This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0449
2011/449/EU: Council Decision of 28 June 2011 on the position to be taken by the European Union within the Joint Management Committee for Sanitary and Phytosanitary matters set up by the Agreement establishing an Association between the European Community and its Member States, of the one part, and the Republic of Chile, of the other part as regards the amendment of Appendix V.A. to Annex IV to that Agreement Text with EEA relevance
2011/449/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta’ Ġunju 2011 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt ta’ Ġestjoni għall-kwistjonijiet Sanitarji u Fitosanitarji, imwaqqaf bil-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda fl-Appendiċi V.A. tal-Anness IV ta’ dak il-Ftehim Test b’relevanza għaż-ŻEE
2011/449/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta’ Ġunju 2011 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt ta’ Ġestjoni għall-kwistjonijiet Sanitarji u Fitosanitarji, imwaqqaf bil-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda fl-Appendiċi V.A. tal-Anness IV ta’ dak il-Ftehim Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 193, 23.7.2011, p. 5–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
23.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 193/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-28 ta’ Ġunju 2011
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt ta’ Ġestjoni għall-kwistjonijiet Sanitarji u Fitosanitarji, imwaqqaf bil-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda fl-Appendiċi V.A. tal-Anness IV ta’ dak il-Ftehim
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/449/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 168(4)(b) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni 2005/269/KE (1), il-Kunsill approva f’isem il-Komunità l-iffirmar tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem il-“Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”). |
(2) |
L-Anness IV tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fih Ftehim dwar miżuri Sanitarji u Fitosanitarji (SPS) applikabbli għall-kummerċ ta’ annimali u prodotti tal-annimali, pjanti, prodotti tal-pjanti u prodotti oħra u t-trattament xieraq tal-annimali (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim SPS UE-Ċilì”). |
(3) |
Skont il-punt (c) tal-Artikolu 16(2) tal-Ftehim SPS UE-Ċilì, il-Kumitat Konġunt ta’ Ġestjoni għall-kwistjonijiet Sanitarji u Fitosanitarji” (minn hawn ’il quddiem “il-Kumitat Konġunt ta’ Ġestjoni”), stabbilit bl-Artikolu 89(3) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, għandu s-setgħa li jemenda, permezz ta’ deċiżjoni, l-Appendiċijiet I sa XII tal-Ftehim SPS UE-Ċilì. |
(4) |
L-Appendiċi V.A. tal-Ftehim SPS UE-Ċilì għandu jkollu setturi ta’ prijorità jew subsetturi f’ordni ta’ prijorità li għalihom tista’ tiġi rikonoxxuta l-ekwivalenza. |
(5) |
Ir-Repubblika taċ-Ċilì tixtieq tapplika trattament ta’ proċessar lill-molluski bivalvi li mhuwiex previst mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. |
(6) |
Sabiex jiġi evalwat jekk it-trattament propost ta’ proċessar jistax jilħaq l-istess livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur bħal dak tat-trattament previst mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, huwa meħtieġ li tiġi valutata l-ekwivalenza taż-żewġ trattamenti. |
(7) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tal-Ftehim SPS UE-Ċilì jirrikjedi li l-Appendiċi V.A. tal-Ftehim SPS UE-Ċilì jiġi emendat sabiex jidentifika setturi jew subsetturi ta’ prijorità qabel ma jkunu jistgħu jinbdew konsultazzjonijiet għall-valutazzjoni tal-ekwivalenza. Is-settur “prodotti tal-ħut” u s-subsettur tiegħu, “molluski bivalvi”, għandhom għalhekk jiġu introdotti fil-lista tal-prijoritajiet f’dik l-Appendiċi. |
(8) |
L-Unjoni għandha għalhekk tieħu l-pożizzjoni disposta fl-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż tal-Kumitat Konġunt ta’ Ġestjoni, fir-rigward tal-emenda fl-Appendiċi V.A. tal-Anness IV tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt ta’ Ġestjoni għall-kwistjonijiet Sanitarji u Fitosanitarji (minn hawn ’il quddiem “il-Kumitat Konġunt ta’ Ġestjoni”), stabbilit taħt il-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra fir-rigward tal-emenda fl-Appendiċi V.A. tal-Ftehim SPS UE-Ċilì għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ta’ Ġestjoni mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ta’ Ġestjoni dwar l-emenda fl-Appendiċi V.A. tal-Ftehim SPS UE-Ċilì għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea hekk kif tiġi adottata.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-28 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
FAZEKAS S.
