This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0090
Commission Regulation (EU) No 90/2011 of 3 February 2011 laying down detailed rules for implementing the system of export licences in the poultrymeat sector (codification)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 90/2011 tat- 3 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzi tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (kodifikazzjoni)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 90/2011 tat- 3 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzi tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (kodifikazzjoni)
ĠU L 30, 4.2.2011, pp. 1–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 27/12/2023; Imħassar b' 32023R2835
|
4.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 30/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 90/2011
tat-3 ta’ Frar 2011
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzi tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur
(kodifikazzjoni)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 161(3), 170 u 192(2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 633/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzi tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
|
(2) |
Għandhom jiġu stabbiliti regoli ta’ implimentazzjoni speċifiċi għal-liċenzi tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur li għandhom, b’mod partikolari, jinkludu dispożizzjonijiet għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet u l-informazzjoni li għandha tidher fl-applikazzjonijiet u fil-liċenzi, b’żieda ma’ dawk li jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzi tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (4). |
|
(3) |
Sabiex tkun assigurata amministrazzjoni xierqa tas-sistema ta’ licenzi tal-esportazzjoni, għandha tkun stabbilita r-rata tal-garanzija għal-liċenzi tal-esportazzjoni taħt dik is-sistema. Minħabba r-riskju ta’ spekulazzjoni inerenti fis-sistema fis-settur tal-laħam tat-tjur, il-liċenzi tal-esportazzjoni m’għandhomx ikunu trasferibbli u għandhom ikunu stabbiliti kondizzjonijiet preċiżi li jirregolaw l-aċċess min-negozjanti għall-imsemmija sistema. |
|
(4) |
L-Artikolu 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-osservanza tal-obbligi li jirriżultaw mill-ftehim konklużi matul in-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa tal-Urugwaj li jirrigwardaw il-volum ta’ esportazzjoni għandha tkun żgurata fuq il-bażi tal-liċenzi tal-esportazzjoni. Għalhekk, għandha tkun stabbilita skeda dettaljata għal-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzi. |
|
(5) |
Barra minn hekk, id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzi tal-esportazzjoni għandha tkun innotifikata biss wara perijodu ta’ konsiderazzjoni. Dan il-perijodu jkun jippermetti lill-Kummissjoni li tapprezza l-kwantitajiet li saret applikazzjoni għalihom kif ukoll in-nefqa involuta u, jekk xieraq, li tieħu miżuri speċifiċi applikabbli b’mod partikolari għall-applikazzjonijiet pendenti. Huwa fl-interess tan-negozjanti li jippermettu li l-applikazzjoni għal liċenza tiġi rtirata wara li jkun ġie stabbilit il-koeffiċjent ta’ aċċettazzjoni. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni għandu jkollha informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-użu tal-liċenzi maħruġa, sabiex tkun tista’ tamministra din is-sistema. Fl-interess ta’ amministrazzjoni effiċjenti, l-Istati Membri jridu jużaw is-sistemi ta’ informazzjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal- 31 ta’ Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (5). |
|
(7) |
Fil-każ ta’ applikazzjonijiet li jikkonċernaw kwantitajiet ugwali għal jew anqas minn 25 tunnellata, il-liċenza tal-esportazzjoni għandha tinħareġ immedjatament jekk in-negozjant jitlobha. Madankollu, tali liċenzi għandhom ikunu ristretti għal tranżazzjonijiet kummerċjali ta’ terminu qasir sabiex ma jitħalliex li wieħed ikun jista’ jaħrab mill-mekkaniżmu previst f’dan ir-Regolament. |
|
(8) |
Sabiex jiġi żgurat segwitu eżatt tal-kwantitajiet li għandhom ikunu esportati, għandha tkun stabbilita deroga mir-regoli dwar it-tolleranzi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 376/2008. |
|
(9) |
L-Artikolu 167(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jiprovdi li għall-flieles ta’ jum, jistgħu jingħataw rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq il-bażi ta’ liċenza tal-esportazzjoni ex post. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti regoli ta’ implimentazzjoni għal tali sistema bil-għan li jiżguraw verifika effiċjenti li l-obbligi li jirriżultaw mill-ftehim konklużi fil-qafas kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa tal-Urugwaj jiġu osservati. Madankollu, jidher li mhux meħtieġ li tintalab il-preżentazzjoni ta’ garanzija fil-każ ta’ liċenzi li tkun saret applikazzjoni għalihom wara l-esportazzjoni. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-esportazzjonijiet kollha ta’ prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur li għalihom tintalab rifużjoni fuq l-esportazzjoni, bl-eċċezzjoni tal-flieles li jaqgħu fil-kodiċi NM 0105 11 , 0105 12 u 0105 19 , għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenza tal-esportazzjoni bl-iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2 sa 8.
