Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0444

    2011/444/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 12 ta’ Lulju 2011 li tiddetermina għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill l-awtorità bis-setgħa ta’ ħatra u s-setgħa ta’ konklużjoni tal-kuntratti ta’ reklutaġġ u li tħassar id-Deċiżjoni 2006/491/KE, Euratom

    ĠU L 191, 22.7.2011, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013D0811

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/444/oj

    22.7.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 191/21


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-12 ta’ Lulju 2011

    li tiddetermina għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill l-awtorità bis-setgħa ta’ ħatra u s-setgħa ta’ konklużjoni tal-kuntratti ta’ reklutaġġ u li tħassar id-Deċiżjoni 2006/491/KE, Euratom

    (2011/444/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u notevolment l-Artikolu 2 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet imsemmija,

    Billi:

    (1)

    Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 240 (2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jaqa' taħt ir-responsabbilità ta’ Segretarju Ġenerali.

    (2)

    Għandha tiġi adottata deċiżjoni ġdida li tiddetermina għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill l-awtorità bis-setgħa ta’ ħatra u s-setgħa ta’ konklużjoni tal-kuntratti ta’ reklutaġġ u d-Deċiżjoni 2006/491/KE, Euratom (2) għandha tiġi mħassra,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-setgħat mogħtija mir-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali lill-awtorità bis-setgħa ta’ ħatra kif ukoll mill-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg applikabbli għal aġenti oħra lill-awtorità bis-setgħa ta’ konklużjoni tal-kuntratti ta’ reklutaġġ, fir-rigward tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, jiġu eżerċitati:

    (a)

    mill-Kunsill, f'dak li jikkonċerna s-Segretarju Ġenerali;

    (b)

    mill-Kunsill, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali, għall-applikazzjoni lid-Diretturi Ġenerali tal-Artikoli 1a, 30, 34, 41, 49, 50 u 51 tar-Regolamenti tal-Persunal;

    (c)

    mis-Segretarju Ġenerali fil-każijiet l-oħra.

    Is-Segretarju Ġenerali huwa awtorizzat li jiddelega lid-Direttur Ġenerali tal-Amministrazzjoni parti minn jew is-setgħat kollha tiegħu, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg applikabbli għal aġenti oħra kif ukoll l-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-grupp ta’ funzjoni AST, bl-eċċezzjoni tas-setgħat ta’ ħatra u ta’ waqfien definittiv tal-funzjonijiet tal-uffiċjali u ta’ reklutaġġ ta’ aġenti oħra.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni 2006/491/KE, Euratom hija b'dan imħassra.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. VINCENT-ROSTOWSKI


    (1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

    (2)  Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2006 li tiddetermina għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill is-setgħa ta’ ħatra u s-setgħa ta’ konklużjoni ta’ kuntratti ta’ reklutaġġ (ĠU L 194, 14.7.2006, p. 29).


    Top