This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0476
2011/476/EU: Commission Decision of 27 July 2011 on the safety requirements to be met by European standards for stationary training equipment pursuant to Directive 2001/95/EC of the European Parliament and of the Council Text with EEA relevance
2011/476/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ Lulju 2011 dwar rekwiżiti ta’ sigurtà li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej għal tagħmir fiss għat-taħriġ skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b’relevanza għaż-ŻEE
2011/476/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ Lulju 2011 dwar rekwiżiti ta’ sigurtà li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej għal tagħmir fiss għat-taħriġ skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 196, 28.7.2011, pp. 16–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
28.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 196/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ Lulju 2011
dwar rekwiżiti ta’ sigurtà li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej għal tagħmir fiss għat-taħriġ skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/476/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u partikolarment l-Artikolu 4(1)(a) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2001/95/KE tistipula l-istandards Ewropej li għandhom jiġu stabbiliti mill-korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni. Standards bħal dawn għandhom jiżguraw li l-prodotti jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ sigurtà ġenerali tad-Direttiva. |
|
(2) |
Skont id-Direttiva 2001/95/KE, prodott jitqies li jkun sikur meta jikkonforma mal-istandards nazzjonali volontarji li jittrasponu l-istandards Ewropej li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati mill-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(3) |
L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2001/95/KE jistipula l-proċedura għat-tfassil tal-istandards Ewropej. Skont dik il-proċedura, il-Kummissjoni għandha tiddetermina r-rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi li l-istandards Ewropej għandhom jissodisfaw u sussegwentement, fuq il-bażi ta’ dawk ir-rekwiżiti, biex jagħtu mandati lill-korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni biex ifasslu dawk l-istandards. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-referenzi għall-istandards Ewropej adottati b’dan il-mod f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(5) |
Skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/95/KE, ir-referenzi tal-istandards Ewropej, li ġew adottati mill-korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dik id-Direttiva, jistgħu jkunu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea anke fin-nuqqas ta’ mandat mill-Kummissjoni, jekk dawk l-istandards jiżguraw il-konfomità mar-rekwiżit ta’ sigurtà ġenerali stabbilit f’dik id-Direttiva. |
|
(6) |
Bid-Deċiżjoni tagħha 2006/514/KE (2), il-Kummissjoni ppubblikat ir-referenzi ta’ disa’ standards Ewropej li jikkonċernaw is-sigurtà ta’ tagħmir fiss għat-taħriġ f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(7) |
Id-disa’ standards Ewropej dwar is-sigurtà ta’ tagħmir fiss li titkellem dwarhom id-Deċiżjoni 2006/514/KE mhumiex appoġġjati minn mandat tal-Kummissjoni adottat skont l-Artikolu 4(1). |
|
(8) |
Tlieta minn dawk l-istandards, EN 957-4:1996, EN 957-5:1996, u EN 957-6:2001, ġew sostitwiti minn verżjonijiet ġodda, EN 957-4 + A1:2010, EN 957-5:2009, u EN 957-6:2010. Dawn il-verżjonijiet ġodda kienu adottati wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2001/95/KE u r-referenzi tagħhom ma jistgħux, minħabba f’hekk, jiġu ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fin-nuqqas ta’ mandat tal-Kummissjoni li jispeċifika rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi. |
|
(9) |
Sabiex tiġi vvalutata l-konformità tal-verżjonijiet l-ġodda u ta’ kwalunkwe verżjonijiet sussegwenti tal-istandards Ewropej għal tagħmir fiss għat-taħriġ mar-rekwiżit ta’ sigurtà ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE, hemm bżonn li terġa’ tiddaħħal il-proċedura stipulata fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni għandha għalhekk tiddetermina rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi għal tagħmir fiss għat-taħriġ bil-ħsieb li jingħata mandat lill-korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni biex jiżviluppaw standards Ewropej rilevanti fuq il-bażi ta’ dawk ir-rekwiżiti. |
|
(11) |
Ġaladarba l-istandards rilevanti jkunu disponibbli, u jekk il-Kummissjoni Ewropea tiddeċiedi li tippubblika r-referenza tagħhom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/95/KE, tagħmir fiss għat-taħriġ li jikkonforma ma’ dawk l-istandards għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżit ta’ sigurtà ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE, sa fejn ir-rekwiżiti ta’ sigurtà koperti mill-istandards ikunu kkonċernati. |
|
(12) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2001/95/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
L-Artikolu 1
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni “tagħmir fiss għat-taħriġ” tfisser prodott imħaddem jew le minn mutur, użat għal finijiet ta’ taħriġ, eżerċizzju, dijanjosi jew riabilitazzjoni, li jinvolvi movimenti ripetittivi u li jibqa’ fiss waqt l-użu. It-tagħmir jew joqgħod wieqaf mal-art, jew ikun imwaħħal mas-saqaf jew ma’ ħajt jew ma’ struttura fissa oħra.