Artikolu 2
1. Il-liċenzi tal-esportazzjoni għandhom ikunu validi għal 90 jum minn dakinhar tal-ħruġ effettiv tagħhom fis-sens tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008.
2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-liċenzi għandu jkollhom imniżżla, fil-kaxxa 15, id-deskrizzjoni tal-prodott u, fil-kaxxa 16, il-kodiċi tal-prodott bi 12-il ċifra tan-nomenklatura tal-prodott agrikolu għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni.
3. Il-kategoriji tal-prodotti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, kif ukoll ir-rata tal-garanzija għal-liċenzi tal-esportazzjoni, huma indikati fl-Anness I.
4. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-liċenzi għandu jkollhom imniżżla, fil-kaxxa 20, mill-inqas waħda mill-entrati elenkati fl-Anness II.
5. B’deroga mill-paragrafu 1, il-liċenzi għall-kategorija 6(a) imsemmija fl-Anness I għandhom ikunu validi għal 15-il jum minn dakinhar tal-ħruġ effettiv tagħhom fis-sens tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008.
6. Fil-każ ta’ liċenzi għall-prodotti tal-kategorija 6(a) imsemmija fl-Anness I, huwa obbligatorju li sseħħ l-esportazzjoni lejn il-pajjiż tad-destinazzjoni indikat fil-kaxxa 7 jew lejn xi pajjiż imsemmi fl-Anness VIII.
Għal dan il-għan, l-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-liċenzi għandu jkollhom mill-anqas waħda mill-entrati elenkati fl-Anness III.
7. Fil-każ ta’ liċenzi għall-prodotti tal-kategorija 6(b) imsemmija fl-Anness I, huwa obbligatorju li sseħħ l-esportazzjoni lejn il-pajjiż tad-destinazzjoni indikat fil-kaxxa 7 jew lejn xi pajjiż ieħor li mhux imsemmi fl-Anness VIII.
Għal dan il-għan, l-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-liċenzi għandu jkollhom mill-anqas waħda mill-entrati elenkati fl-Anness IV.
Artikolu 3
1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi tal-esportazzjoni jistgħu jkunu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti mit-Tnejn sal-Ġimgħa ta’ kull ġimgħa.
2. L-applikanti għal-liċenzi tal-esportazzjoni għandhom ikunu persuni naturali jew ġuridiċi li, fil-mument li jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet, jistgħu jagħtu prova għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, li kienu involuti fil-kummerċ fis-settur tal-laħam tat-tjur għal mill-inqas 12-il xahar. Madankollu, l-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut jew ir-ristoranti li jbiegħu l-prodotti tagħhom lill-konsumaturi aħħarin jistgħu ma jistgħux jippreżentaw applikazzjonijiet.
3. Il-liċenzji tal-esportazzjoni jinħarġu fil-jum tal-Erbgħa li jiġi wara l-perijodu taż-żmien imsemmi fil-paragrafu 1, sakemm l-ebda waħda mill-miżuri partikolari msemmija fil-paragrafu 4 ma tkun ittieħdet minn dakinhar mill-Kummissjoni.
