EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0202

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 202/2011 tal- 1 ta’ Marzu 2011 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 fir-rigward tad-definizzjoni ta’ prodotti tas-sajd u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1010/2009 fir-rigward tal-mudelli għan-notifika minn qabel, punti ta’ riferiment għall-ispezzjonijiet fil-port u skemi rikonoxxuti tad-dokumentazzjoni tal-qbid adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd

ĠU L 57, 2.3.2011, p. 10–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/202/oj

2.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 57/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 202/2011

tal-1 ta’ Marzu 2011

li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 fir-rigward tad-definizzjoni ta’ prodotti tas-sajd u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1010/2009 fir-rigward tal-mudelli għan-notifika minn qabel, punti ta’ riferiment għall-ispezzjonijiet fil-port u skemi rikonoxxuti tad-dokumentazzjoni tal-qbid adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (1) tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, u b’mod partikolari l-Artikoli 9(1), 12(5), 13(1) u 52 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 japplika għal prodotti tas-sajd kif definiti fl-Artikolu 2 tiegħu. L-Anness I għal dak ir-Regolament jelenka l-prodotti esklużi mid-definizzjoni ta’ prodotti tas-sajd. Il-lista tal-prodotti esklużi tista’ tiġi rriveduta kull sena u għandha tiġi emendata fuq il-bażi ta’ informazzjoni ġdida miġbura fil-kuntest tal-kooperazzjoni amministrattiva ma’ pajjiżi terzi, kif ipprovdut fl-Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

(2)

Il-prodotti esklużi mid-definizzjoni ta’ prodotti tas-sajd huma elenkati bl-istess mod fl-Anness XIII għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2009 (2) li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. Sabiex ikunu evitati duplikazzjonijiet mhux meħtieġa, il-prodotti esklużi għandhom jiġu elenkati biss fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u għalhekk, l-Anness XIII għar-Regolament (KE) 1010/2009 għandu jitħassar.

(3)

It-Titolu I tar-Regolament (KE) 1010/2009 jistipula d-dispożizzjonijiet dwar l-ispezzjonijiet ta’ bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi li għandhom jitwettqu fil-portijiet tal-Istati Membri. Huwa meħtieġ li dawk id-dispożizzjonijiet jiġu allinjati mal-Ftehim dwar il-Miżuri tal-Istat tal-Port biex Jipprevjeni, Jiskoraġġixxi u Jelimina Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Irregolat, konkluż fil-qafas tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Alimentazzjoni u l-Agrikoltura (FAO). Allinjament bħal dan jimplika l-inklużjoni ta’ informazzjoni speċifika fil-mudell li għandu jintuża għan-notifika minn qabel tal-wasliet fil-port u ż-żieda ta’ kriterji speċifiċi għall-punti ta’ riferiment stipulati għall-ispezzjonijiet fil-port.

(4)

L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1010/2009 jistipula lista ta’ skemi tad-dokumentazzjoni tal-qbid adottati minn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd li huma rikonuxxuti bħala konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. Dak l-Anness għandu jirreferi għall-programm tad-dokumentazzjoni tal-qbid għat-tonn tal-ICCAT kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 640/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(5)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1005/2008 u (KE) Nru 1010/2009 għandhom jiġu emendati skont dan.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008

Fir-Regolament (KE) Nru 1005/2008, l-Anness I għandu jinbidel bit-test fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emendi tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 1010/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 4, l-ewwel paragrafu, għandu jiżdied il-punt (u) li ġej:

“(u)

il-bastiment tas-sajd ġie mċaħħad mid-dħul jew l-użu ta’ port skont il-Ftehim dwar il-Miżuri tal-Istat tal-Port biex Jipprevjeni, Jiskoraġġixxi u Jelimina Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Irregolat, konkluż fil-qafas tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Alimentazzjoni u l-Agrikoltura (FAO)”

(2)

L-Annessi IIA u IIB għandhom jinbidlu bit-test tal-Anness II għal dan ir-Regolament.

(3)

Fl-Anness V, il-Parti I, it-tieni inċiż għandu jinbidel b’dan li ġej:

“—

Il-Programm tad-Dokumentazzjoni tal-Qbid għat-Tonn tal-ICCAT kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 640/2010 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (*)

(*)  ĠU L 194, 24.7.2010, p. 1”"

(4)

L-Anness XIII għandu jitħassar.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 280, 27.10.2009, p. 5.

