This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0874
2011/874/EU: Commission Implementing Decision of 15 December 2011 laying down the list of third countries and territories authorised for imports of dogs, cats and ferrets and for non-commercial movements of more than five dogs, cats and ferrets into the Union and the model certificates for imports and non-commercial movements of those animals into the Union (notified under document C(2011) 9232) Text with EEA relevance
2011/874/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 15 ta’ Diċembru 2011 li tistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi u t-territorji awtorizzati għall-importazzjoni ta’ klieb, qtates u inmsa u għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ iktar minn ħamest iklieb, qtates u inmsa fl-Unjoni, kif ukoll iċ-ċertifikati mudell għall-importazzjoni u l-movimenti mhux kummerċjali ta’ dawn l-annimali fl-Unjoni (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9232) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2011/874/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 15 ta’ Diċembru 2011 li tistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi u t-territorji awtorizzati għall-importazzjoni ta’ klieb, qtates u inmsa u għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ iktar minn ħamest iklieb, qtates u inmsa fl-Unjoni, kif ukoll iċ-ċertifikati mudell għall-importazzjoni u l-movimenti mhux kummerċjali ta’ dawn l-annimali fl-Unjoni (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9232) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 343, 23.12.2011, p. 65–76
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 28/12/2014; Imħassar b' 32013D0520
23.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 343/65 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-15 ta’ Diċembru 2011
li tistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi u t-territorji awtorizzati għall-importazzjoni ta’ klieb, qtates u inmsa u għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ iktar minn ħamest iklieb, qtates u inmsa fl-Unjoni, kif ukoll iċ-ċertifikati mudell għall-importazzjoni u l-movimenti mhux kummerċjali ta’ dawn l-annimali fl-Unjoni
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9232)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/874/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1) u b'mod partikolari l-frażi introduttorja u l-punt (b) tal-Artikolu 17(2) u l-punt (a) tal-Artikolu 17(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġijiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (2), u partikolarment l-Artikolu 8(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jistipula r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi fl-Unjoni.Il-klieb, il-qtates u l-inmsa huma fost l-annimali domestiċi koperti bir-Regolament. |
(2) |
Id-Direttiva 92/65/KEE tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ tal-klieb, il-qtates u l-inmsa, kif ukoll tal-importazzjoni tagħhom fl-Unjoni. Din tistipula li l-kundizzjonijiet marbuta mal-importazzjoni ta’ dawn l-annimali għandhom tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 998/2003. |
(3) |
Ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw dawn l-importazzjonijiet u l-movimenti mhux kummerċjali jvarjaw skont is-sitwazzjoni tal-marda tal-idrofobija fil-pajjiż terz tal-oriġini u fl-Istat Membru tad-destinazzjoni. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jipprovdi li l-klieb, il-qtates u l-inmsa li jidħlu fl-Istati Membri apparti l-Irlanda, Malta, l-Isvezja u r-Renju Unit minn pajjiżi terzi elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B jew fil-Parti Ċ tal-Anness II tal-istess Regolament, għandhom jitlaqqmu kontra l-idrofobija, filwaqt li dawk li jidħlu minn pajjiżi terzi oħrajn iridu wkoll ikunu suġġetti għal test tad-demm b'rabta mal-idrofobija qabel ma jidħlu f'dawn il-pajjiżi. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jipprovdi li sal-31 ta’ Diċembru 2011, il-klieb, il-qtates u l-inmsa li jidħlu fl-Irlanda, Malta, l-Isvezja u r-Renju Unit minn pajjiżi terzi elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B u fil-Parti Ċ tal-Anness II tal-istess Regolament, għandhom jitlaqqmu kontra l-idrofobija u jkunu suġġetti għal test tad-demm b'rabta mal-idrofobija skont ir-regoli nazzjonali, filwaqt li dawk li jidħlu minn pajjiżi terzi oħrajn, mal-wasla tagħhom għandhom jitqiegħdu fi kwarantina skont ir-regoli nazzjonali. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jipprovdi li sal-31 ta’ Diċembru 2011, il-Finlandja, l-Irlanda, Malta, l-Isvezja u r-Renju Unit, fir-rigward tal-ekinokokkożi, u l-Irlanda, Malta, u r-Renju Unit fir-rigward tal-qurdien, jistgħu jitolbu li d-dħul tal-klieb, il-qtates u l-inmsa fit-territorju tagħhom isir suġġett għall-konformità ma’ ċerti rekwiżiti nazzjonali addizzjonali. |
