This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0780
2011/780/EU: Council Decision of 28 November 2011 on the position to be taken by the European Union in the EEA Joint Committee concerning an amendment to Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement
2011/780/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta’ Novembru 2011 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XIII (Trasport) mal-Ftehim taż-ŻEE
2011/780/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta’ Novembru 2011 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XIII (Trasport) mal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 319, 2.12.2011, pp. 1–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
2.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-28 ta’ Novembru 2011
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XIII (Trasport) mal-Ftehim taż-ŻEE
(2011/780/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fl-Anness XIII mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) jinsabu dispożizzjonijiet u arranġamenti speċifiċi rigward it-trasport. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (2) għandu bħala l-għan prinċipali tiegħu li jiġi stabbilit u miżmum livell uniformi għoli ta’ sikurezza fl-avjazzjoni ċivili fi ħdan l-Unjoni. |
|
(3) |
L-attivitajiet tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jistgħu jaffettwaw il-livell tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandu għalhekk ikun inkorporat fil-Ftehim sabiex tkun permessal-parteċipazzjoni sħiħa mill-Istati tal-EFTA fl-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. |
|
(5) |
Ladarba r-Regolament (KE) Nru 216/2008 jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 (3), li ġie inkorporat fil-Ftehim, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 konsegwentement għandu jitħassar taħt il-Ftehim. |
|
(6) |
L-Anness XIII mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif meħtieġ. |
|
(7) |
L-Unjoni għandha għalhekk tieħu l-pożizzjoni, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, stipulata fl-abbozz tad-Deċiżjoni li jinsab mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda maħsuba għall-Anness XIII (Trasport) mal-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
K. SZUMILAS
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea (ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2011/UE
ta’ …
li temenda l-Anness XIII (Trasport) mal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII mal-Ftehim kien emendat b’Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (2) għandu bħala l-għan prinċipali tiegħu li jiġi stabbilit u miżmum livell uniformi għoli ta’ sikurezza fl-avjazzjoni ċivili fi ħdan l-Unjoni. |
|
(3) |
L-attivitajiet tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jistgħu jaffettwaw il-livell tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandu għalhekk ikun inkorporat fil-Ftehim sabiex tkun permessal-parteċipazzjoni sħiħa mill-Istati tal-EFTA fl-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li ġie inkorporat fil-Ftehim Nru 1592/2002 u li konsegwentement għandu jitħassar taħt il-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XIII mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil- …, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, …
Għall-Kumitat Konġunt ŻEE
The President
The Secretaries to the EEA Joint Committee
(1) ĠU L …
(*1) [L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali indikati.] [Ħtiġijiet kostituzzjonali indikati.]
Dikjarazzjoni mill-Istati tal-EFTA mad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru … li tinkorpora fil-Ftehim ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE
“Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jittratta fost affarijiet oħra dwar l-awtorità li jiġu imposti multi u ħlasijiet penali perjodiċi fil-kamp tas-sikurezza tal-avjazzjoni. L-inkorporazzjoni ta’ dan ir-Regolament hija mingħajr preġudizzju għas-soluzzjonijiet istituzzjonali rigward atti futuri li jagħtu setgħat biex jiġu imposti sanzjonijiet.”
ANNESS
mad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …
L-Anness XIII mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punti 66a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91) u 66r (id-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
(2) |
Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 68a (Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE): “, kif emendat permezz ta’:
|
|
(3) |
It-test ta’ punt 66n (ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: “ 32008 R 0216: Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1). Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|