4. Meta l-ħruġ ta’ liċenzi tal-esportazzjoni jirriżulta jew jista’ jirriżulta fis-superament tal-ammonti disponibbli tal-baġit jew fl-eżawriment tal-kwantitajiet massimi li jistgħu jiġu esportati b'rifużjoni matul il-perijodu kkonċernat, fid-dawl tal-limiti msemmija fl-Artikolu 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jew meta l-ħruġ ta’ liċenzji tal-esportazzjoni ma jippermettix li l-esportazzjonijiet jitkomplew matul il-bqija tal-perijodu, il-Kummissjoni tista’:
|
(a) |
tistabbilixxi persentaġġ ta’ aċċettazzjoni waħdieni għall-kwantitajiet mitluba; |
|
(b) |
tirrifjuta l-applikazzjonijiet li għalihom ikunu għadhom ma ngħatawx liċenzi; |
|
(c) |
tissospendi l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzi għal perijodu massimu ta’ ħamest ijiem tax-xogħol, li jista’ jiġi estiż permezz tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzi li jsiru matul il-perijodu ta’ sospensjoni jkunu invalidi.
Il-miżuri previsti fl-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu implimentati jew aġġustati skont il-kategorija tal-prodott u skont id-destinazzjoni.
5. Il-miżuri previsti fil-paragrafu 4 jistgħu jiġu adottati meta l-applikazzjonijiet għal liċenzi tal-esportazzjoni jirrigwardaw kwantitajiet li jissuperaw jew li jistgħu jissuperaw il-kwantitajiet normali disponibbli għal destinazzjoni waħda u l-ħruġ tal-liċenzi mitluba jġib miegħu r-riskju ta’ spekulazzjoni, distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi, jew tfixkil tal-kummerċ ikkonċernat jew tas-suq intern.
6. Meta l-kwantitajiet li tkun saret applikazzjoni għalihom ikunu miċħuda jew imnaqqsa, il-garanzija għandha tiġi rilaxxjata immedjatament għall-kwantitajiet kollha li għalihom applikazzjoni ma tkunx ġiet sodisfatta.
7. Minkejja l-paragrafu 3, meta jkun stabbilit persentaġġ ta’ aċċettazzjoni waħdieni ta’ inqas minn 80 %, il-liċenza għandha tinħareġ l-iktar tard sal-11-il jum tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni ta’ dak il-persentaġġ f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Matul l-għaxart ijiem tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni tiegħu, l-operatur jista’:
|
— |
jew jirtira l-applikazzjoni tiegħu, f’liema każ il-garanzija tiġi rilaxxjata immedjatament, |
|
— |
jew jitlob il-ħruġ immedjat tal-liċenza, f’liema każ l-awtorità kompetenti għandha toħroġha mingħajr dewmien iżda mhux iktar kmieni mid-data normali tal-ħruġ għall-ġimgħa rilevanti. |
8. B’deroga mill-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi jum ieħor apparti l-Erbgħagħall-ħruġ tal-liċenzi tal-esportazzjoni meta ma jkunx possibbli li dan il-jum jiġi rispettat.
Artikolu 4
1. Fuq talba tal-operatur, l-applikazzjonijiet għal-liċenzi sa 25 tunnellata ta’ prodotti m’għandhomx ikunu soġġetti għal xi miżuri speċjali kif imsemmija fl-Artikolu 3(4) u l-liċenzi li kun sar applikazzjoni għalihom għandhom jinħarġu immedjatament.
F’każijiet bħal dawn, minkejja l-Artikolu 2(1) u (5), it-terminu ta’ validità tal-liċenzi għandu jkun limitat għal ħamest ijiem tax-xogħol minn dakinhar tal-ħruġ effettiv tagħhom fis-sens tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 u l-kaxxa 20 tal-applikazzjonijiet għal liċenza u tal-liċenzi għandha turi waħda mill-entrati elenkati fl-Anness V.
2. Il-Kummissjoni tista’, meta jkun meħtieġ, tissospendi l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 5
Il-liċenzji tal-esportazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli.
Artikolu 6
1. Il-kwantità esportata fil-limiti tat-tolleranza msemmija fl-Artikolu 7 (4) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 ma għandhiex tagħti d-dritt għall-ħlas tar-rifużjoni.
