Изберете експерименталните функции, които искате да изпробвате

Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.

Документ 32011D0430

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/430/PESK tat- 18 ta’ Lulju 2011 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

ĠU L 188, 19.7.2011г., стр. 47—49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Правен статус на документа Вече не е в сила, Дата на изтичане на валидността: 22/12/2011; Imħassar b' 32011D0872

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/430/oj

19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/47


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/430/PESK

tat-18 ta’ Lulju 2011

li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1).

(2)

Fit-12 ta’ Lulju 2010, bid-Deċiżjoni 2010/386/PESK (2), il-Kunsill aġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(3)

Fil-31 ta’ Jannar 2011, bid-Deċiżjoni 2011/70/PESK (3) il-Kunsill kompla jaġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK u ħassar id-Deċiżjoni 2010/386/PESK ħlief fejn din tikkonċerna l-grupp imsemmi fl-entrata numru 25 fil-Parti 2 tal-Anness tagħha.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, hu meħtieġ li jsir rieżami komplet tal-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw id-Deċiżjonijiet 2010/386/PESK u 2011/70/PESK.

(5)

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-riżultat ta’ dak ir-rieżami li twettaq mill-Kunsill.

(6)

Il-Kunsill iddetermina li m’għadx hemm raġunijiet biex ċerti persuni u gruppi jinżammu fuq il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(7)

Il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, kienu involuti f’atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fis-sens tal-Artikolu 1(4) ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fiha.

(8)

Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha tkun aġġornata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha tkun dik li tinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2010/386/PESK, safejn tikkonċerna l-grupp imsemmi fl-entrata numru 25 fil-Parti 2 tal-Anness tagħha, u d-Deċiżjoni 2011/70/PESK huma b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)   ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.

(2)   ĠU L 178, 13.7.2010, p. 28.

(3)   ĠU L 28, 28.2.2011, p. 57.


ANNESS

Lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK

1.   PERSUNI

1.

ABOU, Rabah Naami (magħruf ukoll bħala Naami Hamza; magħruf ukoll bħala Mihoubi Faycal; magħruf ukoll bħala Fellah Ahmed; magħruf ukoll bħala Dafri Rèmi Lahdi) imwieled fl-1.2.1966 f’Alġeri (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

2.

ABOUD, Maisi (magħruf ukoll bħala “l-Abderrahmane Svizzeru”), imwieled fis-17.10.1964 f’Alġeri (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

3.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f’Al Ihsa (l-Għarabja Sawdija), ċittadin tal-Għarabja Sawdija

4.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut, l-Għarabja Sawdija, ċittadin tal-Għarabja Sawdija

5.

ARIOUA, Kamel (magħruf ukoll bħala Lamine Kamel), imwieled fit-18.8.1969 f’Kostantin (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

6.

ASLI, Mohamed (magħruf ukoll bħala Dahmane Mohamed), imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

7.

ASLI, Rabah imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

8.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR, magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) — Membru tal-“Hofstadgroep”

9.

DARIB, Noureddine (magħruf ukoll bħala Carreto, magħruf ukoll bħala Zitoun Mourad), imwieled fl-1.2.1972 fl-Alġerija — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

10.

DJABALI, Abderrahmane (magħruf ukoll bħala Touil), imwieled fl-1.6.1970 fl-Alġerija — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

11.

EL FATMI, Nouredine (magħruf ukoll bħala Nouriddin EL FATMI, magħruf ukoll bħala Nouriddine EL FATMI, magħruf ukoll bħala Noureddine EL FATMI, magħruf ukoll bħala Abu AL KA’E KA’E, magħruf ukoll bħala Abu QAE QAE, magħruf ukoll bħala Fouad, magħruf ukoll bħala Fzad, magħruf ukoll bħala Nabil EL FATMI, magħruf ukoll bħala Ben Mohammed, magħruf ukoll bħala Ben Mohand Ben Larbi, magħruf ukoll bħala Ben Driss Muhand Ibn Larbi, magħruf ukoll bħala Abu Tahar, magħruf ukoll bħala Eggie), imwieled fil-15.8.1982 f’Midar (il-Marokk), Nru tal-passaport (il-Marokk) N829139 — Membru tal-“Hofstadgroep”

12.

