Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0543

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/543/PESK tal- 15 ta’ Settembru 2011 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    ĠU L 241, 17.9.2011, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/08/2015; Impliċitament imħassar minn 32015D1333

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/543/oj

    17.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 241/30


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/543/PESK

    tal-15 ta’ Settembru 2011

    li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK tat-28 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

    Billi:

    Fid-dawl tal-iżviluppi fil-Libja, il-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IV tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK għandha tiġi emendata,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-entrata għall-entità mniżżla fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandha titħassar mil-lista li tinsab fl-Anness IV tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Settembru 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. DOWGIELEWICZ


    (1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 53.


    ANNESS

    ENTITÀ MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

    42.

    Afriqiyah Airways


    Top