(3)  ĠU L 194, 24.7.2010, p. 1


ANNESS I

“ANNESS I

Lista ta' prodotti esklużi mid-definizzjoni ta' ‘prodotti tas-sajd’ stipulati fil-punt 8 tal-Artikolu 2

ex Kapitolu 3

ex 1604

ex 1605

Prodotti tal-akkwakultura miksubin minn ħut żgħir jew larvi

ex Kapitolu 3

ex 1604

Fwied, bajd, ilsna, ħaddejn, irjus u ġwienaħ

0301 10  (1)

Ħut ornamentali, ħaj

ex 0301 91

Troti (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), ħaj, maqbud fl-ilma ħelu

ex 0301 92 00

Sallur (Anguilla spp.), ħaj, maqbud fl-ilma ħelu

0301 93 00

Karpjun, ħaj

ex 0301 99 11

Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho) ħaj, maqbud fl-ilma ħelu

0301 99 19

Ħut tal-ilma ħelu ieħor, ħaj

ex 0302 11

Troti (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), friski jew imkessħin, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu

ex 0302 12 00

Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), frisk jew imkessaħ, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu

ex 0302 19 00

Salmonidae ieħor, frisk jew imkessaħ, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu

ex 0302 66 00

Sallur (Anguilla spp.), frisk jew imkessaħ, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu

0302 69 11

Karpjuni, friski jew imkessħin, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304

0302 69 15

Tilapia (Oreochromis spp.), friski jew imkessħin, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304

0302 69 18

Ħut ieħor tal-ilma ħelu, frisk jew imkessaħ, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304

ex 0303 11 00

Sockeye salmon (salamun aħmar) (Oncorhynchus nerka), minbarra fwied u bajd, iffriżat, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu

ex 0303 19 00

Salamun ieħor tal-Paċifiku (Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), minbarra fwied u bajd, iffriżat, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu

ex 0303 21

Troti (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), minbarra fwied u bajd, iffriżati, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbudin fl-ilma ħelu

ex 0303 22 00

Salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), minbarra fwied u bajd, iffriżat, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu

ex 0303 29 00

Salmonidae oħra, minbarra fwied u bajd, iffriżati, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbudin fl-ilma ħelu

ex 0303 76 00

Sallur (Anguilla spp.), iffriżat minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu

0303 79 11

Karpjuni, iffriżati, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304

0303 79 19

Ħut ieħor tal-ilma ħelu, iffriżat, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304

0304 19 01

Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin tan-Nile perch (Lates niloticus)

0304 19 03

Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin tal-pangasius (Pangasius spp.)

ex 0304 19 13

Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin tas-salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), maqbud fl-ilma ħelu

ex 0304 19 15

Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin, tal-ispeċi Oncorhynchus mykiss li jiżnu aktar minn 400 g l-wieħed, maqbudin fl-ilma ħelu

ex 0304 19 17

Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin, tat-troti tal-ispeċi Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss (piż ta' 400 g jew inqas), Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita u Oncorhynchus gilae, maqbudin fl-ilma ħelu

0304 19 18

Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin, ta' ħut ieħor tal-ilma ħelu

0304 19 91

Laħam ieħor tal-ħut (ikkapuljat jew le), frisk jew imkessaħ, ta' ħut tal-ilma ħelu

0304 29 01

Fletti ffriżati tan-Nile perch (Lates niloticus)

0304 29 03

Fletti ffriżati tal-pangasius (Pangasius spp.)

0304 29 05

Fletti ffriżati tat-Tilapia (Oreochromis spp.)

ex 0304 29 13

Fletti ffriżati tas-salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), maqbud fl-ilma ħelu

ex 0304 29 15

Fletti ffriżat tal-Oncorhynchus mykiss li jiżnu aktar minn 400 g l-wieħed, maqbudin fl-ilma ħelu

ex 0304 29 17

Fletti ffriżati tat-troti tal-ispeċijiet Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss (piż ta' 400 g jew inqas), Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita u Oncorhynchus gilae, maqbudin fl-ilma ħelu

0304 29 18

Fletti ffriżati ta' ħut ieħor tal-ilma ħelu

0304 99 21

Laħam ieħor tal-ħut (ikkapuljat jew le), iffriżat, ta' ħut tal-ilma ħelu

0305 10 00

Dqiq, tħin u pellets tal-ħut, tajbin għall-konsum mill-bniedem

ex 0305 30 30

Fletti tal-ħut, immellħa jew fis-salmura, tas-salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), maqbud fl-ilma ħelu

ex 0305 30 90

Fletti tal-ħut, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura imma mhux affumikati, ta' ħut ieħor tal-ilma ħelu

ex 0305 41 00

Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho) ħaj, maqbud fl-ilma ħelu

ex 0305 49 45

Troti (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), affumikati, inklużi fletti, maqbudin fl-ilma ħelu

ex 0305 49 50

Sallur (Anguilla spp.), affumikat, inklużi fletti, maqbud fl-ilma ħelu

ex 0305 49 80

Ħut ieħor tal-ilma ħelu, affumikat, inklużi fletti

ex 0305 59 80

Ħut ieħor tal-ilma ħelu, imnixxef, immellaħ jew mhux, imma mhux affumikat

ex 0305 69 50

Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), fis-salmura jew immellaħ, imma mhux imnixxef jew affumikat, maqbud fl-ilma ħelu

ex 0305 69 80

Ħut ieħor tal-ilma ħelu, fis-salmura jew immellaħ, imma mhux imnixxef jew affumikat

