This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011H0516
2011/516/EU: Commission Recommendation of 23 August 2011 on the reduction of the presence of dioxins, furans and PCBs in feed and food Text with EEA relevance
2011/516/UE: Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta’ Awwissu 2011 dwar it-tnaqqis tal-preżenza ta’ diossini, furani u PCBs fl-għalf u fl-ikel Test b’relevanza għaż-ŻEE
2011/516/UE: Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta’ Awwissu 2011 dwar it-tnaqqis tal-preżenza ta’ diossini, furani u PCBs fl-għalf u fl-ikel Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 218, 24.8.2011, p. 23–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 23/12/2013; Mibdul minn 32013H0711
24.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 218/23 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta’ Awwissu 2011
dwar it-tnaqqis tal-preżenza ta’ diossini, furani u PCBs fl-għalf u fl-ikel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/516/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ġew adottati diversi miżuri bħala parti minn strateġija globali biex titnaqqas il-preżenza ta’ diossini, furani u PCBs fl-ambjent, fl-għalf u fl-ikel. |
(2) |
Ġew stabbiliti l-livelli massimi għad-diossini, għas-somma tad-diossini u għall-PCBs li jixbhu lid-diossini fl-għalf permezz tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (1) u fl-ikel permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (2). |
(3) |
Ġew stabbiliti l-livelli ta’ azzjoni għad-diossini u għall-PCBs li jixbhu lid-diossini fl-ikel permezz tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/88/KE tas-6 ta’ Frar 2006 dwar it-tnaqqis tal-preżenza tad-diossini, l-furani u l-PCBs fl-oġġetti tal-għalf u l-oġġetti tal-ikel (3) hekk li jkun stimulat approċċ proattiv biex titnaqqas il-preżenza ta’ diossini u PCBs li jixbhu lid-diossini fl-ikel. Dawn il-livelli ta’ azzjoni huma għodda għall-awtoritajiet kompetenti u għall-operaturi biex jenfasizzaw dawk il-każijiet fejn tajjeb li jkun identifikat sors ta’ kontaminazzjoni u jittieħdu miżuri biex dan jitnaqqas jew jiġi eliminat. Minħabba li s-sorsi tad-diossini u tal-PCBs li jixbhu lid-diossini huma differenti, huwa xieraq li jkunu determinati livelli ta’ azzjoni separati għad-diossini minn naħa u għall-PCBs li jixbhu lid-diossini min-naħa l-oħra. |
(4) |
Ġew stabbiliti l-limiti ta’ azzjoni għad-diossini u għall-PCBs li jixbhu lid-diossini fl-għalf permezz tad-Direttiva 2002/32/KE. |
(5) |
L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) organizzat sessjoni ta’ ħidma għall-esperti bejn it-28 u t-30 ta’ Ġunju 2005 dwar il-valutazzjoni mill-ġdid tal-valuri tal-fatturi ta’ ekwivalenza tossikoloġika (TEFs) stabbiliti mill-WHO fl-1998. Kien hemm għadd ta’ valuri tat-TEF li nbidlu, l-aktar għall-PCBs, il-konġeneri ottaklorinati u l-furani pentaklorinati. Id-dejta dwar l-effett tal-valuri l-ġodda tat-TEF u l-okkorrenza riċenti huma miġbura fir-rapport xjentifiku tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) “Results of the monitoring of dioxin levels in food and feed” (4). Għalhekk, huwa xieraq li jiġu riveduti l-livelli ta’ azzjoni waqt li jkunu kkunsidrati l-valuri l-ġodda tat-TEF. |
(6) |
L-esperjenza uriet li f’ċerti oġġetti tal-ikel, meta jinqabżu l-livelli ta’ azzjoni mhux meħtieġ li jsiru investigazzjonijiet. F’dawn il-każijiet, il-qabża fil-livelli ta’ azzjoni mhijiex relatata ma’ sors speċifiku ta’ kontaminazzjoni li jista’ jitnaqqas jew jiġi eliminat, imma ma’ tniġġis ġenerali tal-ambjent. Għalhekk, huwa xieraq li ma jkunux stabbiliti livelli ta’ azzjoni għal dawn l-oġġetti tal-ikel. |
(7) |
F’dawn iċ-ċirkostanzi, ir-Rakkomandazzjoni 2006/88/KE għandha tiġi sostitwita minn din ir-Rakkomandazzjoni, |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu monitoraġġ każwali tal-preżenza tad-diossini, tal-PCBs li jixbhu lid-diossini u tal-PCBs li ma jixbhux lid-diossini fl-għalf u fl-ikel, b’mod proporzjonat għall-produzzjoni, l-użu u l-konsum tagħhom ta’ ikel u għalf.