(7) |
Ir-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2011 tal-14 ta’ Lulju 2011 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb (3) kien adottat sabiex ikun żgurat il-ħarsien kontinwu tas-saħħa fl-Irlanda, Malta, il-Finlandja u r-Renju Unit mill-Echinococcus multilocularis. Se jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2012. |
(8) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/595/KE tad-29 ta’ Lulju 2004 li tistabbilixxi ċertifikat tas-saħħa mudell għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ klieb, qtates u inmsa għall-kummerċ (4) tistipula li l-importazzjonijiet ta’ dawn l-annimali għandhom jiġu awtorizzati mill-pajjiżi terzi elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B jew fil-Parti Ċ tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 jew fl-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (5). Id-Deċiżjoni 2004/595/KE tistipula wkoll li dawn l-annimali jridu jkunu akkumpanjati minn ċertifikat skont il-mudell stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni. |
(9) |
Il-mudell stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/595/KE huwa ċertifikat individwali li jrid jinħareġ għad-dħul fl-Istati Membri ta’ kull kelb, qattus jew nemes li jasal minn pajjiż terz elenkat fit-Taqsima 2 tal-Parti B jew fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003. |
(10) |
Filwaqt li dan iċ-ċertifikat huwa biżżejjed għad-dħul fl-Istati Membri apparti l-Irlanda, l-Isvezja u r-Renju Unit ta’ dawk l-annimali li jkunu ġejjin mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, dan mhux aċċettat għal annimali bħal dawn destinati għall-Irlanda, l-Isvezja u r-Renju Unit meta mal-wasla tagħhom jitqiegħdu fi kwarantina skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali. |
(11) |
Minħabba l-problemi li jiltaqgħu magħhom ċerti importaturi dovuti għall-użu taċ-ċertfikat mudell individwali stabbilit fid-Deċiżjoni 2004/595/KE, huwa neċessarju li dan iċ-ċertifikat mudell jiġi sostitwit b'wieħed li jista' jkopri konsenja li tikkonsisti f'aktar minn annimal wieħed. |
(12) |
Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2010 tas-6 ta’ Mejju 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-numru massimu ta’ annimali domestiċi ta’ ċerti speċji li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ moviment mhux kummerċjali (6), il-movimenti mhux kummerċjali fl-Unjoni ta’ aktar minn ħamest iklieb, qtates jew inmsa minn pajjiż terz iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti u l-kontrolli tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fid-Direttiva 92/65/KEE. |
(13) |
Minħabba l-fatt li r-riskji maħluqa mill-importazzjonijiet tal-klieb, qtates u inmsa u mill-moviment mhux kummerċjali fl-Unjoni ta’ aktar minn ħamest iklieb, qtates u inmsa mhumiex differenti, huwa l-lok li jiġi stabbilit ċertifikat sanitarju komuni għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali bħal dawn u għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ aktar minn ħames annimali bħal dawn mill-pajjiżi terzi elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B jew fil-Parti Ċ tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 jew fl-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010. |
(14) |
Fl-interessi tal-konsistenza u s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, iċ-ċertifikati mudell tas-saħħa għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ klieb, qtates u inmsa għandhom iqisu r-rekwiżiti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/240/KE (7), li tistipula li d-diversi ċertifikati tas-saħħa veterinarja, pubblika u dik tal-annimali meħtieġa għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali ħajjin iridu jissejsu fuq il-mudelli standard għaċ-ċertifikati veterinarji stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni. |
