Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0313

2011/313/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta’ Mejju 2011 dwar l-adattament tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill- 1 ta’ Frar 2010 , l- 1 ta’ Marzu 2010 , l- 1 ta’ April 2010 , l- 1 ta’ Mejju 2010 u l- 1 ta’ Ġunju 2010 għar-rimunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jwettqu dmirijiethom fil-pajjiżi terzi

ĠU L 140, 27.5.2011, p. 56–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/313/oj

27.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/56


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Mejju 2011

dwar l-adattament tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Frar 2010, l-1 ta’ Marzu 2010, l-1 ta’ April 2010, l-1 ta’ Mejju 2010 u l-1 ta’ Ġunju 2010 għar-rimunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jwettqu dmirijiethom fil-pajjiżi terzi

(2011/313/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 336 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra ta’ dawn il-Komunitajiet, stabbiliti mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1) tal-Kunsill, u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2), tal-Anness X tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 768/2010 (2) u bl-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, ġew stabbiliti l-koeffiċjenti korrettivi li mill-1 ta’ Lulju 2009, jaffettwaw ir-rimunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jaqdu dmirijiethom fil-pajjiżi terzi, imħallsin fil-valuta tal-pajjiż fejn dawn ikunu ġew assenjati.

(2)

Jeħtieġ li jiġu adattati, f’konformità mal-paragrafu 2 tal-Artikolu 13 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, mill-1 ta’ Frar 2010, l-1 ta’ Marzu 2010, l-1 ta’ April 2010, l-1 ta’ Mejju 2010 u l-1 ta’ Ġunju 2010, uħud minn dawn il-koeffiċjenti korrettivi, minħabba li minn statistika li għandha l-Kummissjoni, jidher li f’ċerti pajjiżi terzi, il-varjazzjoni fl-għoli tal-ħajja, ikkalkulata skont il-koeffiċjent korrettiv u r-rata tal-kambju korrispondenti, qabżet il-5 % (minn meta ġiet stabbilita l-aħħar, jew mill-adattament preċedenti tagħha permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/790/UE (3)),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-rimunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jaqdu dmirijiethom fil-pajjiżi terzi, u li huma mħallsin fil-valuta tal-pajjiż fejn ikunu ġew assenjati, huma adattati għal ċerti pajjiżi indikati fl-Anness. Dan l-Anness jinkludi ħames tabelli ta’ kull xahar li jindikaw b’eżattezza liema huma l-pajjiżi kkonċernati kif ukoll liema huma d-dati suċċessivi ta’ applikabilità f’kull pajjiż (l-1 ta’ Frar 2010, l-1 ta’ Marzu 2010, l-1 ta’ April 2010, l-1 ta’ Mejju 2010 u l-1 ta’ Ġunju 2010).

Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta’ dawn ir-rimunerazzjonijiet huma stabbiliti f’konformità mar-regoli implimentattivi tar-Regolament Finanzjarju u jikkorrespondu mad-dati differenti indikati fl-ewwel paragrafu.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Catherine ASHTON

Viċi-President


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(2)  ĠU L 228, 31.8.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 336, 21.12.2010, p. 50.


ANNESS

FRAR 2010

Pajjiżi ta’ assenjament

Paritajiet ekonomiċi

Frar 2010

Rati tal-kambju

Frar 2010 (*)

Koeffiċjenti korrettivi

Frar 2010 (**)

L-Armenja

368,8

534,71

69,0

Barbados

2,937

2,7998

104,9

Il-Kroazja

5,989

7,321

81,8

L-Eġittu (1)

3,825

7,68385

49,8

L-Eritrea (2)

14,6

21,6393

67,5

Il-Gana (3)

1,155

2,002

57,7

Ħaiti

55,97

59,3743

94,3

Il-Laos (4)

9 400

12 001,5

78,3

Il-Madagaskar (5)

2 319

2 920,63

79,4

In-Norveġja

10,69

8,179

130,7

Is-Sjerra Leone (2)

4 557

5 524,5

82,5

Is-Sudan (Kartum) (3)

2,314

3,31285

69,8

It-Tajlandja (4)

30,08

46,316

64,9

Trinidad u Tobago

6,966

8,8894

78,4

Il-Jemen

201,3

297,283

67,7


MARZU 2010

Pajjiżi ta’ assenjament

Paritajiet ekonomiċi

Marzu 2010

Rati tal-kambju

Marzu 2010 (***)

Koeffiċjenti korrettivi

Marzu 2010 (****)

L-Angola

133,3

122,909

108,5

Il-Ginea (Konakry)

4 699

6 677

70,4

Il-Gżejjer Fiġi

1,668

2,65851

62,7

Il-Kazakistan (Astana)

171,5

201,56

85,1

Il-Madagaskar (6)

2 167

2 932,3

73,9

Il-Malawi

168,2

205,737

81,8

Il-Możambik

29,06

40,925

71,0

In-New Zealand

1,777

1,9539

90,9

Is-Surinam (7)

2,019

3,87

52,2

Il-Venezwela (8)

