Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0872

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/872/PESK tat- 22 ta’ Diċembru 2011 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/430/PESK

    ĠU L 343, 23.12.2011, p. 54–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/06/2012; Imħassar b' 32012D0333

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/872/oj

    23.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 343/54


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/872/PESK

    tat-22 ta’ Diċembru 2011

    li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/430/PESK

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1).

    (2)

    Fit-18 ta’ Lulju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/430/PESK li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3, u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (2).

    (3)

    F’konformità mal-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, huwa meħtieġ li ssir reviżjoni kompleta tal-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom tapplika d-Deċiżjoni 2011/430/PESK.

    (4)

    Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-riżultat tar-reviżjoni li l-Kunsill għamel fir-rigward tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

    (5)

    Il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK kienu involuti f’atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fis-sens tal-Artikolu 1(4) ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fiha.

    (6)

    Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha tkun aġġornata kif meħtieġ, u d-Deċiżjoni 2011/430/PESK għandha tiġi mħassra,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha tkun dik li tinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni 2011/430/PESK hija b’dan imħassra.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. DOWGIELEWICZ


    (1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.

    (2)  ĠU L 188, 19.7.2011, p. 47.


    ANNESS

    Lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

    1.   PERSUNI

    1.

    ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.08.1960 l-Iran. Passaport: D9004878.

    2.

    ABOU, Rabah Naami (magħruf ukoll bħala Naami Hamza; magħruf ukoll bħala Mihoubi Faycal; magħruf ukoll bħala Fellah Ahmed; magħruf ukoll bħala Dafri Rèmi Lahdi) imwieled fl-01.02.1966 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ "al-Takfir" u "al- Hijra")

    3.

    ABOUD, Maisi (magħruf ukoll bħala “l-Abderrahmane Svizzeru”) imwieled fis- 17.10.1964 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ "al-Takfir" u "al-Hijra")

    4.

    AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Għarabja Sawdija); ċittadin tal-Għarabja Sawdija

    5.

    AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis- 16.10.1966 f’Tarut, l-Għarabja Sawdija; ċittadin tal-Għarabja Sawdija

    6.

    ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6 jew fil-15.03.1955 l-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti. Passaport: C2002515 (Iran); Passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerika). Nru tal-ID nazzjonali: 07442833, tiskadi fil-15.03.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerika).

    7.

    ARIOUA, Kamel (magħruf ukoll bħala Lamine Kamel) imwieled fit- 18.8.1969 f’Kostantin (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

    8.

    ASLI, Mohamed (magħruf ukoll bħala Dahmane Mohamed) imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

    9.

    ASLI, Rabah imwieled fit- 13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

    10.

    BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR; magħruf ukoll bħala SOBIAR; magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-08.03.1978 f’Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) (Membru tal-"Hofstadgroep")

    11.

    DARIB, Noureddine (magħruf ukoll bħala Carreto; magħruf ukoll bħala Zitoun Mourad) imwieled fl-1.2.1972 fl-Alġerija (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

    12.

    DJABALI, Abderrahmane (magħruf ukoll bħala Touil) imwieled fl-01.06.1970 fl- Alġerija (Membru ta’ "al-Takfir" u "al-Hijra")

    13.

    FAHAS, Sofiane Yacine, imwielda fl- 10.9.1971 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

    14.

    IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, AHMED; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil- Libanu, ċittadin tal-Libanu

    15.

    MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555

    16.

    MOKTARI, Fateh (magħruf ukoll bħala Ferdi Omar) imwieled fis- 26.12.1974 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

    17.

    NOUARA, Farid imwieled fil- 25.11.1973 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

    18.

    RESSOUS, Hoari (magħruf ukoll bħala Hallasa Farid) imwieled fil-11.09.1968 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ "al-Takfir" u "al-Hijra")

    19.

    SEDKAOUI, Noureddine (magħruf ukoll bħala Nounou) imwieled fit- 23.6.1963 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

    20.

