This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0517
2011/517/EU: Commission Implementing Decision of 25 August 2011 on the recognition of Azerbaijan pursuant to Directive 2008/106/EC of the European Parliament and of the Council as regards the systems for the training and certification of seafarers (notified under document C(2011) 6003) Text with EEA relevance
2011/517/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta’ Awwissu 2011 dwar ir-rikonoxximent tal-Azerbajġan skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara (notifikata bid-dokument numru C(2011) 6003) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2011/517/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta’ Awwissu 2011 dwar ir-rikonoxximent tal-Azerbajġan skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara (notifikata bid-dokument numru C(2011) 6003) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 220, 26.8.2011, pp. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
26.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 220/22 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ Awwissu 2011
dwar ir-rikonoxximent tal-Azerbajġan skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 6003)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/517/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat it-talba magħmula mill-Belġju fis-7 ta’ Awwissu 2008,
Billi:
|
(1) |
Skont id-Direttiva 2008/106/KE, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jaċċettaw iċ-ċertifikati xierqa tal-baħħara li jkunu nħarġu minn pajjiżi terzi, sakemm il-pajjiż terz ikkonċernat ikun rikonoxxut mill-Kummissjoni. Dawk il-pajjiżi terzi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni dwar l-Istandards għat-Taħriġ, iċ-Ċertifikazzjoni u l-Għassa għall-Baħħara, 1978 (il-Konvenzjoni STCW) (2) tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), kif ġiet riveduta fl-1995. |
|
(2) |
Permezz ta’ ittra fis-7 ta’ Awwissu 2008, il-Belġju ressaq talba għar-rikonoxximent tal-Azerbajġan. Wara dik it-talba tal-Belġju, il-Kummissjoni vvalutat it-taħriġ u s-sistemi ta’ ċertifikazzjoni fl-Azerbajġan sabiex tivverifika jekk l-Azerbajġan jikkonformax mar-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW u jekk ittiħdux miżuri xierqa biex tiġi evitata l-frodi fil-ħruġ taċ-ċertifikati. Dik il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq ir-riżultati ta’ spezzjoni li għamlu l-esperti tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fi Frar 2009. Matul dik l-ispezzjoni, ġew identifikati ċerti nuqqasijiet fit-taħriġ u fis-sistemi ta’ ċertifikazzjoni. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni pprovdiet lill-Istati Membri rapport dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni. |
|
(4) |
Permezz ta’ ittri tal-4 ta’ Diċembru 2009 u tas-26 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni talbet lill-Azerbajġan jibagħtilha provi li juru li n-nuqqasijiet identifikati kienu tranġaw. |
|
(5) |
Permezz ta’ ittri tat-13 ta’ Jannar 2010 u tal-24 ta’ Diċembru 2010, l-Azerbajġan ipprovda l-informazzjoni mitluba u l-provi dwar l-implimentazzjoni tal-azzjoni korrettiva xierqa u suffiċjenti biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet kollha identifikati matul il-valutazzjoni tal-konformità. |
|
(6) |
Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-konformità u tal-evalwazzjoni tal-informazzjoni pprovduti mill-Azerbajġan juru li l-Azerbajġan jissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW u li ħa l-miżuri x-xierqa biex ikun evitat il-frodi fil-ħruġ taċ-ċertifikati. Għaldaqstant, għandu jiġi rikonoxxut mill-Kummissjoni. |
|
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Vapuri, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2008/106/KE, l-Azerbajġan huwa rikonoxxut f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Awwissu 2011.
Għall-Kummissjoni
Siim KALLAS
Viċi-President
(1) ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33.
(2) Adottata mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.