Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0212

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 212/2011 tat- 3 ta' Marzu 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal- Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ li jbidu (detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 59, 4.3.2011, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/02/2020; Imħassar b' 32020R0151

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/212/oj

    4.3.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 59/1


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 212/2011

    tat-3 ta' Marzu 2011

    li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ li jbidu (detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din it-tip ta’ awtorizzazzjoni.

    (2)

    Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (3)

    L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tal-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ li jbidu, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

    (4)

    L-użu tal-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M ġie awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien għat-tiġieġ għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 (2), mingħajr limitu taż-żmien għall-ħnieżer għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2036/2005 (3), u għal 10 snin għas-salmonidi u l-gambli mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2009 (4) u għall-ħnienes miftuma mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1120/2010 (5).

    (5)

    Ġiet ippreżentata dejta ġdida bħala sostenn għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M għat-tiġieġ li jbidu. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-5 ta' Ottubru 2010 (6) li l-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, ma għandhiex effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent, u li l-użu tagħha jżid l-intensità li bih tbid l-ispeċi fil-mira b'mod sinifikanti. L-Awtorità tikkunsidra li ma hemmx bżonn għal rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf, fl-għalf mibgħut mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (6)

    Il-valutazzjoni tal-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

    (7)

    Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Peramanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li taqa’ taħt il-kategorija “addittivi żootekniċi” u mal-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6.

    (3)  ĠU L 328, 15.12.2005, p. 13.

    (4)  ĠU L 257, 30.9.2009, p. 10.

    (5)  ĠU L 317, 3.12.2010, p. 12.

    (6)  EFSA Journal 2010; 8(10):1865.


    ANNESS

    Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija tal-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

    CFU/kg ta’ prodott tal-għalf komplet b'kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

    Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana

    4d1712

    Lallemand SAS

    Pediococcus acidilactici

    CNCM MA 18/5M

     

    Il-kompożizzjoni tal-addittiv

    Preparazzjoni ta' Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M li fiha minimu ta' 1 × 1010 CFU/g

     

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

    Ċelloli vijabbli ta' Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M

     

    Metodi analitiċi  (1)

     

    Enumerazzjoni: metodu tat-tifrix bl-użu tal-MSR agar (EN 15786:2009)

     

    Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE)

    Tiġieġ li jbidu

    1 × 109

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita ta’ qabel, indika t-temperatura tal-ħżin, it-tul tal-ħżin u l-istabbiltà għall-pelleting.

    2.

    Għas-sigurtà: għandhom jintlibsu xi ħaġa għall-protezzjoni tal-imnifsejn, nuċċali u ingwanti waqt l-immaniġġjar

    l-24 ta’ Marzu 2021


    (1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


    Top