Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0156

    Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 156/2011 tat- 13 ta’ Diċembru 2010 dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikroneżja dwar is-sajd fl-Istati Federali tal-Mikroneżja

    ĠU L 52, 25.2.2011, p. 66–67 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/156/oj

    25.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 52/66


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 156/2011

    tat-13 ta’ Diċembru 2010

    dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikroneżja dwar is-sajd fl-Istati Federali tal-Mikroneżja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Protokoll ġdid (minn hawn ‘il quddiem “il-Protokoll”) għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikroneżja dwar is-sajd fl-Istati Federali tal-Mikroneżja (1) (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”) ġie inizjalat fis-7 ta’ Mejju 2010. Il-Protokoll jipprovdi lill-bastimenti tal-UE b’opportunitajiet ta’ sajd fil-ilmijiet li fuqhom l-Istati Federali tal-Mikroneżja għandha sovranità jew ġuriżdizzjoni fir-rigward tas-sajd.

    (2)

    Fit-13 ta’ ta’ Diċembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/116/UE (2) dwar l-iffirmar u dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll.

    (3)

    Il-metodu ta’ allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri għandu jiġi definit għall-perjodu ta’ ħames snin stabbilit fl-Artikolu 13 tal-Protokoll kif ukoll għall-perjodu tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu.

    (4)

    Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità (3), jekk jidher li l-opportunitajiet ta’ sajd allokati lill-Unjoni Ewropea skont il-Protokoll mhumiex użati kompletament, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri kkonċernati. In-nuqqas ta’ tweġiba fi skadenza li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill għandha titqies bħala konferma li l-bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat mhumiex qed jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet ta’ sajd tagħhom fil-perjodu stabbilit. Dik l-iskadenza għandha tiġi stabbilita.

    (5)

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll għall-Ftehim għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kif ġej:

    (a)

    Bastimenti bil-purse seine għat-tonn

    Spanja

    5 bastimenti

    Franza

    bastiment wieħed (1)

    (b)

    bastimenti tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ:

    Spanja

    12-il bastiment

    2.   Bla ħsara għall-Ftehim u l-Protokoll, għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 1006/2008.

    3.   Jekk l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ma jkoprux l-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti bil-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd minn kwalunkwe Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.

    L-iskadenza msemmija fl-Artikolu 10(1) ta’ dak ir-Regolament għandha tiġi stabbilita għal 10 ijiem tax-xogħol.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2010.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    K. PEETERS


    (1)  ĠU L 151, 6.6.2006, p. 3.

    (2)  Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    (3)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33.


    Top