This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0151
Commission Regulation (EU) No 151/2011 of 18 February 2011 amending Annex I to Regulation (EC) No 854/2004 of the European Parliament and of the Council as regards farmed game Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 151/2011 tat- 18 ta’ Frar 2011 li jemenda l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tjur imrobbija fl-irziezet Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 151/2011 tat- 18 ta’ Frar 2011 li jemenda l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tjur imrobbija fl-irziezet Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 46, 19.2.2011, p. 17–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32017R0625
19.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 46/17 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 151/2011
tat-18 ta’ Frar 2011
li jemenda l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tjur imrobbija fl-irziezet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (1), u partikolarment l-Artikolu 17(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman. |
(2) |
Il-Kapitolu VII tat-Taqsima IV tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004 jistabbilixxi r-rekwiżiti speċifiċi għall-kontrolli uffiċjali fuq tjur imrobbija fl-irziezet u fuq laħam tat-tjur imrobbija fl-irziezet. Wieħed minn dawk ir-rekwiżiti huwa li t-tjur imrobbija fl-irziezet jew il-laħam tat-tjur imrobbija fl-irziezet li jiġi spezzjonat ikun akkumpanjat minn ċertifikat li jikkonforma ma’ wieħed mill-kampjuni inklużi fil-Kapitolu X ta’ dik it-Taqsima. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2) jistipula li l-operaturi tan-negozji tal-ikel jistgħu joqtlu għasafar li ma jtirux imrobbija fl-irziezet u ċerti mammali tad-dwiefer mgħawġa mrobbija fl-irziezet fil-post tal oriġini bl-awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti, suġġetti għal ċerti kundizzjonijiet. B’mod partikolari, dawk il-kundizzjonijiet jinkludi li l-annimali li jinqatlu għandhom ikunu akkumpanjati fil-biċċerija minn dikjarazzjoni mill-operatur tan-negozju tal-ikel li jkun rabba l-annimali u minn ċertifikat maħruġ u ffirmat mill-veterinarju uffiċjali jew approvat. Iċ-ċertifikat li jinħareġ u jiġi ffirmat mill-veterinarju uffiċjali jew approvat huwa biex jafferma, inter alia, li l-qtil u l-iżvinar tal-annimal ikun sar b’mod xieraq u l-ħin u d-data tal-qtil. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 150/2011 (3) jippermetti li f’ċerti każijiet, l-affermazzjoni tal-qtil u l-iżvinar xieraq tal-annimal u l-ħin u data tal-qtil jiġu inklużi fid-dikjarazzjoni mill-operatur tan-negozju tal-ikel. |
(5) |
F’tali każijiet, huwa xieraq li jiġi stipulat li l-veterinarju uffiċjali jew approvat iwettaq kontrolli regolari fuq il-prestazzjoni tal-persuni li joqtlu u jiżvinaw l-annimali. Il-Kapitolu VII tat-Taqsima IV tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. |
(6) |
Barra minn hekk, kampjun ta’ ċertifikat tas-saħħa għall-annimali li jinqatlu fl-azjenda huwa inkluż fil-Parti B tal-Kapitolu X tat-Taqsima IV tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004. Dak il-kampjun ta’ ċertifikat tas-saħħa jinkludi wkoll annotazzjonijiet li jiċċertifikaw li l-qtil u l-iżvinar ikun sar b’mod xieraq. Għal każijiet, fejn issir tali ċertifikazzjoni fid-dikjarazzjoni mill-operatur tan-negozju tal-ikel għandu jiġi provdut kampjun ġdid ta’ ċertifikat tas-saħħa. |
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. |
(8) |
Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004 huwa emendat skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) OJ L 139, 30.4.2004, p. 206.
(2) OJ L 139, 30.4.2004, p. 55.
(3) Ara paġna 14 ta’ dan Il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
It-Taqsima IV tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004 hija emendata kif ġej:
(1) |
Il-Parti A tal-Kapitolu VII hija emendata kif ġej:
|
(2) |
Fil-Kapitolu X, tiżdied il-Parti C li ġejja: “C. KAMPJUN TA' ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦAL TJUR IMROBBIJA FL-IRZIEZET LI JINQATLU FL-AZJENDA skont il-punt 3a tat-Taqsima III tal-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Test ta 'immaġni |