EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0185

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2011 tal- 25 ta’ Frar 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 499/96 f’dak li jirrigwarda l-kwoti tat-tariffi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tal-ħut u tas-sajd u ta’ żwiemel ħajjin li joriġinaw fl-Islanda

ĠU L 53, 26.2.2011, p. 36–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/185/oj

26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 53/36


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 185/2011

tal-25 ta’ Frar 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 499/96 f’dak li jirrigwarda l-kwoti tat-tariffi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tal-ħut u tas-sajd u ta’ żwiemel ħajjin li joriġinaw fl-Islanda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 499/96 tad-19 ta’ Marzu 1996 li jintroduċi u li jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti tas-sajd u ta’ żwiemel ħajjin li joriġinaw fl-Islanda (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) u (b) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-2009, ġew konklużi n-negozjati għal Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda dwar id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-perjodu mill-2009 sal-2014 għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea ta’ ċerti prodotti tal-ħut u tas-sajd, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll Addizzjonali”.

(2)

L-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll Addizzjonali ġew awtorizzati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/674/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-2009 sal-2014, Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-2009 sal-2014, Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Islanda dwar dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea ta’ ċerti prodotti tal-ħut u tas-sajd għall-2009 sal-2014 u Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u n-Norveġja dwar dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea ta’ ċerti prodotti tal-ħut u tas-sajd għall-2009 sal-2014 (2).

(3)

Dan il-Protokoll Addizzjonali jipprovdi għal kwoti tat-tariffi annwali ġodda u mingħajr dazju fuq l-importazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea ta’ ċerti prodotti tal-ħut u tas-sajd li joriġinaw fl-Islanda.

(4)

Skont il-Protokoll Addizzjonali, il-volumi tal-kwoti tat-tariffi mingħajr dazju għall-ewwel perjodu ta’ 12-il xahar mill-1 ta’ Mejju 2009 sat-30 ta’ April 2010 ser ikunu allokati għat-tieni perjodu tal-kwota tat-tariffa. Barra minn hekk, il-volumi mhux użati tal-kwoti tat-tariffa għal ċerti prodotti għall-perjodu tal-kwota tat-tariffa mill-1 ta’ Marzu 2011 sat-30 ta’ April 2011 għandhom jitmexxew għall-kwoti tat-tariffi korrispondenti għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2011 sat-30 ta’ April 2012.

(5)

Biex jiġu implimentati l-kwoti tat-tariffi pprovduti fil-Protokoll Addizzjonali, jeħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 499/96.

(6)

Jeħtieġ li r-referenza li hemm dal-ħin fir-Regolament (KE) Nru 499/96 għall-prezzijiet liberi fil-fruntiera tinbidel b’referenza għall-valur tad-dazju ddikjarat skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (3), u li jiġi pprovdut li, sabiex wieħed jikkwalifika għall-preferenzi stipulati fil-Protokoll Addizzjonali, dak il-valur irid ikun tal-inqas daqs kwalunkwe prezz ta’ referenza ffissat jew li għandu jiġi ffissat skont l-istess Regolament.

(7)

Il-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda, li jiddefinixxi l-kunċett tal-prodotti tal-oriġini u li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-kooperazzjoni amministrattiva, ġie emendat bid-Deċiżjoni Nru 2/2005 tal-Kumitat Konġunt tal-KE u l-Islanda tat-22 ta’ Diċembru 2005 (4). Għalhekk jeħtieġ li jiġi pprovdut espliċitament li l-Protokoll 3 kif emendat fl-2005 għandu japplika.

(8)

Fi ħdan il-ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda dwar preferenzi tal-kummerċ addizzjonali fil-prodotti agrikoli li jsiru fuq il-bażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, mehmuż mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/138/KE (5), il-kummerċ bilaterali fiż-żwiemel ħajjin ġie lliberalizzat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Islanda għal kwantitajiet mhux limitati. Għaldaqstant, il-kwota tat-tariffi stabbilita fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 499/96 għaż-żwiemel ħajjin ma għadhiex meħtieġa.

(9)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza u sabiex jitqiesu l-emendi tal-Kodiċijiet tan-Nomenklatura Maqgħuda, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (6), u tas-subdiviżjonijiet tat-Taric, jixraq li jinbidel l-Anness kollu għar-Regolament (KE) Nru 499/96.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 499/96 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

Skont id-Deċiżjoni 2010/674/UE, il-kwoti tat-tariffi l-ġodda għal ċerti prodotti tal-ħut u s-sajd għandhom japplikaw mill-1 ta’ Marzu 2011. Dan ir-Regolament għandu għalhekk japplika mill-istess data.

