This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0407
2011/407/EU: Council Decision of 6 June 2011 on the position to be taken by the European Union within the EEA Joint Committee concerning an amendment to Annex VI (Social Security) and Protocol 37 to the EEA Agreement
2011/407/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 6 ta’ Ġunju 2011 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness VI (Sigurtà Soċjali) u l-Protokoll 37 mal-Ftehim taż-ŻEE
2011/407/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 6 ta’ Ġunju 2011 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness VI (Sigurtà Soċjali) u l-Protokoll 37 mal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 182, 12.7.2011, pp. 12–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
12.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-6 ta’ Ġunju 2011
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness VI (Sigurtà Soċjali) u l-Protokoll 37 mal-Ftehim taż-ŻEE
(2011/407/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 48, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Anness VI għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”) fih dispożizzjonijiet speċifiċi u arranġamenti dwar is-sigurtà soċjali u l-Protokoll 37 fih lista ta’ Kumitati li fihom jipparteċipaw l-Istati taż-ŻEE. |
|
(2) |
Huwa xieraq li jkun inkluż ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (2), ir-Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Annessi tiegħu (3) u r-Regolament (KE) Nru 987/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (4) fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. Barra minn hekk, il-Protokoll 37 għandu jkun emendat biex fil-lista tiegħu ta’ kumitati jinkludi l-Kumissjoni Amministrattiva għall-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 883/2004. |
|
(3) |
Għalhekk, meħtieġ li jkunu emendati l-Anness VI u l-Protokoll 37 għall-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu uniku
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda mistennija għall-Anness VI (Sigurtà Soċjali) u l-Protokoll 37 mal-Ftehim taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.
Magħmula fi Brussell, is-6 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
RÉTHELYI M.
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(2) ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru …/2011 TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
ta’ …
li temenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) u l-Protokoll 37 għall-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT taż-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 98 u 101 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness VI tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim”) kien emendat b’Deċiżjoni Nru …/… tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE…. (1). |
|
(2) |
Il-Protokoll 37 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni Nru …/… tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE …. (2). |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (3), għandu jiddaħħal fil-Ftehim. |
|
(4) |
Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Annessi tiegħu (4) għandu jiddaħħal fil-Ftehim. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (5) għandu jiddaħħal fil-Ftehim. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni Nru A1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ proċedura ta’ djalogu u konċiljazzjoni dwar il-validità ta’ dokumenti, id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli u l-provvista ta’ benefiċċji skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għandha tiddaħħal fil-Ftehim. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni Nru A2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għal ħaddiema stazzjonati u ħaddiema li jaħdmu għal rashom li qed jaħdmu temporanjament barra l-Istat kompetenti (7) għandha tiddaħħal fil-Ftehim. |
|
(8) |
Id-Deċiżjoni Nru E1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-arranġamenti prattiċi għall-perjodu tranżitorju tal-iskambju ta’ dejta permezz ta’ mezzi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) għandha tiddaħħal fil-Ftehim. |
|
(9) |
Id-Deċiżjoni Nru F1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli ta’ prijorità f’każ ta’ koinċidenza tal-benefiċċji tal-familja (9) għandha tiddaħħal fil-Ftehim. |
|
(10) |
Id-Deċiżjoni Nru H1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-qafas għat-tranżizzjoni mir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 għar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-applikazzjoni ta’ Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (10) għandhom jiddaħħlu fil-Ftehim. |
|
(11) |