L-Artikolu 2
Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ sikurezza għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 li għandhom jintlaħqu mill-istandards Ewropej skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2001/95/KE huma stipulati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
L-Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
IR-REKWIŻITI TA’ SIGURTÀ SPEĊJALI GĦAT-TAGĦMIR FISS GĦAT-TAĦRIĠ
Parti I
Prodott u definizzjoni tal-prodott
It-tagħmir fiss ta’ taħriġ kopert minn dan il-Mandat jintuża għal finijiet ta’ taħriġ, eżerċizzju, dijanjosi jew riabilitazzjoni, li jinvolvi movimenti repetittivi. It-tagħmir jibqa’ statiku matul l-użu. Huwa jew joqgħod wieqaf mal-art, jew ikun imwaħħal mas-saqaf jew ma’ ħajt jew ma’ struttura fissa oħra.
Dan it-tagħmir ġeneralment jintuża f’fitness studios, lukandi, klabbs sportivi u tas-saħħa, ċentri ta’ riabilitazzjoni, jew id-dar. Iż-żona fejn jintuża t-tagħmir tikkostitwixxi “żona ta’ taħriġ” li l-aċċess għaliha jista’ jkun ristrett għall-utenti u għal persunal professjonali (eż. trejners, persunal mediku).
Tagħmir li jitħaddem bil-mutur huwa inkluż fl-ambitu ta’ dawn ir-rekwiżiti għar-riskji li mhumiex koperti mid-Direttiva dwar il-Makkinarju (id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1))
Għal xi tagħmir ta’ taħriġ speċifiku, huma pprovduti rekwiżiti ta’ sigurtà addizzjonali biex jikkomplementaw ir-rekwiżiti ġenerali.
Jekk l-użu intenzjonat tat-tagħmir fiss ta’ taħriġ ikun kopert ukoll mid-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi (2), ir-rekwiżiti addizzjonali applikabbli għandhom ikunu ssodisfati.
Tagħmir fiss ta’ taħriġ kopert minn dan il-Mandat għandu jkun ikklassifikat skont preċiżjoni u klassijiet ta’ użu speċifiċi, skont l-iskop tat-tagħmir:
Klassi A: preċiżjoni għolja;
Klassi B: preċiżjoni medja;
Klassi C: preċiżjoni minima.
Klassi S (Studio): użu kummerċjali u/jew professjonali;
Klassi H (Id-dar): użu domestiku;
Klassi I: użu professjonali u/jew kummerċjali, inkluż użu minn persuni bi bżonnijiet speċjali (eż. diżabilitajiet viżivi, ta’ smigħ, fiżiċi jew ta’ tagħlim)
Parti II
A. Rekwiżiti ta’ sigurtà ġenerali
Il-prodotti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit ta’ sigurtà ġenerali msemmi fid-Direttiva 2001/95/KE u għandhom ikunu “sikuri” fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 2(b) tagħha. B’mod partikolari, il-prodott għandu jkun sikur f’kundizzjonijiet normali u prevedibbli ta’ użu (inkluż eż. ħżin, trasport għall-post ta’ ħżin, installazzjoni, żarmar u manutenzjoni) tul ħajjet il-prodott. It-tagħmir għandu jkun sikur ukoll għal utenti professjonali (eż. trejners, għalliema).
Taħt kundizzjonijiet raġonevoli u prevedibbli ta’ tagħmir fiss għat-taħriġ ir-riskju ta’ korriment jew dannu għas-saħħa u s-sigurtà għandu jkun imminimizzat. Il-partijiet kollha aċċessibbli għall-utent – jew partijiet terzi - matul l-użu normali jew intenzjonat ma għandux jikkawża korrimenti fiżiċi jew jinfluwenza s-saħħa tal-utent b’mod ħażin.
