This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0326
2011/326/EU: Council Implementing Decision of 30 May 2011 amending Implementing Decision 2011/77/EU on granting Union financial assistance to Ireland
2011/326/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat- 30 ta’ Mejju 2011 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/77/UE dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Irlanda
2011/326/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat- 30 ta’ Mejju 2011 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/77/UE dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Irlanda
ĠU L 147, 2.6.2011, p. 17–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
2.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 147/17 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
tat-30 ta’ Mejju 2011
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/77/UE dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Irlanda
(2011/326/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fuq talba tal-Irlanda, il-Kunsill taha assistenza finanzjarja (Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/77/UE (2)) b’appoġġ għal programm qawwi ta’ riforma ekonomika u finanzjarja bil-għan li terġa’ tinkiseb il-fiduċja, u b’hekk l-ekonomija tkun tista’ tirritorna lejn tkabbir sostenibbli, u tiġi protetta l-istabbiltà finanzjarja fl-Irlanda, fiż-żona tal-euro u fl-Unjoni. |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 3(9) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/77/UE, il-Kummissjoni, flimkien mal-Fond Monetarju Internazzjonali (“FMI”) u f’kooperazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewroepw (“BĊE”), għamlet l-ewwel reviżjoni tal-progress tal-awtoritajiet dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri maqbula kif ukoll dwar l-effettività u l-impatt ekonomiku u soċjali ta’ dawk il-miżuri. |
(3) |
Skont il-projezzjonijiet attwali tal-Kummissjoni għat-tkabbir nominali tal-PDG (–3,6 % fl-2010, 1,3 % fl-2011, 2,8 % fl-2012 u 4,0 % fl-2013), il-perkors għall-aġġustament fiskali huwa konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Diċembru 2010 bil-għan li tinġieb fi tmiemha s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv fl-Irlanda, skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat, u huwa konsistenti ma’ perkors għall-proporzjon ta’ dejn relatat mal-PDG ta’ 96,2 % fl-2010, 112,0 % fl-2011, 117,9 % fl-2012 u 120,3 % fl-2013. Għaldaqstant, il-proporzjon ta’ dejn relatat mal-PDG ikun stabbilizzat fl-2013 u, minn hemm 'il quddiem jaqbad it-triq lejn it-tnaqqis, dejjem jekk ikun hemm progress ulterjuri fit-tnaqqis tad-defiċit. Id-dinamika tad-dejn tiġi effettwata minn diversi operazzjonijiet ‘barra mill-baġit’, inkluż injezzjoni ta' kapital fil-banek fl-2011 b’effett nett ta’ żieda fid-dejn ta’ madwar 6 punti perċentwali ta’ PDG, suppożizzjoni biex jinżammu riżervi għoljin ta’ flus kontanti, u diferenzi bejn il-pagamenti dovuti u dawk ta’ interessi fi flus kontanti. |
(4) |
Ir-rikapitalizzazzjoni ta’ Allied Irish Bank, Bank of Ireland, u EBS Building Society sabiex il-proporzjon tal-kapital ewlieni Tier 1 tagħhom jilħaq livell ta’ 12 % (abbażi tar-Reviżjoni Prudenzjali tal-Valutazzjoni tal-Kapital 2010 “PCAR”), li kellha ssir sa Frar tal-2011, ġiet posposta mill-gvern li kien fl-aħħar tal-mandat tiegħu minħabba l-elezzjoni ġenerali li kienet fil-qrib. |
(5) |
Fil-31 ta’ Marzu 2011, il-Bank Ċentrali tal-Irlanda ħabbar ir-riżultati tal-PCAR u r-Reviżjoni Prudenzjali tal-Valutazzjoni tal-Likwidità (“PLAR”). Abbażi ta’ dawn il-valutazzjonijiet, l-erba’ banek domestiċi parteċipanti (Allied Irish Bank, Bank of Ireland, EBS Building Society u Irish Life & Permanent) instabu li kellhom bżonn total ta’ EUR 24 biljun f’kapital addizzjonali, inkluż kapital kontinġenti ta’ EUR 3 biljuni, biex jibqgħu kapitalizzati b’mod adegwat f’xenarju ta’ stress. |
(6) |
Fil-31 ta’ Marzu 2011 il-gvern il-ġdid, li ġie ffurmat wara l-elezzjoni tal-25 ta’ Frar 2011, ħabbar l-istrateġija tiegħu biex isaħħaħ u jirriforma l-banek domestiċi, li tinkludi li jiġi żgurat li tintlaħaq il-ħtieġa ta’ kapitalizzazzjoni identifikata mill-eżerċizzju tal-PCAR/PLAR. Sal-aħħar ta’ Lulju 2011 din għandha ġġib il-proporzjon tal-kapital ewlieni Tier 1 tal-banek domestiċi (suġġett għall-aġġustament adattat għall-bejgħ mistenni tal-assi fil-każ ta’ Irish Life & Permanent) 'il fuq sew mil-livell previst li jiġi milħuq sa Frar 2011. |
(7) |
Il-Bank Ċentrali tal-Irlanda għandu jirrikjedi lil Allied Irish Bank, Bank of Ireland, EBS Building Society u Irish Life & Permanent biex ilaħħqu mal-proporzjoni tas-self relatat mad-depożitu (“LDR”) ta’ 122,5 % sal-aħħar tal-2013, filwaqt li jevitaw il-bejgħ mgħaġġel tal-assi. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Irlandiżi għandhom jagħmlu monitoraġġ mill-qrib tal-evoluzzjoni tal-proporzjon tal-Indiċi Nett ta’ Stabbiltà tal-Finanzjamenti u l-proporzjon tal-Kopertura tal-Likwidità tal-banek sabiex jiżguraw il-konverġenza mal-istandards emerġenti fi ħdan il-qafas ta’ Basel III. L-awtoritajiet għandhom jiżguraw li l-miri jintlaħqu billi jistabbilixxu qafas kredibbli għall-monitoraġġ tal-progress ibbażat fuq miri intermedji u jinċentivaw kif jixraq l-arranġamenti amministrattivi fi ħdan il-banek. |
(8) |
Hekk kif il-gvern il-ġdid beda jamministra, nieda reviżjoni komprensiva tan-nefqa biex jidentifika tfaddil effiċjenti u biex jallinja mill-qrib il-prijoritajiet li jsostnu l-konsolidazzjoni fiskali ma’ dawk għall-irkupru nazzjonali stabbiliti fil-Programm tal-Gvern (2011-16) imħabbar fis-7 ta’ Marzu 2011. |
(9) |
Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/77/UE għandha tiġi emendata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/77/UE huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-paragrafu 5, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
Il-paragrafu 7 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Il-paragrafu 8 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Irlanda.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
CSÉFALVAY Z.
(1) ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1.