Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0534

    2011/534/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 8 ta’ Settembru 2011 li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward eżenzjonijiet għal applikazzjonijiet li fihom iċ-ċomb u l-kadmju (notifikata bid-dokument numru C(2011) 6309) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 234, 10.9.2011, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/01/2013; Impliċitament imħassar minn 32011L0065

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/534/oj

    10.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 234/44


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-8 ta’ Settembru 2011

    li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward eżenzjonijiet għal applikazzjonijiet li fihom iċ-ċomb u l-kadmju

    (notifikata bid-dokument numru C(2011) 6309)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2011/534/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ir-restrizzjonijiet tal-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(b) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2002/95/KE tipprojbixxi l-użu taċ-ċomb u tal-kadmju f’tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq wara l-1 ta’ Lulju 2006.

    (2)

    Is-sostituzzjoni taċ-ċomb fil-materjali dielettriċi taċ-ċeramika bbażati fuq il-PZT f’kapasiters li jiffurmaw parti minn ċirkwiti integrati jew semikondutturi diskreti għadha mhux prattika mil-lat tekniku. L-użu taċ-ċomb f’dawk il-materjali għandu għalhekk jiġi eżentat mill-projbizzjoni.

    (3)

    Is-sostituzzjoni tal-kadmju fil-fotoreżisturi f’akkoppjaturi ottiċi analogi applikati f’tagħmir awdjo professjonali għadha mhux prattika mil-lat tekniku. L-użu tal-kadmju f’dawk il-fotoreżisturi għandu għalhekk jiġi eżentat mill-projbizzjoni. Madankollu, dik l-eżenzjoni għandha tkun illimitata fiż-żmien minħabba li qed isir progress fir-riċerka għal teknoloġija ħielsa mill-kadmju u s-sostituti jistgħu jkunu disponibbli fit-tliet snin li ġejjin.

    (4)

    Għalhekk, id-Direttiva 2002/95/KE għandha tiġi emendata skont dan.

    (5)

    Skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2002/95/KE, il-Kummissjoni kkonsultat il-partijiet rilevanti.

    (6)

    Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Settembru 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Janez POTOČNIK

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19.

    (2)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.


    ANNESS

    L-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE huwa emendat kif ġej:

    (a)

    jiddaħħal il-punt 7(c)-IV li ġej:

    “7(c)-IV

    Ċomb fil-materjali dielettriċi taċ-ċeramika bbażati fuq il-PZT f’kapasiters li jiffurmaw parti minn ċirkwiti integrati jew semikondutturi diskreti”

     

    (b)

    jiddaħħal il-punt 40 li ġej:

    “40

    Kadmju fil-fotoreżisturi f’akkoppjaturi ottiċi analogi applikati f’tagħmir awdjo professjonali

    Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013”


    Top