FAHAS, Sofiane Yacine, imwielda fl-10.9.1971 f’Alġeri (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

13.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, AHMED, magħruf ukoll bħala SA-ID, magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu

14.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem, magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah, magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555

15.

MOKTARI, Fateh (magħruf ukoll bħala Ferdi Omar) imwieled fis-26.12.1974 f’Hussein Dey (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

16.

NOUARA, Farid imwieled fil-25.11.1973 f’Alġeri (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

17.

RESSOUS, Hoari (magħruf ukoll bħala Hallasa Farid) imwieled fil-11.09.1968 f’Alġeri (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

18.

SEDKAOUI, Noureddine (magħruf ukoll bħala Nounou) imwieled fit-23.6.1963 f’Alġeri (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

19.

SELMANI, Abdelghani (magħruf ukoll bħala Gano) imwieled fl-14.6.1974 f’Alġeri (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

20.

SENOUCI, Sofiane imwielda fil-15.4.1971 f’Hussein Dey (l-Alġerija) — Membru ta’“al-Takfir” u “al-Hijra”

21.

TINGUALI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Mouh di Kouba) imwieled fil-21.4.1964 fi Blida (l-Alġerija) — Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”

22.

WALTERS, Jason Theodore James (magħruf ukoll bħala Abdullah magħruf ukoll bħala David), imwieled fis-6.3.1985 f’Amersfoort (il-Pajjiżi l-Baxxi), Nru tal-passaport (il-Pajjiżi l-Baxxi) NE8146378 — Membru tal-“Hofstadgroep”

2.   GRUPPI U ENTITAJIIET

1.

L-“Organizzazzjoni Abu Nidal” — “ANO”, (magħrufa wkoll bħala l-“Kunsill Rivoluzzjonarju ta’ Fatah”, il-“Brigati Rivoluzzjonarji Għarab”, “Settembru l-Iswed”, u l-“Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti”)

2.

“Il-Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa”

3.

“Al-Aqsa e.V.”

4.

“Al-Takfir” u “Al-Hijra”

5.

“Babbar Khalsa”

6.

Il-“Partit Komunista tal-Filippini”, inkluża n-“New Peoples Army” — “NPA”, il-Filippini

7.

“Gama’a al-Islamiyya” (“Grupp Islamiku”), (magħruf ukoll bħala “Al-Gama’a al-Islamiyya” -“IG”)

8.

“İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi”“IBDA-Ć” (Il-Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant)

9.

“Hamas”, inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”

10.

“Hizbul Mujahideen” — “HM”

11.

“Hofstadgroep”

12.

Il-“Fondazzjoni tal-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp”

13.

Il-“Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh” — “ISYF”

14.

Il-“Forza Khalisan Zindabad” — “KZF”

15.

Il-“Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan” — “PKK”, (magħruf ukoll bħala “KADEK”, magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”)

16.

“Tigri għal-Liberazzjoni ta’ Tamil Eelam” — “LTTE”

17.

L-“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali” — (“Ejército de Liberación Nacional”)

18.

Il-“Jihad Islamika Palestinjana” — “PIJ”

19.

Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina” — “PFLP”

20.

Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — Kmand Ġenerali”, (magħruf ukoll bħala “PFLP — Kmand Ġenerali”)

21.

“Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia” — “FARC” (“Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja”)

22.

“Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi” — “DHKP/C” (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (“Xellug Rivoluzzjonarju”), magħruf ukoll bħala “Dev Sol”) (“L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu”),

23.

It-“Triq li Tiddi” — “SL” (“Sendero Luminoso”)

24.

“Stichting Al Aqsa” (magħruf ukoll bħala “Stichting Al Aqsa Nederland”, magħruf ukoll bħala “Al Aqsa Nederland”)

25.

“Teyrbazen Azadiya Kurdistan” — “TAK”, (magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Falcons”, il-“Kurdistan Freedom Hawks”)


Нагоре