2. Fil-kaxxa 22 tal-liċenza, għandha tiġi indikata mill-inqas waħda mill-entrati elenkati fl-Anness VI.
Artikolu 7
1. Sal-Ġimgħa ta’ kull ġimgħa, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
l-applikazzjonijiet għal-liċenzi tal-esportazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 1 ippreżentati mit-Tnejn sal-Ġimgħa tal-istess ġimgħa, u jiddikjaraw jekk dawn jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 4 jew le; |
|
(b) |
il-kwantitajiet koperti bil-liċenzi tal-esportazzjoni maħruġa nhar l-Erbgħa preċedenti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk maħruġa immedjatament taħt l-Artikolu 4; |
|
(c) |
il-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għal-liċenza tal-esportazzjoni li jkunu ġew irtirati skont l-Artikolu 3 (7) matul il-ġimgħa ta’ qabel. |
2. In-notifika tal-applikazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tispeċifika:
|
(a) |
il-kwantità fil-piż tal-prodott għal kull kategorija msemmija fl-Artikolu 2(3); |
|
(b) |
l-analiżi skont id-destinazzjoni tal-kwantità għal kull kategorija fil-każ meta r-rata tar-rifużjoni tvarja skont id-destinazzjoni; |
|
(c) |
ir-rata tar-rifużjoni applikabbli; |
|
(d) |
l-ammont totali tar-rifużjoni f’euro ffissat minn qabel għal kull kategorija ta’ prodott. |
3. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni fuq bażi ta’ kull xahar wara l-iskadenza tal-validità tal-liċenzi tal-esportazzjoni l-kwantità ta’ liċenzi tal-esportazzjoni mhux użata.
Artikolu 8
1. Għall-flieles li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0105 11 , 0105 12 u 0105 19 , l-operaturi għandhom jiddikjaraw, fil-waqt li jwettqu l-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni, li jkunu beħsiebhom jitolbu rifużjoni fuq l-esportazzjoni.
2. Mhux aktar tard minn jumejn tax-xogħol wara l-esportazzjoni, l-operaturi għandhom jippreżentaw lill-awtorità kompetenti l-applikazzjoni għal-liċenza tal-esportazzjoni ex post għall-flieles esportati. Fil-kaxxa 20 tal-applikazzjoni għal-liċenza u tal-liċenza, għandhom jiġu indikati l-kelmiet ex post flimkien mal-uffiċċju doganali fejn ikunu twettqu l-formalitajiet doganali, kif ukoll il-ġurnata tal-esportazzjoni fis-sens tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 (6).
B’deroga mill-Artikolu 14 (2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 ma għandha tkun meħtieġa l-ebda garanzija.
3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-Ġimgħa ta’ kull ġimgħa, bl-għadd ta’ liċenzi tal-esportazzjoni ex post li saret applikazzjoni għalihom, matul dik il-ġimgħa, inklużi notifiki “żero”. In-notifiki għandhom jispeċifikaw, fejn applikabbli, id-dettalji msemmija fl-Artikolu 7(2).
4. Liċenzi tal-esportazzjoni ex post għandhom jinħarġu kull nhar ta’ Erbgħa ta’ wara, sakemm l-ebda miżura partikolari msemmija fl-Artikolu 3(4) ma tittieħed mill-Kummissjoni wara l-esportazzjoni kkonċernata. Meta jittieħdu tali miżuri, dawn għandhom japplikaw għall-esportazzjonijiet li jkunu diġà twettqu.
Din il-liċenza tagħti d-dritt għall-ħlas tar-rifużjoni applikabbli fil-ġurnata tal-esportazzjoni fis-sens tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 612/2009.
5. L-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 ma għandux japplika għal-liċenzi ex post imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu.
Il-liċenzi għandhom jiġu ppreżentati direttament mill-parti interessata lill-aġenzija inkarigata mill-ħlas tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni. Din l-aġenzija għandha tattribwixxi u tittimbra l-liċenza.
Artikolu 9
In-notifiki msemmija f’dan ir-Regolament, inklużi notifiki “żero”, għandhom isiru skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009.
Artikolu 10
Ir-Regolament (KE) Nru 633/2004 huwa mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness X.
Artikolu 11
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(3) Ara l-Anness IX.
