EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0457

2011/457/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 19 ta’ Lulju 2011 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta’ emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jaqgħux taħt l-erba' libertajiet (MEDIA Mundus)

ĠU L 194, 26.7.2011, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/457/oj

26.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 194/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Lulju 2011

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta’ emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jaqgħux taħt l-erba' libertajiet (MEDIA Mundus)

(2011/457/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 166 u 173 u l-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1) (“il-Ftehim taż-ŻEE”) fih dispożizzjonijiet u arranġamenti speċifiċi fir-rigward tal-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jaqgħux taħt l-erba' libertajiet.

(2)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-Ftehim taż-ŻEE tiġi estiża sabiex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 1041/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam awdjoviżiv ma’ professjonisti minn pajjiżi terzi (MEDIA Mundus) (2).

(3)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(4)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda propostaa għall-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. SAWICKI


(1)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(2)  ĠU L 288, 4.11.2009, p. 10.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/2011 TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

ta'…

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jaqgħux taħt l-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta'… (1).

(2)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 1041/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam awdjoviżiv ma’ professjonisti minn pajjiżi terzi (MEDIA Mundus) (2).

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din l-estensjoni ta’ kooperazzjoni tkun tista' sseħħ. Dik l-emenda għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2011,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-Artikolu 9(4) tal-Protokoll 31 għall-Ftehim:

“—

32009 D 1041: Id-Deċiżjoni Nru 1041/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi programm ta’ kooperazzjoni fis-settur awdjoviżiv ma’ professjonisti minn pajjiżi terzi (MEDIA Mundus) (ĠU L 288, 4.11.2009, p. 10).

Il-Liechtenstein għandu jingħata eżenzjoni mill-parteċipazzjoni fi, u milli jħallas kontribut finanzjarju għal, dan il-programm.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2011.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi …, …

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L …

(2)  ĠU L 288, 4.11.2009, p. 10.

(*)  [L-ebda rekwiżit konstituzzjonali mhuwa indikat.] [Rekwiżiti konstituzzjonali huma indikati.]


Top