This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0802
2011/802/EU: Commission Implementing Decision of 30 November 2011 establishing the financial contribution by the Union to the expenditure incurred in the context of the emergency vaccination plans against bluetongue in Italy in 2007 and 2008 (notified under document C(2011) 8728)
2011/802/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Novembru 2011 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra l-bluetongue fl-Italja fl-2007 u l-2008 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8728)
2011/802/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Novembru 2011 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra l-bluetongue fl-Italja fl-2007 u l-2008 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8728)
ĠU L 320, 3.12.2011, p. 52–53
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
3.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 320/52 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Novembru 2011
li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra l-bluetongue fl-Italja fl-2007 u l-2008
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 8728)
(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)
(2011/802/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3), (4) u t-tieni inċiż tal-paragrafu (6) tagħha,
Billi:
(1) |
B’mod konformi mal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, l-impenn ta’ nfiq mill-baġit tal-Unjoni għandu jsegwi deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u għandu jiġi adottat mill-istituzzjoni jew l-awtoritajiet li s-setgħat tagħhom ikunu ġew delegati mill-istituzzjoni. |
(2) |
Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Bil-ħsieb li teqred il-bluetongue malajr kemm jista’ jkun, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għal nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri. It-tieni inċiż tal-Artikolu 3(6) ta’ dik id-Deċiżjoni jistipula r-regoli dwar il-perċentwal li jrid jiġi applikat għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 (2) jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE. L-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament jistipula r-regoli dwar in-nefqa eliġibbli għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni. |
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/655/KE (3) kif ġiet immodifikata mid-Deċiżjoni 2009/19/KE (4) ikkonċediet kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-miżuri ta’ emerġenza biex tiġi kkontrollata l-bluetongue fl-Italja fl-2007 u l-2008. |
(5) |
Fit-12 ta’ Marzu 2009, l-Italja bagħtet talba uffiċjali għal rimborż kif stipulat fl-Artikoli 7(1) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli u l-konklużjonijiet finali ġew ikkomunikati lill-Italja f’ittra bid-data tat-28 ta’ Marzu 2011. |
(6) |
Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandu jiġi soġġett għall-kundizzjoni li l-attivitajiet ippjanati kienu fil-fatt implimentati u li l-awtoritajiet ipprovdew it-tagħrif kollu meħtieġ fiż-żmien stipulat. |
(7) |
L-awtoritajiet Taljani ssodisfaw bis-sħiħ l-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħhom kif stipulati fl-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. |
(8) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa eliġibbli mġarrba marbuta mal-qerda tal-bluetongue fl-Italja fl-2007 u l-2008 issa għandu jiġi stabbilit skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2008/655/KE. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lejn in-nefqa assoċjata mal-qerda tal-bluetongue fl-Italja fl-2007 u l-2008 hija stabbilita għal EUR 732 680,67. Dan jikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 2
Il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja huwa stabbilit għal EUR 1 336,20.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.
(3) ĠU L 214, 9.8.2008, p. 66.