3,596

5,79305

62,1

Iż-Żambja (7)

4 436

6 409,68

69,2


APRIL 2010

Pajjiżi ta’ assenjament

Paritajiet ekonomiċi

April 2010

Rati tal-kambju

April 2010 (*****)

Koeffiċjenti korrettivi

April 2010 (******)

L-Arabja Sawdija

3,892

5,1109

76,2

Il-Belarus

2 574

4 003,28

64,3

Kuba

USD 1,033

USD 1,3482

76,6

L-Eġittu (9)

4,02

7,4149

54,2

L-Eritrea (10)

15,78

20,6343

76,5

Il-Gambja

27,06

35,75

75,7

Il-Ġeorġja

1,78

2,3181

76,8

Il-Kirgiżistan

46,22

60,5611

76,3

Il-Moldova

10,04

16,6048

60,5

Il-Kaledonja Ġdida

134,3

119,332

112,5

Il-Pakistan

52,55

112,284

46,8

Il-Paragwaj

4 086

6 269,56

65,2

Is-Sjerra Leone (10)

4 893

5 192,25

94,2

Timor Leste

USD 1,147

USD 1,3482

85,1


MEJJU 2010

Pajjiżi ta’ assenjament

Paritajiet ekonomiċi

Mejju 2010

Rati tal-kambju

Mejju 2010 (*******)

Koeffiċjenti korrettivi

Mejju 2010 (********)

Il-Korea t’ Isfel

1 574

1 477,79

106,5

Il-Gana (11)

1,232

1,89235

65,1

Il-Gwatemala

7,732

10,5915

73,0

L-Indoneżja (Ġakarta)

8 940

11 948,3

74,8

Il-Ġamajka

109,8

117,328

93,6

Il-Filippini

44,72

59,186

75,6

Is-Sudan (Kartum) (11)

2,481

3,13891

79,0

It-Turkija

1,923

1,9673

97,7

Il-Venezwela (12)

3,939

5,69299

69,2


ĠUNJU 2010

Pajjiżi ta’ assenjament

Paritajiet ekonomiċi

Ġunju 2010

Rati tal-kambju

Ġunju 2010 (*********)

Koeffiċjenti korrettivi

Ġunju 2010 (**********)

Il-Kongo (Brazzaville)

762,4

655,957

116,2

L-Eritrea (13)

17,17

18,8793

90,9

Il-Laos (14)

8 881

10 190,5

87,1

Mali

636,9

655,957

97,1

Is-Sjerra Leone (13)

5 227

4 850,16

107,8

Is-Surinam (15)

2,132

3,63

58,7

It-Tajlandja (14)

31,89

40,328

79,1

Iż-Żambja (15)

4 830

6 261,24

77,1


(*)  1 EURO = x unitajiet tal-munita nazzjonali.

(**)  Brussell = 100.

(1)  Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat darbtejn: għax-xahar ta’ Frar u għax-xahar ta’ April 2010.

(2)  Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat tliet darbiet: għax-xahar ta’ Frar, għax-xahar ta’ April u għax-xahar ta’ Ġunju 2010.

(3)  Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat darbtejn: għax-xahar ta’ Frar u għax-xahar ta’ Mejju 2010.

(4)  Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat darbtejn: għax-xahar ta’ Marzu u għax-xahar ta’ Ġunju 2010.

(5)  Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat darbtejn: għax-xahar ta’ Frar u għax-xahar ta’ Marzu 2010.

(***)  1 EURO = x unitajiet tal-munita nazzjonali.

(****)  Brussell = 100.

(6)  Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat darbtejn: għax-xahar ta’ Frar u għax-xahar ta’ Marzu 2010.

(7)  Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat darbtejn: għax-xahar ta’ Marzu u għax-xahar ta’ Ġunju 2010.

(8)  Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat darbtejn: għax-xahar ta’ Marzu u għax-xahar ta’ Mejju 2010.

(*****)  1 EURO = x unitajiet tal-munita nazzjonali, minbarra l-USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste.

(******)  Brussell = 100.

(9)  Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat darbtejn: għax-xahar ta’ Frar u għax-xahar ta’ April 2010.

(10)  Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat tliet darbiet: għax-xahar ta’ Frar, għax-xahar ta’ April u għax-xahar ta’ Ġunju 2010.

(*******)  1 EURO = x unitajiet tal-munita nazzjonali.

(********)  Brussell = 100.

(11)  Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat darbtejn: għax-xahar ta’ Frar u għax-xahar ta’ Mejju 2010.

(12)  Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat darbtejn: għax-xahar ta’ Marzu u għax-xahar ta’ Mejju 2010.

(*********)  1 EURO = x unitajiet tal-munita nazzjonali.

(**********)  Brussell = 100.

(13)  Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat tliet darbiet: għax-xahar ta’ Frar, għax-xahar ta’ April u għax-xahar ta’ Ġunju 2010.

(14)  Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat darbtejn: għax-xahar ta’ Frar u għax-xahar ta’ Ġunju 2010.

(15)  Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat darbtejn: għax-xahar ta’ Marzu u għax-xahar ta’ Ġunju 2010.


Top