Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0071

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 71/2011 tat- 28 ta’ Jannar 2011 dwar il-prezzijiet tal-bejgħ taċ-ċereali bi tweġiba għall-ħames stedina individwali għal sejħa għall-offerti fil-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti miftuħa skont ir-Regolament (UE) Nru 1017/2010

ĠU L 26, 29.1.2011, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/71/oj

29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 71/2011

tat-28 ta’ Jannar 2011

dwar il-prezzijiet tal-bejgħ taċ-ċereali bi tweġiba għall-ħames stedina individwali għal sejħa għall-offerti fil-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti miftuħa skont ir-Regolament (UE) Nru 1017/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(f) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1017/2010 (2) fetaħ il-bejgħ taċ-ċereali permezz ta’ proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3).

(2)

Skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 u l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1017/2010, fid-dawl tas-sejħiet għall-offerti li jkunu waslu bi tweġiba għal stediniet individwali għal sejħa għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa għal kull ċereali u għal kull Stat Membru prezz minimu tal-bejgħ jew tiddeċiedi li ma tiffissahx.

(3)

Fuq il-bażi tas-sejħiet għall-offerti li jkunu waslu għall-ħames stedina individwali għal sejħa għall-offerti, ġie deċiż li għandu jkun iffissat prezz minimu tal-bejgħ għaċ-ċereali u għall-Istati Membri.

(4)

Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-ħames stedina individwali għal sejħa għall-offerti għall-bejgħ taċ-ċereali fil-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti miftuħa skont ir-Regolament (UE) Nru 1017/2010, fir-rigward ta’ liema, il-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ sejħiet għall-offerti skada fis-26 ta’ Jannar 2011, id-deċiżjonijiet dwar il-prezzijiet tal-bejgħ għal kull ċereali u għal kull Stat Membru huma stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 293, 11.11.2010, p. 41.

(3)  ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.


ANNESS

Deċiżjonijiet dwar bejgħ

(EUR/tunnellata)

Stat Membru

Il-prezz minimu tal-bejgħ

Qamħ komuni

Xgħir

Qamħirrun

Kodiċi tan-NM 1001 90

Kodiċi tan-NM 1003 00

Kodiċi tan-NM 1005 90 00

Il-Belġju

X

X

X

Il-Bulgarija

X

X

X

Ir-Repubblika Ċeka

X

185,51

X

Id-Danimarka

X

200,51

X

Il-Ġermanja

X

197,85

X

L-Estonja

X

X

X

L-Irlanda

X

X

X

Il-Ġreċja

X

X

X

Spanja

X

X

X

Franza

X

o

X

L-Italja

X

X

X

Ċipru

X

X

X

Il-Latvja

X

X

X

Il-Litwanja

X

X

X

Il-Lussemburgu

X

X

X

L-Ungerija

X

X

X

Malta

X

X

X

Il-Pajjiżi l-Baxxi

X

X

X

L-Awstrija

X

X

X

Il-Polonja

X

X

X

Il-Portugall

X

X

X

Ir-Rumanija

X

X

X

Is-Slovenja

X

X

X

Is-Slovakkja

X

190,00

X

Il-Finlandja

X

178,02

X

L-Isvezja

X

191,06

X

Ir-Renju Unit

X

198,01

X

(—)

L-ebda prezz minimu tal-bejgħ iffissat (l-offerti kollha ġew miċħuda)

(°)

L-ebda offerta

(X)

L-ebda ċereali ma huma disponibbli għall-bejgħ

(#)

Mhux applikabbli


Top