2. F’każijiet ta’ nuqqas ta’ qbil mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/32/KE u tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, u f’każijiet fejn jinstabu livelli ta’ diossini u/jew PCBs li jixbhu lid-diossini aktar mil-livelli ta’ azzjoni speċifikati fl-Anness ma’ din ir-Rakkomandazzjoni dwar l-ikel u fl-Anness II mad-Direttiva 2002/32/KE dwar l-għalf, l-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-operaturi,
(a) |
għandhom jibdew investigazzjonijiet biex jidentifikaw is-sors ta’ kontaminazzjoni, |
(b) |
għandhom jieħdu miżuri biex inaqqsu jew jeliminaw is-sors ta’ kontaminazzjoni. |
3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bis-sejbiet tagħhom, ir-riżultati tal-investigazzjonijiet u l-miżuri meħuda biex jitnaqqas jew jiġi eliminat is-sors ta’ kontaminazzjoni.
Ir-Rakkomandazzjoni 2006/88/KE b’dan hija mħassra mill-1 ta’ Jannar 2012.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Awwissu 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10.
(2) ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.
(3) ĠU L 42, 14.2.2006, p. 26.
(4) EFSA Journal 2010; 8(3):1385, http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/1385.pdf
ANNESS
Id-diossini (is-somma ta’ dibenżo-para-diossini poliklorinati (PCDDs) u d-dibenżofurani poliklorinati (PCDFs), espressi bħala ekwivalenti tossikoloġiċi tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) permezz tal-fatturi ta’ ekwivalenza tossikoloġika tad-WHO (TEFs tad-WHO)) u l-poliklorobifenil (PCBs) li jixbhu lid-diossini, espressi bħala ekwivalenti tossikoloġiċi tad-WHO permezz tat-TEFs tad-WHO). It-TEFs tad-WHO għall-valutazzjoni tar-riskju uman ibbażati fuq il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-esperti tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) - Programm Internazzjonali dwar is-Sigurtà tas-Sustanzi Kimiċi (IPCS) li saret f’Ġinevra f’Ġunju 2005 (Martin van den Berg et al., The 2005 World Health Organization Re-evaluation of Human and Mammalian Toxic Equivalency Factors for Dioxins and Dioxin-like Compounds. Toxicological Sciences 93(2), 223–241 (2006))
Ikel |
Livell ta’ azzjoni għad-diossini + furani (WHO-TEQ) (1) |
Livell ta’ azzjoni għall-pcbs li jixbhu lid-diossini (WHO-TEQ) (1) |
||
Laħam u prodotti tal-laħam (ħlief l-interjuri li jittieklu) (2) tal-annimali li ġejjin: |
|
|
||
|
1,75 pg/g xaħam (3) |
1,75 pg/g xaħam (3) |
||
|
1,25 pg/g xaħam (3) |
0,75 pg/g xaħam (3) |
||
|
0,75 pg/g xaħam (3) |
0,5 pg/g xaħam (3) |
||
Xaħmijiet imħallta |
1,00 pg/g xaħam (3) |
0,75 pg/g xaħam (3) |
||
Laħam tal-muskoli ta’ ħut imrobbi u prodotti ta’ ħut imrobbi |
1,5 pg/g piż bil-kontenut tal-ilma |
2,5 pg/g piż bil-kontenut tal-ilma |
||
Ħalib nej (2) u prodotti tal-ħalib (2), inkluż xaħam tal-butir |
1,75 pg/g xaħam (3) |
2,0 pg/g xaħam (3) |
||
Bajd tat-tiġieġ u prodotti tal-bajd (2) |
1,75 pg/g xaħam (3) |
1,75 pg/g xaħam (3) |
||
Frott, ħxejjex u ċereali |
0,3 pg/g prodott |
0,1 pg/g prodott |
(1) Konċentrazzjonijiet tas-saff ta’ fuq: Konċentrazzjonijiet tas-saff ta’ fuq jiġu kkalkolati billi wieħed jassumi li l-valuri kollha tad-diversi konġeneri anqas mil-limitu tal-kwantifikazzjoni huma daqs il-limitu tal-kwantifikazzjoni.
(2) Oġġetti tal-ikel elenkati f’din il-kategorija kif inhuma definiti mir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene għal ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
(3) Il-livelli ta’ azzjoni mhux applikabbli għal prodotti tal-ikel li fihom anqas minn 2 % ta’ xaħam.