ANNESS I
|
Kodiċi tal-prodott tan-nomenklatura tal-prodott agrikolu għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni (1) |
Kategorija |
Rata tal-garanzija (EUR/100 kg piż nett) |
|
0105 11 11 9000 0105 11 19 9000 0105 11 91 9000 0105 11 99 9000 |
1 |
— |
|
0105 12 00 9000 0105 19 20 9000 |
2 |
— |
|
0207 12 10 9900 0207 12 90 9990 0207 12 90 9190 |
3 |
6 (2) 6 (3) 6 (4) |
|
0207 25 10 9000 0207 25 90 9000 |
5 |
3 |
|
0207 14 20 9900 0207 14 60 9900 0207 14 70 9190 0207 14 70 9290 |
6(a) (4) |
2 |
|
0207 14 20 9900 0207 14 60 9900 0207 14 70 9190 0207 14 70 9290 |
6(b) (5) |
2 |
|
0207 27 10 9990 |
7 |
3 |
|
0207 27 60 9000 0207 27 70 9000 |
8 |
3 |
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), parti 7.
(2) Għad-destinazzjonijiet murija fl-Anness VII.
(3) Destinazzjonijiet apparti minn dawk murija fl-Annessi VII u VIII.
(4) Destinazzjonijiet murija fl-Anness VIII.
(5) Destinazzjonijiet apparti minn dawk murija fl-Anness VIII.
ANNESS II
Entrati msemmijin fl-Artikolu 2(4):
|
— |
Bil-Bulgaru |
: |
Регламент (ЕC) № 90/2011 |
|
— |
Bl-Ispanjol |
: |
Reglamento (UE) no 90/2011 |
|
— |
Biċ-Ċek |
: |
Nařízení (EU) č. 90/2011 |
|
— |
Bid-Daniż |
: |
Forordning (EU) nr. 90/2011 |
|
— |
Bil-Ġermaniż |
: |
Verordnung (EU) Nr. 90/2011 |
|
— |
Bl-Estonjan |
: |
Määrus (EL) nr 90/2011 |
|
— |
Bil-Grieg |
: |
Κανονισμός (ΕE) αριθ. 90/2011 |
|
— |
Bl-Ingliż |
: |
Regulation (EU) No 90/2011 |
|
— |
Bil-Franċiż |
: |
Règlement (UE) no 90/2011 |
|
— |
Bit-Taljan |
: |
Regolamento (UE) n. 90/2011 |
|
— |
Bil-Latvjan |
: |
Regula (ES) Nr. 90/2011 |
|
— |
Bil-Litwan |
: |
Reglamentas (ES) Nr. 90/2011 |
|
— |
Bl-Ungeriż |
: |
90/2011/EU rendelet |
|
— |
Bil-Malti |
: |
Regolament (UE) Nru 90/2011 |
|
— |
Bl-Olandiż |
: |
Verordening (EU) nr. 90/2011 |
|
— |
Bil-Pollakk |
: |
Rozporządzenie (UE) nr 90/2011 |
|
— |
Bil-Portugiż |
: |
Regulamento (UE) n.o 90/2011 |
|
— |
Bir-Rumen |
: |
Regulamentul (UE) nr. 90/2011 |
|
— |
Bl-Islovakk |
: |
Nariadenie (EÚ) č. 90/2011 |
|
— |
Bl-Isloven |
: |
Uredba (EU) št. 90/2011 |
|
— |
Bil-Finlandiż |
: |
Asetus (EU) N:o 90/2011 |
|
— |
Bl-Iżvediż |
: |
Förordning (EU) nr 90/2011 |
ANNESS III
Entrati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(6)
|
(a) |
fil-kaxxa 20:
|
|
(b) |
fil-kaxxa 22:
|
ANNESS IV
Entrati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(7)
|
(a) |
fil-kaxxa 20:
|
|
(b) |
fil-kaxxa 22:
|
ANNESS V
Entrati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1):
|
— |
Bil-Bulgaru |
: |
Лицензия, валидна пет работни дни |
|
— |
Bl-Ispanjol |
: |
Certificado válido durante cinco días hábiles |
|
— |
Biċ-Ċek |
: |
Licence platná pět pracovních dní |
|
— |
Bid-Daniż |
: |
Licens, der er gyldig i fem arbejdsdage |
|
— |
Bil-Ġermaniż |
: |
Fünf Arbeitstage gültige Lizenz |
|
— |
Bl-Estonjan |
: |
Litsents kehtib viis tööpäeva |
|
— |
Bil-Grieg |
: |
Πιστοποιητικό που ισχύει για πέντε εργάσιμες ημέρες |
|
— |
Bl-Ingliż |