0306 19 10

Awwist tal-ilma ħelu, iffriżat

ex 0306 19 90

Dqiq, tħin u pellets ta' krustaċji, iffriżati, tajbin għall-konsum mill-bniedem

ex 0306 21 00

Rock lobster u awwist ieħor tal-baħar (Palinurus spp., Panulirus spp., Jasus spp.), ornamentali

ex 0306 22 10

Awwist (Homarus spp.), ornamentali, ħaj

ex 0306 23 10

Gambli u gambli kbar mill-familja Pandalidae, ornamentali, ħajjin

ex 0306 23 31

Gambli tal-ġeneru Crangon, ornamentali, ħajjin

ex 0306 23 90

Gambli u gambli kbar oħrajn, ornamentali, ħajjin

ex 0306 24

Granċi, ornamentali, ħajjin

0306 29 10

Awwist tal-ilma ħelu, ħaj, frisk, imkessaħ, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, fil-qoxra, imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija fl-ilma, kemm jekk imkessaħ, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, inkella le

ex 0306 29 30

Ksampi (Nephrops norvegicus), ornamentali, ħajjin

ex 0306 29 90

Krustaċji oħra ornamentali, ħajjin

ex 0306 29 90

Dqiq, tħin u pellets ta' krustaċji, mhux iffriżati, tajbin għall-konsum mill-bniedem

0307 10

Gajdri, kemm jekk fil-qoxra kif ukoll jekk le, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura

0307 21 00

Arzell, inklużi mriewaħ (queen scallops) tal-ġeneri Pecten, Chlamys jew Placopecten, ħajjin, friski jew imkessħin

0307 29

Arzell, inklużi mriewaħ (queen scallops) tal-ġeneri Pecten, Chlamys jew Placopecten, li ma jkunux ħajjin, friski jew imkessħin

0307 31

Maskli (Mytilus spp., Perna spp.), ħajjin, friski jew imkessħin

0307 39

Maskli (Mytilus spp., Perna spp.), li mhumiex ħajjin, friski jew imkessħin

ex 0307 41

Siċċ (Sepia officinalis, Rossia macrosoma, Sepiola spp.) u klamari (Ommastrephes spp., Loligo spp., Nototodarus spp., Sepioteuthis spp.), ornamentali

ex 0307 51

Qarnit (Octopus spp.), ornamentali

0307 60 00

Bebbux, minbarra bebbux tal-baħar, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura

ex 0307 91 00

Invertebrati akkwatiċi oħrajn, minbarra krustaċji u dawk il-molluski speċifikati jew inklużi taħt is-sottointestaturi 0307 10 10 sa 0307 60 00 , minbarra Illex spp., siċċ tal-ispeċi Sepia pharaonis u bebbux tal-baħar tal-ispeċi Strombus, ħaj (minbarra dak ornamentali), frisk jew imkessaħ

0307 99 13

Gandoffli tal-faxxi (striped venus) u speċijiet oħra tal-familja Veneridae, iffriżati

0307 99 15

Bram (Rhopilema spp.), iffriżat

ex 0307 99 18

Invertebrati akkwatiċi oħra minbarra krustaċji u dawk il-molluski speċifikati jew inklużi taħt is-sottointestaturi 0307 10 10 sa 0307 60 00 u 0307 99 11 sa 0307 99 15 , minbarra siċċ tal-ispeċi Sepia pharaonis u bebbux tal-baħar tal-ispeċi Strombus, inklużi dqiq, tħin u pellets ta' invertebrati akkwatiċi minbarra krustaċji, tajbin għall-konsum mill-bniedem, iffriżati

ex 0307 99 90

Invertebrati akkwatiċi oħra minbarra krustaċji u dawk il-molluski speċifikati jew inklużi taħt is-sottointestaturi 0307 10 10 sa 0307 60 00 minbarra Illex spp., siċċ tal-ispeċi Sepia pharaonis u bebbux tal-baħar tal-ispeċi Strombus, inklużi dqiq, tħin u pellets ta' invertebrati akkwatiċi minbarra krustaċji, tajbin għall-konsum mill-bniedem, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura

ex 1604 11 00

Salamun, maqbud fl-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat

ex 1604 19 10

Salmonidae, minbarra salamun, maqbud fl-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat

ex 1604 20 10

Salamun, maqbud fl-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat mod ieħor, (li mhux sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat)

ex 1604 20 30

Salmonidae, minbarra salamun, maqbud fl-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat mod ieħor, (li mhux sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat)

ex 1604 19 91

Fletti ta' ħut tal-ilma ħelu, nejjin, miksija ħafif bil-panura jew bil-frak tal-ħobż, moqlija fiż-żejt minn qabel jew mhumiex, iffriżati

1604 30 90

Sostituti tal-kavjar

ex 1605 40 00

Awwist tal-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat

1605 90

Krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn, ippreparati jew ippreservati


(1)  Il-kodiċijiet NM jikkorrispondu għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 948/2009 (ĠU L 287, 31.10.2009).”


ANNESS II

ANNESS IIA

Formola għan-notifika bil-quddiem għal bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 2(1)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IIB

Formola għan-notifika bil-quddiem għal bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 2(2)

Image

Test ta 'immaġni

Top