Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0659

2011/659/CFSP: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUJUST LEX-IRAQ/2/2011 tat- 30 ta’ Settembru 2011 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX-IRAQ

ĠU L 263, 7.10.2011, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/659/oj

7.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUJUST LEX-IRAQ/2/2011

tat-30 ta’ Settembru 2011

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX-IRAQ

(2011/659/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/330/PESK tal-14 ta’ Ġunju 2010 dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX-IRAQ (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni 2010/330/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-iskop tal-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq (EUJUST LEX-IRAQ), inkluża d-deċiżjoni biex jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-ħatra tal-Brigadier General László HUSZÁR bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUJUST LEX-IRAQ mill-1 ta’ Ottubru 2011,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Brigadier General László HUSZÁR huwa b’dan maħtur bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUJUST LEX-IRAQ mill-1 ta’ Ottubru 2011.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)   ĠU L 149, 15.6.2010, p. 12.


Top