Id-Deċiżjoni Nru H2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-metodi ta’ ħidma u l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Teknika għall-ipproċessar tad-dejta tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (11) għandha tiddaħħal fil-Ftehim. |
|
(12) |
Id-Deċiżjoni Nru P1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 50(4), 58 u 87(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-għoti tal-benefiċċji tal-invalidità, tal-età u tas-superstiti (12) għandha tiddaħħal fil-Ftehim |
|
(13) |
Id-Deċiżjoni Nru S1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (13) għandha tiddaħħal fil-Ftehim. |
|
(14) |
Id-Deċiżjoni Nru S2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (14) għandha tiddaħħal fil-Ftehim. |
|
(15) |
Id-Deċiżjoni Nru S3 tat-12 ta’ Ġunju 2009 li tiddefinixxi l-benefiċċji koperti mill-Artikoli 19(1) u 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikolu 25(A)(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) għandha tiddaħħal fil-Ftehim. |
|
(16) |
Id-Deċiżjoni Nru U1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 rigward l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żidiet fil-benefiċċji tal-qgħad għal membri dipendenti tal-familja (16) għandha tiddaħħal fil-Ftehim. |
|
(17) |
Id-Deċiżjoni Nru U2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-ambitu tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt għall-benefiċċji tal-qgħad ta’ persuni qiegħda għal kollox għajr ħaddiema transkonfinali li kienu residenti fit-territorju ta’ Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru kompetenti matul l-aħħar perjodu ta’ impjieg tagħhom jew ta’ xogħol għal rashom (17) għandha tiddaħħal fil-Ftehim. |
|
(18) |
Id-Deċiżjoni Nru U3 tat-12 ta’ Ġunju 2009 rigward l-ambitu tal-kunċett ta’ qgħad parzjali u li japplika għal persuni qiegħda msemmija fl-Artikolu 65(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) għandha tiddaħħal fil-Ftehim. |
|
(19) |
Ir-Rakkomandazzjoni Nru P1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 li tikkonċerna s-sentenza Gottardo, li skontha l-vantaġġi li jgawdu ċ-ċittadini nnifishom ta’ Stat partikolari skont konvenzjoni bilaterali dwar is-sigurtà soċjali ma’ pajjiż mhux membru jridu jingħataw ukoll lill-ħaddiema li huma ċittadini ta’ Stati Membri oħra (19) għandha tiddaħħal fil-Ftehim. |
|
(20) |
Ir-Rakkomandazzjoni Nru U1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuni qiegħda involuti f’attività professjonali jew kummerċjali part-time fi Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat ta’ residenza (20) għandha tiddaħħal fil-Ftehim. |
|
(21) |
Ir-Rakkomandazzjoni Nru U2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 64(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal persuni qiegħda li jakkumpanjaw is-sieħeb/sieħba tagħhom li qed jieħdu sehem f’attività professjonali jew kummerċjali fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat kompetenti (21) għandha tiddaħħal fil-Ftehim. |
|
(22) |
Biex il-ftehim jiffunzjona sew, il-Protokoll 37 għalih għandu jkun emendat biex jinkludi l-Kummissjoni Amministrattiva għall-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali mwaqqfa bir-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Anness VI għandu jkun emendat sabiex jispeċifika l-proċeduri għall-assoċjazzjoni ma’ dik il-Kummissjoni u l-korpi marbuta magħha. |
|
(23) |
Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 (22), li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim. |
|
(24) |
Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 iħassar, b’effett mil-1 ta’ Mejju 2010, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 (23), li huwa inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar skont dan il-Ftehim. |
|
(25) |
L-atti kollha taħt l-intestaturi “Atti li l-Partijiet Kontraenti għandhom jagħtu kas tajjeb tagħhom” u “Atti li tagħhom il-partijiet kontraenti għandhom jieħdu nota” ma għadhomx jintużaw u konsegwentament għandhom jitħassru skont il-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness VI mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
It-test tal-punt 5 “Kummissjoni Amministrattiva dwar is-Sigurtà Soċjali tal-Ħaddiema Migranti” tal-Protokoll 37 li fih il-lista pprovdut għaliha fl-Artikolu 101 mal-Ftehim għandu jkun mibdul b’dan li ġej:
“Kummissjoni Amministrattiva għall-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.”.
Artikolu 3
It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004, (KE) Nru 987/2009 u (KE) Nru 988/2009 tad-Deċiżjonijiet Nri A1, A2, E1, F1, H1, H2, P1, S1, S2, S3, U1, U2 u U3, u tar-Rakkomandazzjonijiet Nru P1, U1 u U2 fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, … .
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) ĠU L …
(2) ĠU L …
(3) ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.