L-utenti għandhom ikunu infurmati bir-riskji u l-perikli li jista’ jkun hemm u kif tipprevenihom.
Għalkemm it-tagħmir għat-taħriġ mhux maħsub għat-tfal, dawn il-prodotti qed isiru dejjem iżjed popolari fid-djar u għalhekk jistgħu jkunu faċilment aċċessibbli għalihom. Inċidenti b’tagħmir tad-dar li jinvolvu t-tfal jistgħu jwasslu għal korrimenti serji (l-iktar fis-swaba’ tal-idejn u tas-saqajn), kif ukoll ħruq, tiċrit tal-ġilda u tgħalliq. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu mminimizzati biżżejjed mid-disinn jew bis-salvagwardji, ir-riskju residwu għandu jkun indirizzat permezz ta’ informazzjoni relatata mal-prodott indirizzata lill-ġenituri jew il-kuraturi.
B. Rekwiżiti tas-sigurtà speċifiċi
Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu, bħala minimu, fl-applikazzjoni tar-rekwiżit għas-sigurtà ġenerali msemmi fid-Direttiva 2001/95/KE,
|
(a) |
L-istabbiltà ta’ tagħmir li jżomm waħdu; |
|
(b) |
Xfar jaqtgħu u xfar tal-metall; |
|
(c) |
Ix-xfar tat-tubi; |
|
(d) |
Il-punti li jingħafsu, jippressaw, iduru u jirreċiprokaw fi ħdan iż-żona aċċessibbli; |
|
(e) |
Il-piżijiet; |
|
(f) |
L-aċċess lejn u lil hinn mit-tagħmir; |
|
(g) |
Il-mekkaniżmi ta’ aġġustament u llokkjar; |
|
(h) |
Il-ħbula, iċ-ċinturini u l-ktajjen; |
|
(i) |
Il-ħbula tal-wajer u taljoli; |
|
(j) |
Il-gwidi għall-ħbula u ċ-ċinturini; |
|
(k) |
Il-punti ta’ ġbid; |
|
(l) |
Il-pożizzjonijiet għall-qbid; |
|
(m) |
Il-handgrips integrali; |
|
(n) |
Il-handgrips applikati; |
|
(o) |
Il-handgrips li jduru; |
|
(p) |
Is-sigurtà elettrika; |
|
(q) |
Il-kura u l-manutenzjoni; |
|
(r) |
L-istruzzjonijiet għall-armar; |
|
(s) |
L-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu; |
|
(t) |
Ir-rekwiżiti bijomekkaniċi bażiċi; |
|
(u) |
L-immarkar; |
|
(v) |
Twissijiet, speċjalment f’dak li jikkonċerna riskji għat-tfal; |
|
(w) |
Unità ta’ immobilizzazzjoni speċjalment għat-tfal billi ssakkar is-sors ta’ enerġija barra. |
It-testijiet li ġejjin għandhom jitqiesu, bħala minimu, fl-applikazzjoni tar-rekwiżit għas-sigurtà ġenerali msemmi fid-Direttiva 2001/95/KE,
|
(a) |
Kontroll dimensjonali; |
|
(b) |
Eżami viżwali; |
|
(c) |
Eżami bil-mess; |
|
(d) |
Test tal-prestazzjoni; |
|
(e) |
Ċertifikat mill-manifattur; |
|
(f) |
Ittestjar tal-punti ta’ ġbid; |
|
(g) |
Il-kundizzjonijiet tat-test; |
|
(h) |
Test ta’ stabbiltà; |
|
(i) |
Determinazzjoni tat-tagħbija li taqtal-ħbula, iċ-ċinturini u l-ktajjen; |
|
(j) |
Ittestjar tal-volanti (flywheels); |
|
(k) |
Determinazzjoni tal-forza ta’ tneħħija ta’ handgrips applikati; |
|
(l) |
Ittestjar tal-aċċess ’il ġewwa u ’l barra; |
|
(m) |
Ittestjar ta’ kemm jiflaħ tagħbija; |
|
(n) |
Ittestjar tal-modalità ta’ kontroll tat-taħbit tal-qalb; |
|
(o) |
Ittestjar tal-preċiżjoni tal-indikazzjonijiet tal-qawwa; |
|
(p) |
Valutazzjoni tal-istruzzjonijiet u t-twissijiet; |
|
(q) |
Rapport tat-test. |