Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0203

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 203/2011 tal- 1 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

    ĠU L 57, 2.3.2011, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/203/oj

    2.3.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 57/19


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 203/2011

    tal-1 ta’ Marzu 2011

    li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

    Billi:

    Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Marzu 2011.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2011.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


    ANNESS

    il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

    (EUR/100 kg)

    Kodiċi NM

    Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

    Valur fiss tal-importazzjoni

    0702 00 00

    IL

    122,2

    MA

    46,8

    TN

    113,1

    TR

    95,7

    ZZ

    94,5

    0707 00 05

    TR

    159,9

    ZZ

    159,9

    0709 90 70

    MA

    31,5

    TR

    100,8

    ZZ

    66,2

    0805 10 20

    EG

    56,9

    IL

    78,2

    MA

    55,1

    TN

    41,5

    TR

    67,9

    ZA

    37,9

    ZZ

    56,3

    0805 50 10

    MA

    45,9

    TR

    51,2

    ZZ

    48,6

    0808 10 80

    BR

    55,2

    CA

    126,3

    CN

    90,2

    MK

    54,8

    US

    148,5

    ZZ

    95,0

    0808 20 50

    AR

    91,1

    CL

    188,1

    CN

    52,4

    US

    96,8

    ZA

    109,6

    ZZ

    107,6


    (1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


    Top