(15) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/824/KE tal-1 ta’ Diċembru 2004 li tistabblixxi ċertifikat mudell ta’ saħħa għaċ-ċaqliq mhux kummercjali ta’ klieb, qtates u inmsa minn pajjiżi terzi lejn il-Komunità (8) tistabbilixxi ċertifikat mudell għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ dawk l-annimali fl-Istati Membri apparti l-Irlanda, l-Isvezja u r-Renju Unit minn pajjiżi terzi. Dan iċ-ċertifikat jista' jintuża wkoll għad-dħul f'dawk it-tliet Stati Membri fil-każ li dawn l-annimali jaslu minn pajjiżi elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B jew fil-Parti Ċ tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003. Barra minn hekk, dan iċ-ċertifikat irid jinħareġ individwalment għad-dħul fl-Istati Membri ta’ kull kelb, qattus jew nemes. |
(16) |
Skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 998/2003, l-annimali domestiċi jridu jkunu akkumpanjati minn passaport skont il-mudell stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/803/KE tas-26 ta’ Novembru 2003 li tistabbilixxi mudell ta’ passaport tal-movimenti fil-Komunità ta’ klieb, qtates u nemes (9) meta dawn jidħlu fi Stat Membru, wara moviment temporanju minn Stat Membru għal pajjiż terz jew territorju tiegħu. |
(17) |
Skont il-punt (a) tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 998/2003, l-annimali domestiċi li jaslu minn pajjiżi jew territorji elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II tar-Regolament, u li kien stabbilit li għal dawn il-pajjiżi u territorji japplikaw regoli tal-inqas ekwivalenti għar-regoli tal-Unjoni dwar il-movimenti mill-pajjiżi terzi, iridu jkunu suġġetti għar-regoli stabbiliti għall-moviment mhux kummerċjali tal-klieb, il-qtates u l-inmsa bejn l-Istati Membri. |
(18) |
Huwa loku li din id-Deċiżjoni għandha tapplika mingħajr ħsara għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/839/KE tat-3 ta’ Diċembru 2004 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet taċ-ċaqliq nonkummerċjali ta’ klieb u qtates żgħar minn pajjiżi terzi għall-Komunità (10) li tippermetti lill-Istati Membri jawtorizzaw il-moviment għat-territorju tagħhom ta’ klieb u qtates ta’ inqas minn tliet xhur u li ma jkunux imlaqqma kontra l-idrofobija minn pajjiżi terzi elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B jew fil-Parti Ċ tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 bil-kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament. |
(19) |
Sabiex ikun faċilitat l-aċċess għal ċertifikati multilingwi, iċ-ċertifikat tas-saħħa mitlub għal movimenti mhux kummerċjali lejn l-Unjoni ta’ ħamest iklieb, qtates jew inmsa, jew inqas minn hekk għandu jkun imsejjes fuq il-mudelli standard stabbiliti fid-Deċiżjoni 2007/240/KE. |
(20) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE tas-17 ta’ Diċembru 1996 dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (11) tistipula r-regoli li għandhom jiġu osservati fil-ħruġ taċ-ċertifikati mitluba mil-leġiżlazzjoni veterinarja biex tiġi evitata ċ-ċertifikazzjoni qarrieqa jew falza. Huwa xieraq li jiġi żgurat li r-regoli u l-prinċipji tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dik id-Direttiva jiġu applikati mill-uffiċjali veterinarji tal-pajjiżi terzi. |
(21) |
Huwa xieraq li jiġi introdott perjodu ta’ tranżizzjoni li jippermetti lill-Istati Membri u lill-industrija sabiex jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. |
(22) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjonijiet 2004/595/KE u 2004/824/KE għandhom jiġu revokati. |
(23) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi:
(a) |
il-lista tal-pajjiżi terzi u t-territorji awtorizzati biex jimpurtaw klieb, qtates u inmsa u għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ iktar minn ħamest iklieb, qtates jew inmsa lejn l-Unjoni, skont id-Direttiva 92/65/KEE, kif ukoll iċ-ċertifikat tas-saħħa għal dawn l-importazzjonijiet u movimenti mhux kummerċjali; |
(b) |
iċ-ċertifikat tas-saħħa għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ ħamest iklieb, qtates jew nemes, jew inqas, lejn l-Unjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 998/2003. |
