Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0395

    2011/395/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 1 ta’ Lulju 2011 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/241/KE li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, bl-esklużjoni tal-prodotti tas-sajd, li joriġinaw fil-Madagaskar (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4642) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 176, 5.7.2011, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/395/oj

    5.7.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 176/50


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-1 ta’ Lulju 2011

    li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/241/KE li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, bl-esklużjoni tal-prodotti tas-sajd, li joriġinaw fil-Madagaskar

    (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4642)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2011/395/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/241/KE tal-24 ta’ Marzu 2006 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, bl-esklużjoni tal-prodotti tas-sajd, li joriġinaw fil-Madagaskar (2), tistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, għajr il-prodotti tas-sajd, il-bebbux u l-gwanu li joriġinaw mill-Madagaskar.

    (2)

    Diversi atti legali tal-Unjoni jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, bħad-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3) u r-Regoalment (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (4).

    (3)

    Il-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni dwar l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-annimali tiżgura li l-prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jikkonformaw ma’ dik il-leġiżlazzjoni biss jistgħu jiġu importati fl-Unjoni mill-Madagaskar.

    (4)

    Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2006/241/KE ma għadhiex meħtieġa u għandha tiġi rrevokata.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2006/241/KE hija rrevokata.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.

    Għall-Kummissjoni

    John DALLI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

    (2)  ĠU L 88, 25.3.2006, p. 63.

    (3)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

    (4)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.


    Top