(4) ĠU L 284, 30.10.2009, p. 43.
(5) ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1
(6) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 1.
(7) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 5.
(8) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 9.
(9) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 11.
(10) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 13.
(11) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 17.
(12) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 21.
(13) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 23.
(14) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 26.
(15) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 40.
(16) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 42.
(17) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 43.
(18) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 45.
(19) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 47.
(20) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 49.
(21) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 51.
(22) ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2.
(23) ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1.
(*1) [Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali][Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]
ANNESS
MAD-DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …
It-test tal-Aness VI tal-Ftehim għandu jinbidel b’dan li ġej:
“INTRODUZZJONI
Meta l-atti msemmijin f’dan l-Anness ikun fihom referenzi għall-proċeduri li huma speċifiċi għall-ordni legali tal-Komunità, bħal
|
— |
preamboli; |
|
— |
id-destinatarji tal-atti Komunitarji; |
|
— |
referenzi għat-territorji jew lingwi tal-KE; |
|
— |
referenzi għad-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri tal-KE, l-entitajiet pubbliċi tagħhom, impriżi jew individwi relatati ma’ xulxin; kif ukoll |
|
— |
referenzi għal proċeduri ta’ notifika u ta’ informazzjoni; |
Il-Protokoll 1 dwar l-adattamenti orizzontali għandu jgħodd, sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f’dan l-Anness.
ADATTAMENTI SETTORJALI
|
I. |
Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness u minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokol 1, il-kliem “Stat(i) Membru(i)” fl-atti msemmija għandhom jinftiehmu li jinkludu, flimkien mat-tifsira tagħhom fl-atti tal-KE relevanti, lill-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja. |
|
II. |
Fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-atti msemmija f’dan l-Anness, għall-għanijiet tal-Ftehim preżenti, id-drittijiet u l-obbligi mogħtija lill-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-sigurtà soċjali li tifforma parti mill-Kummissjoni tal-KE u d-drittijiet u d-dmirijiet mogħtija lill-Bord tal-Awditjar u l-Kummissjoni Teknika, li t-tnejn li huma jifformaw parti mill-Kummissjoni Amministrattiva msemmija, għall-ipproċessar tad-dejta, għandhom jittieħdu, skont id-disposizzjoniet tal-Parti VII tal-Ftehim, mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. |
I. KORDINAZZJONI ĠENERALI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI
ATTI MSEMMIJA
|
1. |
32004 R 0883: Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1), kif emendat bi:
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw kif ġej:
MODALITAJIET GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI TAL-ISTATI TAL-EFTA FIL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI U L-KUMMISSJONI TEKNIKA GĦALL-IPPROĊESSAR TAD-DEJTA U FIL-BORD TAL-AWDITJAR, IT-TNEJN LI HUMA KONNESSI MAL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA, SKONT L-ARTIKOLU 101 TAL-FTEHIM: L-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja jistgħu jibagħtu rappreżentant kull wieħed, preżenti f’kapaċità konsultattiva (osservatur), għall-laqgħat tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, li tifforma parti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, u għal-laqgħat tal-Kummissjoni Teknika għall-ipproċessar tad-dejta u tal-Bord tal-Awditjar, it-tnejn marbuta mal-Kummissjoni Amministrattiva. |
