Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0286

    2011/286/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 2 ta’ Mejju 2011 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond tas-Solidarjetà tal-UE skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

    ĠU L 132, 19.5.2011, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/286/oj

    19.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 132/13


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tat-2 ta’ Mejju 2011

    dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond tas-Solidarjetà tal-UE skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

    (2011/286/UE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punt 26 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (2),

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il “Fond”) biex turi s-solidarjetà tagħha mal-popolazzjoni ta’ reġjuni milquta minn diżastri.

    (2)

    Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-ammont annwali massimu ta’ EUR 1 biljun.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li jippermettu l-mobilizzazzjoni tal-fond.

    (4)

    Il-Polonja, is-Slovakkja, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, il-Kroazja u r-Rumanija ppreżentaw talbiet bil-għan li jimmobilizzaw il-Fond, li jikkonċernaw diżastri kkawżati minn żerżieq ta’ art u egħriegħer kbar,

    ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fil-qafas tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2011, għandha tiġi mobilizzata somma ta’ EUR 182 388 893 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet taħt l-intestatura tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 2

    Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Mejju 2011.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    J. BUZEK

    Għall-Kunsill

    Il-President

    CSÉFALVAY Z.


    (1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

    (2)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


    Top