Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0496

    2011/496/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta’ Awwissu 2011 dwar il-konformità tal-istandard EN 16156:2010 “Sigaretti – Valutazzjoni tat-tendenza li jaqbdu – Rekwiżit tas-sigurtà” u l-istandard EN ISO 12863:2010 “Metodu standard ta’ ttestjar għall-valutazzjoni ta’ kemm is-sigaretti jaqbdu malajr” bir-rekwiżit ta’ sigurtà ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE u l-pubblikazzjoni tar-referenzi tal-istandard EN 16156:2010 “Sigaretti – Valutazzjoni tat-tendenza li jaqbdu – Rekwiżit tas-sigurtà” u tal-istandard EN ISO 12863:2010 “Metodu standard ta’ ttestjar għall-valutazzjoni ta’ kemm is-sigaretti jaqbdu malajr” f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (notifikata bid-dokument numru C(2011) 5626) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 205, 10.8.2011, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 09/10/2019; Imħassar b' 32019D1698

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/496/oj

    10.8.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 205/31


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-9 ta’ Awwissu 2011

    dwar il-konformità tal-istandard EN 16156:2010 “Sigaretti – Valutazzjoni tat-tendenza li jaqbdu – Rekwiżit tas-sigurtà” u l-istandard EN ISO 12863:2010 “Metodu standard ta’ ttestjar għall-valutazzjoni ta’ kemm is-sigaretti jaqbdu malajr” bir-rekwiżit ta’ sigurtà ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE u l-pubblikazzjoni tar-referenzi tal-istandard EN 16156:2010 “Sigaretti – Valutazzjoni tat-tendenza li jaqbdu – Rekwiżit tas-sigurtà” u tal-istandard EN ISO 12863:2010 “Metodu standard ta’ ttestjar għall-valutazzjoni ta’ kemm is-sigaretti jaqbdu malajr” f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    (notifikata bid-dokument numru C(2011) 5626)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2011/496/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1) u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tagħha,

    Wara l-konsultazzjoni mal-Kumitat Permanenti mwaqqaf skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi tar-regoli u dwar is-Servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (2),

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/95/KE jobbliga lill-produtturi li jqiegħdu biss prodotti siguri fis-suq.

    (2)

    Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/95/KE, prodott għandu jitqies bħala sigur, safejn għandhom x’jaqsmu r-riskji u l-kategoriji tar-riskji koperti bl-istandards nazzjonali rilevanti, meta jkun konformi mal-istandards nazzjonali volontarji li jittrasponu l-istandards Ewropej, li r-referenzi għalihom ġew ippubblikati mill-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva.

    (3)

    Skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva, l-istandards Ewropej għandhom jiġu stabbiliti minn korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni skont mandati stipulati mill-Kummissjoni.

    (4)

    Skont l-Artikolu 4(2), il-Kummissjoni trid tippubblika r-referenzi ta’ dawn l-istandards.

    (5)

    F’Ġunju 2008, il-Kummissjoni ħarġet il-Mandat M/425 lis-CEN (il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni) biex ifassal abbozz ta’ standard dwar is-sigurtà Ewropea biex jindirizza r-riskju tan-nar fis-sigaretti.

    (6)

    Is-CEN adotta l-istandard EN 16156:2010 “Sigaretti — Valutazzjoni tat-tendenza li jaqbdu — Rekwiżit tas-sigurtà” bi tweġiba għall-Mandat tal-Kummissjoni. Dan l-Istandard jirreferi għall-istandard EN ISO 12863:2010 “Metodu standard ta’ ttestjar għall-valutazzjoni ta’ kemm is-sigaretti jaqbdu malajr” Għalhekk, għandha ssir referenza wkoll għall-istandard EN ISO meta tkun qiegħda tiġi ppubblikata r-referenza għall-EN 16156:2010.

    (7)

    EN ISO 12863:2010 ġie emendat permezz ta’ rettifika teknika (3). Ir-rettifika ġiet approvata mis-CEN mingħajr modifika (4) u għalhekk ġiet inkluża fl-istandard EN 16156:2010.

    (8)

    L-istandards EN 16156:2010 u EN ISO 12863:2010 jissodisfaw il-Mandat M/425 u jikkonformaw mar-rekwiżit ta’ sigurtà ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE. Ir-referenzi tagħhom għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (9)

    Sabiex tkun żgurata introduzzjoni b’suċċess tal-istandards, l-industrija għandha tingħata biżżejjed żmien biex jaddattaw il-produzzjoni tagħhom għal-livell ta’ sigurtà previst fl-istandards. Il-pubblikazzjoni tar-referenzi tal-istandards fil-Ġurnal Uffiċjali 12-il xahar wara li s-CEN ħarġet l-istandards għad-disponibbiltà fis-17 ta’ Novembru 2010 hija maħsuba biex tiżgura li wara dan, fl-Istati Membri kollha, il-preżunzjoni tas-sigurtà tan-nar tkun imsejsa fuq kriterji komuni. Sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali fis-suq intern, l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri kollha għandhom iqisu l-istandards Ewropej imsemmijin fil-premessa (8) meta jivvalutaw is-sigurtà kontra li jieħdu n-nar is-sigaretti, inkluż fl-istadju tal-bejgħ tas-sigaretti lill-konsumaturi.

    (10)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skont id-Direttiva 2001/95/KE,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-istandard EN 16156:2010 “Sigaretti — Valutazzjoni tat-tendenza li jaqbdu — Rekwiżit tas-sigurtà” u l-istandard EN ISO 12863:2010 “Metodu standard ta’ ttestjar għall-valutazzjoni ta’ kemm is-sigaretti jaqbdu malajr” jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ sigurtà ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE għar-riskju li jkopru.

    Artikolu 2

    Ir-referenzi tal-istandards EN 16156:2010 u EN ISO 12863:2010 għandhom jiġu ppubblikati fil-parti C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fis-17 ta’ Novembru 2011.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Awwissu 2011.

    Għall-Kummissjoni

    John DALLI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

    (2)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

    (3)  Ir-rettifika teknika 1. Numru ta’ referenza ISO 12863:2010/Cor.1:2011(E).

    (4)  Referenza: EN ISO 12863:2010/AC:2011.


    Top