiżdiedu l-paragrafi 3, 4 u 5 li ġejjin:
“3. Meta Stat Membru jew fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru jkun qed jiżviluppa protokoll ta’ trasferiment ta’ messaġġ tat-titjira flimkien mal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1032/2006 bejn is-sistemi tiegħu, is-sistemi msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) u (b) għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Anness I sal-31 ta’ Diċembru 2012.
4. Meta Stat Membru jew fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru jkun ordna jew iffirma kuntratt li jorbot jew ikun żviluppa protokoll ta’ trasferiment ta’ messaġġ tat-titjira għas-sistemi msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) u (b) qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sabiex ma jkunux jistgħu jiġu garantiti r-rekwiżiti tal-punt 6 tal-Anness, il-fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru jew it-taqsima militari ta’ kontroll jista’ juża verżjonijiet oħra tal-protokoll tal-Internet għall-komunikazzjonijiet ‘peer to peer’ bejn is-sistemi tagħhom sal-31 ta’ Diċembru 2014.
Dawk l-Istati Membri jew il-fornituri tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet ‘peer to peer’ mis-sistemi tagħhom għal dawk ta’ Stati Membri jew fornituri tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru oħra jkunu konformi mar-rekwiżiti speċifikati fl-Anness I sakemm ftehim bilaterali magħmul qabel l-20 ta’ April 2011 jkun jippermetti l-użu ta’ verżjonijiet oħra tal-protokoll tal-Internet għal perjodu tranżizzjonali li jintemm mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014.
5. L-Istati Membri msemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandhom jikkomunikaw informazzjoni dettaljata dwar il-miżuri applikati mill-fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru jew mit-taqsimiet militari ta’ kontroll lill-Kummissjoni qabel l-20 ta’ April 2011 sabiex tkun żgurata l-interoperabilità tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) u (b) tal-EATMN.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.
(3) ĠU L 186, 7.7.2006, p. 27.