2. Din id-Deċiżjoni tapplika mingħajr ħsara għad-Deċiżjoni 2004/839/KE.
Artikolu 2
Il-pajjiżi terzi u t-territorji awtorizzati għall-importazzjoni ta’ klieb, qtates u inmsa u għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ iktar minn ħamest iklieb, qtates jew inmsa lejn l-Unjoni, kif ukoll iċ-ċertifikat tas-saħħa għal dawn l-importazzjonijiet u movimenti mhux kummerċjali
1. L-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ klieb, qtates u inmsa u l-movimenti mhux kummerċjali ta’ iktar minn ħamest iklieb, qtates u inmsa lejn l-Unjoni, kemm-il darba il-pajjiżi terzi jew it-territorji li jaslu minnhom, kif ukoll il-pajjiżi terzi jew it-territorji li jgħaddu minnhom ikunu:
(a) |
jew elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B jew fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003; jew |
(b) |
elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010. |
2. Il-klieb, il-qtates u l-inmsa, kif imsemmija fil-paragrafu 1, iridu:
(a) |
ikunu akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell stabbilit fl-Anness I, li jimtela minn uffiċjal veterinarju li josserva n-notamenti ta’ gwida fil-Parti II ta’ dak iċ-ċertifikat; |
(b) |
jikkonformaw mar-rekwiżiti taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbiliti fl-Anness I għall-pajjiżi terzi u t-territorji li jaslu minnhom, kif imsemmi fil-paragrafu 1(a) u (b) rispettivament ta’ dan l-Artikolu. |
Artikolu 3
Iċ-ċertifikat tas-saħħa għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ ħamest iklieb, qtates jew inmsa, jew inqas, lejn l-Unjoni
1. L-Istati Membri jawtorizzaw il-movimenti mhux kummerċjali ta’ ħamest iklieb, qtates jew inmsa, jew inqas, lejn it-territorju tagħhom kemm-il darba dawn jaslu jew jgħaddu minn pajjiżi terzi jew territorji li:
(a) |
jew huma elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B jew fil-Parti C tal-Anness II tar-Reglament (KE) Nru 998/2003; jew |
(b) |
mhumiex elenkati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 998/2003. |
2. Il-klieb, il-qtates u l-inmsa, kif imsemmija fil-paragrafu 1, iridu:
(a) |
ikunu akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell stabbilit fl-Anness II, maħruġ minn uffiċjal veterinarju li josserva n-notamenti ta’ gwida fil-Parti II ta’ dak iċ-ċertifikat; |
(b) |
jikkonformaw mar-rekwiżiti taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbiliti fl-Anness II għall-pajjiżi terzi u t-territorji mnejn jaslu, kif imsemmi fil-paragrafu 1(a) u (b), rispettivament, ta’ dan l-Artikolu. |
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Sat-30 ta’ Ġunju 2012, għal perjodu tranżitorju, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjonijiet u l-movimenti mhux kummerċjali fl-Unjoni ta’ klieb, qtates u inmsa li jkunu akkumpanjati minn ċertifikat veterinarju maħruġ mhux iktar tard mid-29 ta’ Frar 2012, skont il-mudelli stabbiliti rispettivament fl-Anness tad-Deċiżjonijiet 2004/595/KE u 2004/824/KE.
Artikolu 5
Revoki
Id-Deċiżjonijiet 2004/595/KE u 2004/824/KE huma revokati.
Artikolu 6
Applikabbiltà
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012.
Artikolu 7
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.
(2) ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.
(3) ĠU L 296, 15.11.2011, p. 6.
(4) ĠU L 266, 13.8.2004, p. 11.
(7) ĠU L 104, 21.4.2007, p. 37.
(8) ĠU L 358, 3.12.2004, p. 12.
(9) ĠU L 312, 27.11.2003, p. 1.
(10) ĠU L 361, 8.12.2004, p. 40.
(11) ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.