(12)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 499/96 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-titolu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“li jintroduċi u li jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tal-ħut u tas-sajd li joriġinaw fl-Islanda”

(2)

L-Artikolu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   Meta l-prodotti li joriġinaw fl-Islanda li huma elenkati fl-Anness jitqiegħdu f’ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu eliġibbli għal eżenzjoni mid-dazji doganali fi ħdan il-limitu tal-kwoti tat-tariffi, matul il-perjodi u skont id-dispożizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament.

2.   L-importazzjonijiet tal-prodotti tal-ħut u tas-sajd elenkati fl-Anness għandhom jikkwalifikaw għall-kwoti tat-tariffi msemmija fil-paragrafu 1 biss jekk il-valur tad-dazju ddikjarat ikun tal-inqas daqs il-prezz ta’ referenza ffissat, jew li għandu jiġi ffissat, skont l-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (*).

3.   Il-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda li jiddefinixxi l-kunċett tal-prodotti tal-oriġini u li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-kooperazzjoni amministrattiva, kif ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2/2005 tal-Kumitat Konġunt tal-KE u l-Islanda tat-22 ta’ Diċembru 2005 (**), għandu japplika.

4.   Il-benefiċċju tal-kwoti tat-tariffi bin-numri tal-ordni 09.0792 u 09.0812 ma għandux jingħata għal oġġetti ddikjarati li huma għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-perjodu mill-15 ta’ Frar sal-15 ta’ Ġunju.

(*)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22"

(**)  ĠU L 131, 18.5.2006, p. 1.”"

(3)

Fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Madankollu, l-Artikolu 308c(2) u (3) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 ma għandux japplika għall-kwoti tat-tariffi bin-numri tal-ordni 09.0810, 09.0811 u 09.0812.”

(4)

L-Artikolu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Fejn il-kwoti tat-tariffi bin-numri tal-ordni 09.0810, 09.0811 u 09.0812 mhux se jkunu ntużaw kollha għall-perjodu tal-kwota tat-tariffa mill-1 ta’ Marzu 2011 sat-30 ta’ April 2011, il-volum li jifdal għandu jitmexxa għall-kwoti tat-tariffi korrispondenti għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2011 sat-30 ta’ April 2012.

Għal dan l-iskop il-ħruġ mill-kwoti tat-tariffi applikabbli mill-1 ta’ Marzu 2011 sat-30 ta’ April 2011 għandu jieqaf fit-tieni jum ta’ ħidma tal-Kummissjoni wara l-1 ta’ Settembru 2011. Fil-jum ta’ ħidma ta’ wara, il-bilanċi mhux użati ta’ dawn il-kwoti tat-tariffi għandhom isiru disponibbli taħt il-kwota tat-tariffa korrispondenti applikabbli mill-1 ta’ Mejju 2011 sat-30 ta’ April 2012.

Mit-tieni jum ta’ ħidma tal-Kummissjoni wara l-1 ta’ Settembru 2011 mhu se jkun possibbli l-ebda ħruġ retroattiv u l-ebda redditu fuq il-kwoti tat-tariffi partikolari applikabbli mill-1 ta’ Marzu 2011 sat-30 ta’ April 2011.”

(5)

L-Anness għandu jinbidel bit-test mogħti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 75, 23.3.1996, p. 8.

(2)  ĠU L 291, 9.11.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(4)  ĠU L 131, 18.5.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 61, 28.2.2007, p. 28.

(6)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.


ANNESS

“ANNESS

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jiġi kkunsidrat biss bħala kliem ta’ valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali tkun deċiża, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċi tan-NM kif jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament. Fejn kodiċijiet ta’ qabel tan-NM huma indikati, l-iskema preferenzjali għandha tiġi deċiża billi jiġu applikati l-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni li tikkorrispondi magħhom magħdudin flimkien.

Nru tal-Ordni

Kodiċi tan-NM

Subdiviżjoni tat-TARIC

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-kwota

Volum tal-kwota (piż nett f'tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

Dazju fuq il-kwota (f’%)

09.0792

ex 0303 51 00

10

20

Aringi tal-ispeċi Clupea harengus jew Clupea pallasii, iffriżati, eskluż il-fwied u l-bajd, għall-manifattura industrijali (1)  (1)

Mill-1.1 sal-31.12

950

0

09.0812

0303 51 00

 

Aringi tal-ispeċi Clupea harengus jew Clupea pallasii, iffriżati, eskluż il-fwied u l-bajd (1)

Mill-1.3.2011 sat-30.4.2011

1 900

0

Mill-1.5.2011 sat-30.4.2012

950

Mill-1.5.2012 sat-30.4.2013

950

Mill-1.5.2013 sat-30.4.2014

950

09.0793

0302 12 00

0304 19 13

0304 29 13

 

Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho)

Mill-1.1 sal-31.12

50

0

09.0794

0302 23 00

 

Lingwata (Solea spp.), frisk jew imkessaħ, esklużi l-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut li jaqa’ taħt l-intestatura 0304

Mill-1.1 sal-31.12

250

0

0302 29

 

