This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0242
Commission Implementing Regulation (EU) No 242/2011 of 11 March 2011 entering a name in the register of protected designations of origin and protected geographical indications (Chleb prądnicki (PGI))
Regolament Implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 242/2011 tal- 11 ta’ Marzu 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Chleb prądnicki (IĠP)]
Regolament Implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 242/2011 tal- 11 ta’ Marzu 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Chleb prądnicki (IĠP)]
ĠU L 66, 12.3.2011, pp. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
12.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 66/17 |
REGOLAMENT IMPLIMENTATTIV TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 242/2011
tal-11 ta’ Marzu 2011
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Chleb prądnicki (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mressqa mill-Polonja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Chleb prądnicki” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Dacian CIOLOŞ
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Oġġetti tal-ikel imniżżlin fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 510/2006:
Klassi 2.4: Prodotti tal-furnar, kejkijiet, ħlewwiet jew gallettini
IL-POLONJA
Chleb prądnicki (IĠP)