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/269/KE tat-28 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra (ĠU L 84, 2.4.2005, p. 19).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru …/2011 TAL-KUMITAT KONĠUNT TA’ ĠESTJONI GĦALL-KWISTJONIJIET SANITARJI U FITOSANITARJI STABBILIT TAĦT IL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAĊ-ĊILÌ DWAR MIŻURI SANITARJI U FITOSANITARJI APPLIKABBLI GĦALL-KUMMERĊ TA’ ANNIMALI U PRODOTTI TAL-ANNIMALI, PJANTI U PRODOTTI TAL-PJANTI U PRODOTTI OĦRA U T-TRATTAMENT XIERAQ TAL-ANNIMALI
tal-…
li temenda l-Appendiċi V.A. tal-Anness IV tal-Ftehim
IL-KUMITAT KONĠUNT TA’ ĠESTJONI,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea flimkien mal-Istati Membri tagħha u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar miżuri Sanitarji u Fitosanitarji (SPS) applikabbli għall-kummerċ ta’ annimali u prodotti tal-annimali, pjanti, prodotti tal-pjanti u prodotti oħra u t-trattament xieraq tal-annimali (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim SPS UE-Ċilì”), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 7(1) tal-Ftehim SPS UE-Ċilì jipprovdi li l-ekwivalenza tista’ tiġi rikonoxxuta fir-rigward ta’ miżura individwali u/jew gruppi ta’ miżuri u/jew sistemi applikabbli għal settur jew subsettur. |
(2) |
L-Artikolu 7(4) tal-Ftehim SPS UE-Ċilì jistabbilixxi li s-setturi jew subsetturi li għalihom jista’ jinbeda l-proċess għar-rikonoxximent tal-ekwivalenza għandhom jiġu stabbiliti f’ordni ta’ prijorità fl-Appendiċi V.A. |
(3) |
Ir-Repubblika taċ-Ċilì esprimiet l-interess li tinkludi l-molluski bivalvi bħala subsettur tal-prodotti tas-sajd fl-Appendiċi V.A. bħala settur ta’ prijorità sabiex tinbeda l-valutazzjoni tal-ekwivalenza tal-miżuri applikati lilhom. |
(4) |
Il-Partijiet qablu, fil-ħames laqgħa tal-Kumitat Konġunt ta’ Ġestjoni, li tinbeda l-proċedura għall-emendament kif meħtieġ tal-Appendiċi V.A. tal-Ftehim SPS UE-Ċilì. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Appendiċi V.A. tal-Ftehim SPS UE-Ċilì huwa mibdul bit-test li jinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni, imfassla duplikatament, għandha tiġi ffirmata mill-Kopresidenti tal-Kumitat Konġunt ta’ Ġestjoni jew minn persuni oħra mogħtija s-setgħa li jaġixxu f’isem il-Partijiet. Hija għandha tiġi adottata permezz ta’ skambju ta’ noti miktuba bejn iż-żewġ Segretarji li jaġixxu bi ftehim mal-Partijiet li jiċċertifikaw it-tlestija tal-proċeduri interni legali meħtieġa.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-ħruġ tal-aħħar nota miktuba skambjata.
Iffirmata f’Santiago, [id-data]
Iffirmata fi Brussell, [id-data]
Għall-Kumitat Konġunt ta’ Ġestjoni
Kap tad-Delegazzjoni tar-Repubblika taċ-Ċilì
Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea
ANNESS
Appendiċi V
SETTURI JEW SUBSETTURI TA’ PRIJORITÀ LI GĦALIHOM TISTA’ TIĠI RIKONOXXUTA L-EKWIVALENZA U KUNDIZZJONIJIET U DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI PROVVIŻORJA TAL-ISTABBILIMENTI
A. Setturi jew subsetturi ta’ prijorità li għalihom tista’ tiġi rikonoxxuta l-ekwivalenza
(1) |
Settur: Prodotti tas-sajd Subsettur: Molluski bivalvi |