Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0170

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2011 tat- 23 ta' Frar 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes (miftuma) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1200/2005 (detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol SpA) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 49, 24.2.2011, p. 8–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/04/2021; Imħassar b' 32021R0508

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/170/oj

24.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 170/2011

tat-23 ta' Frar 2011

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes (miftuma) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1200/2005 (detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol SpA)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali. L-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid tal-additivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2)

(2)

Il-preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 kienet awtorizzata f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv tal-għalf mingħajr limitu ta' żmien għall-użu fuq il-ħnienes (miftuma) bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1200/2005 (3) għall-baqar u l-barrin għat-tismin [frat] bir-Regolament tal-Kummissjoni KE Nru 492/2006 (4). Wara, dan l-addittiv iddaħħal fir-Reġistru Komunitrju tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Il-preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 kienet awtorizzata wkoll skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 bħala addittiv tal-għalf għal 10 snin għall-użu fil-ħnieżer femminili, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) 896/2009 (5) u għall-baqar tal-ħalib u ż-żwiemel bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1119/2010 (6).

(4)

B’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, kienet ippreżentata applikazzjoni għall-valutazzoni mill-ġdid ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv tal-għalf għal ħnienes (miftuma) li talbet li l-addittiv ikun ikklassifikat fil-kategorija tal-addittivi ‘addittiv żootekniku’. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (‘l-Awtorità’) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tas-6 ta' Ottubru 2010 (7) li skont il-kondizzjonijiet tal-użu proposti, Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 mhux se jkollu effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent, u li għandu l-potenzjal li jtejjeb il-prestazzjoni żooteknika tal-speċi fil-mira. L-Awtorità tqis li wara t-tqegħid fis-suq m’hemmx bżonn ta' ħtiġijiet speċifiċi ta' monitoraġġ. Din ivverifikat rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, l-użu ta' din il-preparazzjoni, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat.

(7)

Bħala konsegwenza ta' awtorizzazzjoni ġdida li qiegħda tingħata permezz ta' dan ir-Regolament, l-entrata għal Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 fir-Regolament (KE) Nru 1200/2005 għandha titħassar.

(8)

Peress li l-modifiki fil-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni mhumiex relatati ma' raġunijiet ta' sigurtà, huwa xieraq li jkun permess perjodu tranżitorju biex jitneħħew il-ħażniet eżistenti tal-pretaħlitiet u l-għalf kompost li fihom din il-preparazzjoni.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta' addittivi ‘addittivi żootekniċi’ u mill-grupp funzjonali ‘stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana’, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1200/2005, l-entrata E 1710, addittiv: Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885, titħassar.

Artikolu 3

Pretaħlitiet u għalf kompost li fihom Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 ittikkettjat skont id-Direttiva 70/524/KEE jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

(3)  ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6.

(4)  ĠU L 89, 28.3.2006, p. 6.

(5)  ĠU L 256, 29.9.2009, p. 6.

(6)  ĠU L 317, 3.12.2010, p. 9.

(7)  Il-Ġurnal tal-EFSA 2010; 8(10):1864.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta' annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni

CFU/kg tal-oġġett tal-għalf komplet b'kontenut ta' meraq ta' 12 %

Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana

4b1710

Prosol S.p.A

Saccharomyces cerevisiae

MUCL 39885

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Il-preprazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 li fiha minimu ta' 1 × 109 CFU/g

 

Il-karatterizzazzjoni ta' sustanza attiva

Celloli vijabbli ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885

 

Metodi analitiċi (1)

 

L-enumerazzjoni: Il-metodu tat-tferrigħ li juża l-astratt agar tal-ħmira tal-glukożu klorafenikol

 

Identifikazzjoni Il-metodu tar-reazzjoni katina bil-polymerase (RKP)

Ħnienes (miftuma)

 

3 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista'jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Għas-sikureza fit-trattament jintużaw ħġieġ u ingwanti.

3.

Għal ħnienes (miftuma) sa 35 kg

Is-16 ta' Marzu 2021


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


Top