: |
Licence valid for 5 working days |
|
— |
Bil-Franċiż |
: |
Certificat valable cinq jours ouvrables |
|
— |
Bit-Taljan |
: |
Titolo valido cinque giorni lavorativi |
|
— |
Bil-Latvjan |
: |
Licences derīguma termiņš ir piecas darba dienas |
|
— |
Bil-Litwan |
: |
Licencijos galioja penkias darbo dienas |
|
— |
Bl-Ungeriż |
: |
Öt munkanapig érvényes tanúsítvány |
|
— |
Bil-Malti |
: |
Liċenza valida għal ħamest ijiem tax-xogħol |
|
— |
Bl-Olandiż |
: |
Certificaat met een geldigheidsduur van vijf werkdagen |
|
— |
Bil-Pollakk |
: |
Pozwolenie ważne pięć dni roboczych |
|
— |
Bil-Portugiż |
: |
Certificado de exportação válido durante cinco dias úteis |
|
— |
Bir-Rumen |
: |
Licență valabilă timp de cinci zile lucrătoare |
|
— |
Bl-Islovakk |
: |
Licencia platí päť pracovných dní |
|
— |
Bl-Isloven |
: |
Dovoljenje velja 5 delovnih dni |
|
— |
Bil-Finlandiż |
: |
Todistus on voimassa viisi työpäivää |
|
— |
Bl-Iżvediż |
: |
Licensen är giltig fem arbetsdagar |
ANNESS VI
Entrati msemmija fl-Artikolu 6(2)
|
— |
Bil-Bulgaru |
: |
Възстановяване, валидно за […] тона (количество, за което е издадена лицензията). |
|
— |
Bl-Ispanjol |
: |
Restitución válida por […] toneladas (cantidad por la que se expida el certificado). |
|
— |
Biċ-Ċek |
: |
Náhrada platná pro […] tun (množství, pro které je licence vydána). |
|
— |
Bid-Daniż |
: |
Restitutionen omfatter […] t (den mængde, licensen vedrører). |
|
— |
Bil-Ġermaniż |
: |
Erstattung gültig für […] Tonnen (Menge, für welche die Lizenz ausgestellt wurde). |
|
— |
Bl-Estonjan |
: |
Eksporditoetus kehtib […] tonni kohta (kogus, millele on antud ekspordilitsents). |
|
— |
Bil-Grieg |
: |
Επιστροφή ισχύουσα για […] τόνους (ποσότητα για την οποία έχει εκδοθεί το πιστοποιητικό). |
|
— |
Bl-Ingliż |
: |
Refund valid for […] tonnes (quantity for which the licence is issued). |
|
— |
Bil-Franċiż |
: |
Restitution valable pour […] tonnes (quantité pour laquelle le certificat est délivré). |
|
— |
Bit-Taljan |
: |
Restituzione valida per […] t (quantitativo per il quale il titolo è rilasciato). |
|
— |
Bil-Latvjan |
: |
Kompensācija ir spēkā attiecībā uz […] tonnām (daudzums, par kuru ir izsniegta licence). |
|
— |
Bil-Litwan |
: |
Grąžinamoji išmoka galioja […] tonoms (kiekis, kuriam išduota licencija). |
|
— |
Bl-Ungeriż |
: |
A visszatérítés […] tonnára érvényes (azt a mennyiséget kell feltüntetni, amelyre az engedélyt kiadták). |
|
— |
Bil-Malti |
: |
Rifużjoni valida għal […] tunnellati (kwantità li għaliha tinħareġ il-liċenza). |
|
— |
Bl-Olandiż |
: |
Restitutie geldig voor […] ton (hoeveelheid waarvoor het certificaat wordt afgegeven). |
|
— |
Bil-Pollakk |
: |
Refundacja ważna dla […] ton (ilość, dla której zostało wydane pozwolenie). |
|
— |
Bil-Portugiż |
: |
Restituição válida para […] toneladas (quantidade relativamente à qual é emitido o certificado). |
|
— |
Bir-Rumen |
: |
Restituire valabilă pentru […] tone (cantitatea pentru care a fost eliberată licența). |