    SELMANI, Abdelghani (magħruf ukoll bħala Gano) imwieled fl- 14.6.1974 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

    21.

    SENOUCI, Sofiane imwielda fil-15.04.1971 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’"al-Takfir" u "al-Hijra")

    22.

    SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 l-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, Iran, (2) Bażi Militari ta' Mehran, Provinċja ta' Ilam, Iran.

    23.

    SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f'Teheran, l-Iran

    24.

    SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), imwieled fil-11.03.1957 l-Iran. Ċittadin Iranjan. Passaport: 008827 (Diplomatiku Iranjan), maħruġ fl-1999. Titolu: Maġġur Ġeneral.

    25.

    TINGUALI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Mouh di Kouba) imwieled fil- 21.04.1964 fi Blida (l-Alġerija) (Membru ta’ "al-Takfir" u "al-Hijra")

    26.

    WALTERS, Jason Theodore James (magħruf ukoll bħala Abdullah; magħruf ukoll bħala David), imwieled fis- 6.3.1985 f’Amersfoort (il-Pajjiżi l-Baxxi), Nru tal-passaport (il-Pajjiżi l-Baxxi) NE8146378 (Membru tal-"Hofstadgroep")

    2.   GRUPPI U ENTITAJIIET

    1.

    L-Organizzazzjoni Abu Nidal ("ANO"), (magħrufa ukoll bħala l-"Kunsill Rivoluzzjonarju ta’ Fatah", il-"Brigati Rivoluzzjonarji Għarab", "Settembru l-Iswed", u l-"Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti")

    2.

    "Il-Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa"

    3.

    "Al-Aqsa e.V."

    4.

    "Al-Takfir" u "Al-Hijra"

    5.

    "Babbar Khalsa"

    6.

    "Il-Partit Komunista tal-Filippini", inkluża n-"New Peoples Army" - "NPA", il-Filippini

    7.

    "Gama'a al-Islamiyya" (magħruf ukoll bħala "Al-Gama'a al-Islamiyya") ("Grupp Islamiku" - "IG")

    8.

    "İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi""IBDA-Ć" (Il-Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant)

    9.

    "Hamas", inkluż "Hamas-Izz al-Din al-Qassem"

    10.

    "Hizbul Mujahideen" - "HM"

    11.

    "Hofstadgroep"

    12.

    Il-"Fondazzjoni tal-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp"

    13.

    Il-"Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh" ("ISYF")

    14.

    Il-"Forza Khalisan Zindabad" ("KZF")

    15.

    Il-"Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan" ("PKK"), (magħruf ukoll bħala "KADEK"; magħruf ukoll bħala "KONGRA-GEL")

    16.

    "Tigri għal-Liberazzjoni ta' Tamil Eelam" - "LTTE"

    17.

    "Ejército de Liberación Nacional" ("Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali")

    18.

    Il-"Jihad Islamika Palestinjana" - "PIJ"

    19.

    Il-"Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina" - "PFLP"

    20.

    Il-"Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina – Kmand Ġenerali" (magħruf ukoll bħala "PFLP – Kmand Ġenerali")

    21.

    "Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia" - "FARC" ("Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja")

    22.

    "Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi" L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu (DHKP/C), (magħruf ukoll bħala Devrimci Sol (Xellug Rivoluzzjonarju), Dev Sol)

    23.

    "Sendero Luminoso" - "SL" It-("Triq li Tiddi")

    24.

    "Stichting Al Aqsa" (magħruf ukoll bħala "Stichting Al Aqsa Nederland", magħruf ukoll bħala "Al Aqsa Nederland")

    25.

    "Teyrbazen Azadiya Kurdistan" - "TAK" magħruf ukoll bħala l-"Kurdistan Freedom Falcons", magħrufa wkoll bħala l-"Kurdistan Freedom Hawks"


    Top