Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0098

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 98/2011 tat- 3 ta’ Frar 2011 li jemenda għall-144 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

    ĠU L 30, 4.2.2011, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/98/oj

    4.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 30/29


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 98/2011

    tat-3 ta’ Frar 2011

    li jemenda għall-144 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u partikolarment l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(5) (2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

    (2)

    Fid-17 ta' Jannar 2011 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda d-dejta ta' identifikazzjoni li tikkonċerna persuna fiżika waħda mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għaliha għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. Fit-22 ta' Jannar 2011, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi żewġ persuni fiżiċi minn dik il-lista.

    (3)

    L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Catherine ASHTON

    Viċi-President


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

    (2)  L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament (UE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).


    ANNESS

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandhom jitħassru:

    (a)

    “Ali Mohamed Abdul Aziz Al Zar’ani Al Fakhiri (magħruf ukoll bħala Ibn Al-Shaykh Al-Libi). Indirizz: Ajdabiya, Il-Libja. Data tat-twelid: 1963. Tagħrif ieħor: (a) Miżżewweġ lil Aliya al Adnan (ċittadina Sirjana), (b) Miżmuma fl-2001.”

    (b)

    Joko Pitono (magħruf ukoll bħala (a) Joko Pitoyo, (b) Joko Pintono, (c) Dulmatin, (d) Dul Matin, (e) Abdul Martin, (f) Abdul Matin, (g) Amar Umar, (h) Amar Usman, (i) Anar Usman, (j) Djoko Supriyanto, (k) Jak Imron, (l) Muktamar, (m) Novarianto, (n) Topel). Data tat-twelid: (a) 16.6.1970, (b) 6.6.1970. Post tat-twelid: Ir-raħal ta' Petarukan, Pemalang, Java Ċentrali, l-Indoneżja Nazzjonalità: Indoneżjana.

    (2)

    L-annotazzjoni “Tufail, Mohammed (magħruf ukoll bħala Tufail, S.M.; magħruf ukoll bħala Tufail, Sheik Mohammed); nazzjonalità: Pakistana” għandha tiġi mibdula b'li ġej:

    “Mohammed Tufail (magħruf ukoll bħala (a) Tufail, S.M., (b) Tufail, Sheik Mohammed). Data tat-twelid: 5.5.1930. Nazzjonalità: Pakistana. Tagħrif ieħor: Serva bħala direttur ta' Ummah Tameer e-Nau (UTN). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 24.12.2001.”


    Top