|
— |
Bl-Islovakk |
: |
Náhrada je platná pre […] ton (množstvo, pre ktoré bolo vydané povolenie). |
|
— |
Bl-Isloven |
: |
Nadomestilo velja za […] ton (količina, za katero je bilo dovoljenje izdano). |
|
— |
Bil-Finlandiż |
: |
Tuki on voimassa […] tonnille (määrä, jolle todistus on myönnetty). |
|
— |
Bl-Iżvediż |
: |
Ger rätt till exportbidrag för […] ton (den kvantitet för vilken licensen utfärdats). |
ANNESS VII
L-Angola
Il-Baħrejn
L-Iran
L-Iraq
Il-Ġordan
Il-Kuwajt
Il-Lebanon
L-Oman
Il-Qatar
L-Arabja Sawdita
L-Emirati Għarab Magħquda
Il-Jemen
ANNESS VIII
L-Armenja
L-Ażerbajġan
Il-Belarus
Il-Ġeorġja
Il-Każakstan
Il-Kirgiżtan
Il-Moldova
Ir-Russja
It-Taġikistan
It-Turkmenistan
L-Ukrajna
L-Użbekistan
ANNESS IX
Regolament imħassar flimkien mal-emendi suċċessivi tiegħu
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 633/2004 |
|
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1498/2004 |
|
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1713/2006 |
L-Artikolu 15 biss |
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 557/2010 |
L-Artikolu 3 biss |
ANNESS X
Tabella ta’ korrelazzjoni
|
Ir-Regolament (KE) Nru 633/2004 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2(1), (2) u (3) |
Artikolu 2(1), (2) u (3) |
|
Artikolu 2(4), il-kliem introduttorju |
Artikolu 2(4) |
|
Artikolu 2(4), l-ewwel sal-ħdax-il inċiż |
Anness II |
|
Artikolu 2(5) |
Artikolu 2(5) |
|
Artikolu 2(6), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 2(6), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 2(6), it-tieni subparagrafu, il-kliem introduttorju |
Artikolu 2(6), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 2(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), l-ewwel sal-ħdax-il inċiż, u punt (b), l-ewwel sal-ħdax-il inċiż |
Anness III |
|
Artikolu 2(7), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 2(7), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 2(7), it-tieni subparagrafu, il-kliem introduttorju |
Artikolu 2(7), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 2(7), it-tieni subparagrafu, punt (a), l-ewwel sal-ħdax-il inċiż, u punt (b), l-ewwel sal-ħdax-il inċiż |
Anness IV |
|
Artikolu 3(1) sa (4) |
Artikolu 3(1) sa (4) |
|
Artikolu 3(4a) |
Artikolu 3(5) |
|
Artikolu 3(5) |
Artikolu 3(6) |
|
Artikolu 3(6) |
Artikolu 3(7) |
|
Artikolu 3(7) |
Artikolu 3(8) |
|
Artikoli 4 u 5 |
Artikoli 4 u 5 |
|
Artikolu 6(1) |
Artikolu 6(1) |
|
Artikolu 6(2), il-kliem introduttorju |
Artikolu 6(2) |
|
Artikolu 6(2), l-ewwel sal-ħdax-il inċiż |
Anness VI |
|
Artikoli 7 u 8 |
Artikoli 7 u 8 |
|
L-Artikolu 8a |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 9 |
— |
|
— |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 11 |
|
Anness I |
Anness I |
|
Anness Ia |
Anness V |
|
Anness III |
Anness VII |
|
Anness IV |
Anness VIII |
|
Anness V |
— |
|
Anness VI |
— |
|
— |
Anness IX |
|
— |
Anness X |