Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0321

    2011/321/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ Mejju 2011 li tistabbilixxi, skont id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, simbolu sabiex il-pubbliku jkun infurmat dwar il-klassifikazzjoni tal-ilma għall-għawm u kwalunkwe projbizzjoni tal-għawm jew parir kontra l-għawm

    ĠU L 143, 31.5.2011, p. 38–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/321/oj

    31.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 143/38


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-27 ta’ Mejju 2011

    li tistabbilixxi, skont id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, simbolu sabiex il-pubbliku jkun infurmat dwar il-klassifikazzjoni tal-ilma għall-għawm u kwalunkwe projbizzjoni tal-għawm jew parir kontra l-għawm

    (2011/321/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE (1), u b’mod partikolari, il-punt (a) tal-Artikolu 15(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2006/7/KE jipprovdi għall-obbligu li l-pubbliku jkun infurmat dwar il-klassifikazzjoni attwali tal-ilma għall-għawm u kwalunkwe projbizzjoni tal-għawm jew parir kontra l-għawm permezz ta’ tabella jew simbolu ċar u sempliċi

    (2)

    Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2006/7/KE,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Bl-iskop tal-propagazzjoni attiva u d-disponibbiltà fil-ħin tal-informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-ilma għall-għawm u dwar kwalunkwe projbizzjoni tal-għawm jew parir kontra l-għawm imsemmija fl-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2006/7/KE, qed jiġu stabbiliti s-simboli li ġejjin:

    1.

    Simboli li jinfurmaw dwar il-projbizzjoni tal-għawm jew li jagħtu parir kontra l-għawm huma stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    2.

    Simboli li jinfurmaw dwar il-klassifikazzjoni tal-ilma għall-għawm huma stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 64, 4.3.2006, p. 37.


    ANNESS

    TAQSIMA 1

    Simboli li jinfurmaw dwar il-probizzjoni tal-għawm jew parir kontra l-għawm

    Image Image

    TAQSIMA 2

    Simboli li jinfurmaw dwar il-klassifikazzjoni tal-ilma għall-għawm

    Image Image Image Image

    Top