EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0537
Council Decision 2011/537/CFSP of 12 September 2011 amending and extending Decision 2010/576/CFSP on the European Union Police mission undertaken in the framework of reform of the security sector (SSR) and its interface with the system of justice in the Democratic Republic of the Congo (EUPOL RD Congo)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/537/PESK tat- 12 ta’ Settembru 2011 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/576/PESK dwar il-missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/537/PESK tat- 12 ta’ Settembru 2011 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/576/PESK dwar il-missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo)
ĠU L 236, 13.9.2011, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2014
13.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 236/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/537/PESK
tat-12 ta’ Settembru 2011
li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/576/PESK dwar il-missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28 u 43(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-23 ta’ Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/576/PESK dwar il-missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo) (1). |
(2) |
Fit-28 ta’ Ġunju 2011 il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) approva r-rakkomandazzjoni li l-EUPOL RD Congo għandha tiġi estiża għal sena oħra. |
(3) |
Konsegwentement il-EUPOL RD Congo għandha tiġi estiża sat-30 ta’ Settembru 2012. |
(4) |
Huwa meħtieġ ukoll li jiġi stabbilit l-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata ma’ EUPOL RD Congo għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2011 sat-30 ta’ Settembru 2012. |
(5) |
Il-Missjoni ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif imniżżel fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/576/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 1(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Il-Missjoni Il-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea mwettqa fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mas-sistema tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (minn hawn ‘il-quddiem imsejħa “EUPOL RD Congo” jew “il-Missjoni”), stabbilita bl-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK, għandha tiġi estiża għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2012.”. |
(2) |
l-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2 Dikjarazzjoni tal-Missjoni 1. Sabiex jitjiebu l-maturità u s-sostenibbiltà tal-proċess ta’ riforma tal-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNK), l-EUPOL RD Congo għandha tassisti lill-awtoritajiet Kongoliżi fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pulizija, billi tkopri l-prijoritajiet tal-Proċess ta’ Riforma tal-Pulizija għall-perijodu 2010-2012, u billi tibni fuq il-linji gwida tal-Qafas Strateġiku. Il-missjoni ser tikkontribwixxi għall-isforzi lokali u internazzjonali għar-rinfurzar tal-kapaċitajiet tal-PNK, li huma meħtieġa wkoll bil-ħsieb tas-sigurtà tal-elezzjonijiet li ser isiru. EUPOL RD Congo għandha tiffoka fuq attivitajiet u proġetti konkreti biex tiġi sostnuta l-azzjoni tagħha fil-livell strateġiku tal-proċess ta’ riforma, fuq il-bini ta’ kapaċità u fuq it-tisħiħ tal-interazzjoni bejn il-PNK u s-sistema usa’ tal-ġustizzja kriminali bil-għan ta’ appoġġ aħjar għall-ġlieda kontra l-vjolenza sesswali u l-impunità. L-EUPOL RD Congo għandha taħdem b’koordinazzjoni u kooperazzjoni mill-qrib ma’ donaturi oħra tal-Unjoni, internazzjonali u bilaterali, bil-għan li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi. 2. L-objettivi partikolari tal-Missjoni għandhom ikunu:
3. Il-Missjoni għandu jkollha Ċellula ta’ Riċerka għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti. Il-Missjoni għandha tagħti konsulenza lill-Istati Membri u lil Stati terzi u għandha tikkoordina u tiffaċilita, taħt ir-responsabbiltà tagħhom, l-implimentazzjoni tal-proġetti tagħhom fl-oqsma li huma ta’ interess għall-Missjoni u fit-twettiq tal-objettivi tagħha.”. |
(3) |
l-Artikolu 3 huwa mtħassar. |
(4) |
l-Artikolu 5(6) huwa mħassar. |
(5) |
l-Artikolu 6(7) huwa sostitwit b’dan li ġej: “7. Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina, kif adatt, l-azzjonijiet tal-EUPOL RD Congo ma’ atturi oħrajn tal-Unjoni fuq il-post.”. |
(6) |
l-Artikolu 12(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, f’koordinazzjoni mal-Uffiċċju ta’ Sigurtà tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, għandu jidderieġi l-ippjanar tal-miżuri ta’ sigurtà tal-Kap tal-Missjoni u jiżgura l-implimentazzjoni korretta u effettiva tagħhom għall-EUPOL RD Congo skont l-Artikoli 5 u 9.”. |
(7) |
fl-Artikolu 14(1) it-tieni subparagrafu huwa miżjud kif ġej: “L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2011 sat-30 ta’ Settembru 2012 għandu jkun ta’ EUR 7 150 000.”. |
(8) |
fl-Artikolu 18, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2012.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. DOWGIELEWICZ
(1) ĠU L 254, 29.9.2010, p. 33.