Megrim (Lepidorhombus spp.) u ħut ieħor ċatt, frisk jew imkessaħ, esklużi l-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut li jaqa’ taħt l-intestatura 0304

ex 0302 69 82

10

Stokkafixx (Micromesistius poutassou jew Gadus poutassou), frisk jew imkessaħ, esklużi l-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut li jaqa’ taħt l-intestatura 0304

0303 32 00

 

Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa), iffriżat, esklużi l-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304

0303 62 00

0303 79 98

 

Toothfish (Dissostichus spp.) u ħut ieħor tal-ilma mielaħ, iffriżat, esklużi l-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut li jaqa’ taħt l-intestatura 0304

0304 19 01

0304 19 03

0304 19 18

 

Fletti tal-perch tan-Nil (Lates niloticus), tal-pangasius (Pangasius spp.) u ta’ ħut ieħor tal-ilma ħelu, friski jew imkessħin

0304 19 33

 

Fletti tal-pollakkju (Pollachius virens), friski jew imkessħin

0304 19 35

 

Fletti tar-redfish (Sebastes spp.), friski jew imkessħin

0304 11 10

0304 12 10

 

Fletti tal-pixxispad (Xiphias gladius) u tat-toothfish (Dissostichus spp.), friski jew imkessħin

ex 0304 19 39

10

20

60

70

75

80

85

90

Fletti ta’ ħut ieħor, minbarra l-aringi u l-kavalli, friski jew imkessħin

0304 11 90

0304 12 90

0304 19 99

 

Laħam ieħor tal-ħut (ikkapuljat jew le), frisk jew imkessaħ

0304 29 01

0304 29 03

0304 29 05

0304 29 18

 

Fletti ffriżati tal-perch tan-Nil (Lates niloticus), tal-pangasius (Pangasius spp.), tat-tilapia (Oreochromis spp.) u ta’ ħut ieħor tal-ilma ħelu

0304 99 31

 

Laħam iffriżat tal-merluzz tal-ispeċi Gadus macrocephalus

0304 99 33

 

Laħam iffriżat tal-merluzz tal-ispeċi Gadus morhua

0304 99 39

 

Laħam iffriżat tal-merluzz tal-ispeċi Gadus ogac u laħam tal-ħut iffriżat tal-ispeċi Boreogadus saida

0304 99 41

 

Laħam iffriżat tal-pollakkju (Pollachius virens)

ex 0304 99 51

11

15

Laħam iffriżat tal-marlozz (Merluccius spp.)

0304 99 71

 

Laħam iffriżat tal-istokkafixx (Micromesistius poutassou jew Gadus poutasou)

ex 0304 99 99

20

25

30

40

50

60

65

69

70

81

89

90

Laħam ieħor iffriżat tal-ħut, eskluż il-kavalli

09.0811

0304 19 35

 

Fletti tar-redfish (Sebastes spp.), friski jew imkessħin

Mill-1.3.2011 sat-30.4.2011

1 500

0

Mill-1.5.2011 sat-30.4.2012

750

Mill-1.5.2012 sat-30.4.2013

750

Mill-1.5.2013 sat-30.4.2014

750

09.0795

0305 61 00

 

Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), immelħin iżda mhux imnixxfin jew iffumigati, u aringi fis-salmura

Mill-1.1 sal-31.12

1 750

0

09.0796

0306 19 30

 

Awwisti tan-Norveġja ffriżati (Nephrops norvegicus)

Mill-1.1 sal-31.12

50

0

09.0810

0306 19 30

 

Awwisti tan-Norveġja ffriżati (Nephrops norvegicus)

Mill-1.3.2011 sat-30.4.2011

1 040

0

Mill-1.5.2011 sat-30.4.2012

520

Mill-1.5.2012 sat-30.4.2013

520

Mill-1.5.2013 sat-30.4.2014

520

09.0797

1604 12 91

1604 12 99

 

Aringi oħrajn ippreparati jew ippreservati, sħaħ jew f'biċċiet, iżda mhux ikkapuljati

Mill-1.1 sal-31.12

2 400

0

09.0798

1604 19 98

 

Ħut ieħor ippreparat jew ippreservat, sħiħ jew f'biċċiet, iżda mhux ikkapuljat

Mill-1.1 sal-31.12

50

0

ex 1604 20 90

20

30

35

50

60

90

Ħut ieħor ippreparat jew ippreservat, esklużi l-aringi u l-kavalli


(1)  Id-dħul f'dinis-subintestatura huwa suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Komunità (ara l-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1))

(1)  Billi d-dazju tal-MFN huwa b'xejnmill-15 ta’ Frar sal-15 ta’ Ġunju, il-benefiċċju tal-kwota tariffarja ma għandux jingħata għall-merkanzija ddikjarata għaċ-ċirkolazzjoni libera matul dan il-perjodu.”


Top