EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0736

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/736/PESK tal- 14 ta' Novembru 2011 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

ĠU L 296, 15.11.2011, p. 55–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2011; Imħassar b' 32011D0782

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/736/oj

15.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/55


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/736/PESK

tal-14 ta' Novembru 2011

li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-9 ta' Mejju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1).

(2)

Fit-23 ta' Ottubru 2011, il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-UE ser timponi aktar miżuri kontra r-reġim Sirjan sakemm tkompli r-ripressjoni tal-popolazzjoni ċivili.

(3)

Fid-dawl tas-serjetà tas-sitwazzjoni fis-Sirja, il-Kunsill iqis li huwa meħtieġ li jiġu imposti miżuri restrittivi addizzjonali.

(4)

Għandhom jiddaħħlu persuni addizzjonali fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/273/PESK.

(5)

Id-Deċiżjoni 2011/273/PESK għandha tiġi emendata skont il-każ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/273/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 121, 10.5.2011, p. 11.


ANNESS

Persuni msemmija fl-Artikolu 1

 

Kunjom

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Raġunijiet

Data ta' elenkar

1.

Maġġur Ġenerali Jumah Al-Ahmad

 

Kmandant tal-Forzi Speċjali. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra d-dimostranti madwar is-Sirja.

14.11.2011

2.

Kurunell Lu'ai al-Ali

 

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana, Fergħa ta' Dera'a. Responsabbli għall-vjolenza kontra d-dimostranti f'Dera'a.

14.11.2011

3.

Logutenent Ġenerali Ali Abdullah Ayyub

 

Kap Deputat tal-Persunal Ġenerali (Persunal u Forza tax-Xogħol). Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra dimostranti madwar is-Sirja.

14.11.2011

4.

Logutenent Ġenerali Jasim al-Furayj

 

Kap tal-Persunal Ġenerali. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra dimostranti madwar is-Sirja.

14.11.2011

5.

Ġeneral Aous (Aws) ASLAN

Imwieled fl-1958

Kap ta' battaljun fi ħdan il-Gwardja Repubblikana. Qarib ta' Maher al-ASSAD u tal-President al-ASSAD. Ipparteċipa fir-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili madwar it-territorju Sirjan.

14.11.2011

6.

Ġeneral Ghassan BELAL

 

Ġeneral Kmandant tal-uffiċċju riżervat tar-raba' diviżjoni. Kunsillier ta' Maher al-ASSAD u koordinatur tal-operazzjonijiet ta' sigurtà. Responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili madwar it-territorju Sirjan.

14.11.2011

7.

Abdullah BERRI

 

Jidderiġi l-milizzji tal-familja BERRI. Responsabbli għall-milizzji progovernattivi implikati fir-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili f'ALEP.

14.11.2011

8.

George CHAOUI

 

Membru tal-Armata elettronika Sirjana. Ipparteċipa fir-ripressjoni vjolenti u inkoraġġixxa l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili madwar it-territorju Sirjan.

14.11.2011

9.

Maġġur Ġenerali Zuhair Hamad

 

Kap Deputat tad-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza madwar is-Sirja u għall-intimidazzjoni u t-tortura ta' dimostranti.

14.11.2011

10.

Amar ISMAEL

 

Ċivil - Kap tal-Armata elettronika Sirjana (servizz ta' informazzjoni tal-forza tal-art). Ipparteċipa fir-ripressjoni vjolenti u inkoraġġixxa l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili madwar it-territorju Sirjan.

14.11.2011

11.

Mujahed ISMAIL

 

Membru tal-Armata elettronika Sirjana. Ipparteċipa fir-ripressjoni vjolenti u inkoraġġixxa l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili madwar it-territorju Sirjan.

14.11.2011

12.

Saqr KHAYR BEK

 

Deputat Ministru tal-intern. Responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

14.11.2011

13.

Maġġur Ġenerali Nazih

 

Direttur Deputat tad-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza madwar is-Sirja u għall-intimidazzjoni u t-tortura ta' dimostranti.

14.11.2011

14.

Kifah MOULHEM

 

Kmandant ta' battaljun fi ħdan ir-raba' diviżjoni. Responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili f'Deïr el-Zor.

14.11.2011

15.

Ġeneral Maġġur Wajih Mahmud

 

Kmandant tat-18-il Diviżjoni Armata. Responsabbli għall-vjolenza kontra d-dimostranti f'Homs

14.11.2011

16.

Bassam SABBAGH

Imwieled fl-24 ta' Awwissu 1959 f'Damas. Indirizz: Kasaa, Triq Anwar al Attar, bini al Midani, Damas. Passaport Sirjan no004326765 maħruġ fit-2.11.2008, validu sa Novembru 2014.

Imexxi l-kabinett Sabbagh u Associés (Damas), Avukat fil-Barreau de Paris. Kunsillier legali, finanzjarju u amministratur tal-affarijiet ta' Rami Makhlouf et de Khaldoun Makhlouf. Assoċjat ma' Bachar al-Assad fil-finanzjament ta' proġett ta' bini f'Lattaquié. Ipprovda appoġġ għall-finanzjament tar-reġim.

14.11.2011

17.

Ġeneral Luogotenent Tala Mustafa Tlass

 

Kap Deputat tal-Persunal Ġenerali (Loġistika u provvisti). Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra dimostranti madwar is-Sirja.

14.11.2011

18.

Maġġur Ġeneral Fu'ad Tawil

 

Kap Deputat tal-Forza tal-Ajru Sirjana Responsabbli għall-użu ta' vjolenza madwar is-Sirja u mill-intimidazzjoni u t-tortura ta' dimostranti.

14.11.2011


Top