|
2. |
32009 R 0987: Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1).
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jiġu adattati kif ġej:
|
ATTI LI L-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM IQISU BIR-REQQA
|
3.1 |
32010 D 0424(01): Id-Deċiżjoni Nru A1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ proċedura ta’ djalogu u konċiljazzjoni dwar il-validità ta’ dokumenti, id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli u l-provvista ta’ benefiċċji skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 1). |
|
3.2 |
32010 D 0424(02): Id-Deċiżjoni Nru A2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għal ħaddiema stazzjonati u ħaddiema li jaħdmu għal rashom li jaħdmu temporanjament barra l-Istat kompetenti (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 5). |
|
4.1 |
32010 D 0424(03): Id-Deċiżjoni Nru E1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-arranġamenti prattiċi għall-perjodu tranżitorju tal-iskambju ta’ dejta permezz ta’ mezzi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 9). |
|
5.1 |
32010 D 0424(04): Id-Deċiżjoni Nru F1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli ta’ prijorità f’każ ta’ koinċidenza mal-benefiċċji tal-familja (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 11). |
|
6.1 |
32010 D 0424(05): Id-Deċiżjoni Nru H1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-qafas għat-tranżizzjoni mir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 għar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-applikazzjoni ta’ Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 13). |
|
6.2 |
32010 D 0424(06): Id-Deċiżjoni Nru H2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-metodi ta’ ħidma u l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Teknika għall-Ipproċessar tad-dejta tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 17). |
|
7.1 |
32010 D 0424(07): Id-Deċiżjoni Nru P1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 50(4), 58 u 87(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-għoti tal-benefiċċji tal-Invalidità, tal-Età u tas-Superstiti (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 21). |
|
8.1 |
32010 D 0424(08): Id-Deċiżjoni Nru S1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 23). |
|
8.2 |
32010 D 0424(09): Id-Deċiżjoni Nru S2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 26).
Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru S2 għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej: Minkejja il-punt 3.3.2 tal-Anness għad-Deċiżjoni, l-Istati tal-EFTA għandhom xorta waħda l-possibbiltà li jdaħħlu l-istilel Ewropej fuq il-Karti tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea maħruġa minnhom. |
|
8.3 |
32010 D 0424(10): Id-Deċiżjoni Nru S3 tat-12 ta’ Ġunju 2009 li tiddefinixxi l-benefiċċji koperti mill-Artikoli 19(1) u 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikolu 25(A)(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 40). |
|
9.1 |
32010 D 0424(11): Id-Deċiżjoni Nru U1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 rigward l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żidiet fil-benefiċċji tal-qgħad għal membri dipendenti tal-familja (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 42). |
|
9.2 |
32010 D 0424(12): Id-Deċiżjoni Nru U2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-ambitu tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt għall-benefiċċji tal-qgħad ta’ persuni qiegħda għal kollox minbarra ħaddiema transkonfinali li kienu residenti fit-territorju ta’ Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru kompetenti matul l-aħħar perjodu tal-impjieg tagħhom jew tax-xogħol għal rashom (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 43). |
|
9.3 |
32010 D 0424(13): Id-Deċiżjoni Nru U3 tat-12 ta’ Ġunju 2009 rigward l-ambitu tal-kunċett tal-‘qgħad parzjali’ li japplika għal persuni qiegħda msemmija fl-Artikolu 65(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 45). |
ATTI LI L-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA TAGĦHOM
|
10.1 |
32010 H 0424(01): Ir-Rakkomandazzjoni Nru P1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 li tikkonċerna s-sentenza Gottardo, li skontha l-vantaġġi li jgawdu ċ-ċittadini nnifishom ta’ Stat partikolari skont konvenzjoni bilaterali dwar is-sigurtà soċjali ma’ pajjiż mhux membru jridu jingħataw ukoll lill-ħaddiema li huma ċittadini ta’ Stati Membri oħra (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 47). |
|
11.1 |
32010 H 0424(02): Ir-Rakkomandazzjoni Nru U1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuni qiegħda involuti f’attività professjonali jew kummerċjali part-time fi Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat ta’ residenza (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 49). |
|
11.2 |
32010 H 0424(03): Ir-Rakkomandazzjoni Nru U2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 64(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal persuni qiegħda li jakkumpanjaw is-sieħeb/sieħba tagħhom li qed jieħdu sehem f’attività professjonali jew kummerċjali fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat kompetenti (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 51). |
II. IS-SALVAGWARDJA TAD-DRITTIJIET TAL-PENSJONI SUPPLIMENTARI
ATTI MSEMMIJA
|
12. |
398 L 0049: Id-Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE tad-29 ta’ Ġunju 1998 dwar is-salvagwardjar tad-drittijiet ta’ pensjoni supplimentari ta’ persuni impjegati u li jaħdmu għal rashom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU L 209, tal-25.7.1998, p. 46).” |