Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0242

    2011/242/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 14 ta’ April 2011 dwar il-membri tal-grupp konsultattiv dwar il-katina alimentari u s-saħħa tal-annimali u tal-pjanti stabbilit mid-Deċiżjoni 2004/613/KE

    ĠU L 101, 15.4.2011, p. 126–128 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/07/2017; Revokat u sostitwit bi 32017D0715(01)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/242/oj

    15.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 101/126


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-14 ta’ April 2011

    dwar il-membri tal-grupp konsultattiv dwar il-katina alimentari u s-saħħa tal-annimali u tal-pjanti stabbilit mid-Deċiżjoni 2004/613/KE

    (2011/242/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/613/KE tas-6 ta’ Awwissu 2004 marbut mal-kreazzjoni ta’ grupp konsultattiv tal-katina alimentari u tas-saħħa tal-annimali u veġetali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Ġie stabbilit grupp konsultattiv dwar il-katina alimentari u s-saħħa tal-annimali u tal-pjanti bid-Deċiżjoni 2004/613/KE b'effett mill-25 ta’ Awwissu 2004. Dan il-grupp huwa kkonsultat mill-Kummissjoni fuq il-programm ta’ ħidma tiegħu dwar is-sikurezza tal-ikel u l-għalf, it-tikkettjar u l-preżentazzjoni tal-ikel u l-għalf, in-nutrizzjoni tal-bniedem fir-rigward tal-leġiżlazzjoni dwar l-ikel, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, u s-saħħa tal-pjanti u wkoll dwar il-miżuri li l-Kummissjoni trid tieħu jew tipproponi li tieħu f'dawn l-oqsma.

    (2)

    Skont l-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2004/613/KE, il-Kummissjoni għandha tagħżel entitajiet Ewropej rappreżentattivi li jissodisfaw bl-aktar mod effettiv il-kriterji msemmija fl-Artikolu 3(1) ta’ dik id-Deċiżjoni u li rreaġixxew għas-sejħa għal espressjoni ta’ interess.

    (3)

    Oriġinarjament il-Kummissjoni għażlet 36 membru tal-grupp konsultattiv. Il-lista tal-membri oriġinali għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-2005 (2).

    (4)

    Il-Kummissjoni issa ddeċidiet li testendi s-sħubija tal-grupp konsultattiv, b'mod partikolari sabiex tinkludi ċerti setturi li mhumiex rappreżentati. Wara sejħa għal espressjonijiet ta’ interess, ġew magħżula disa' entitajiet addizzjonali.

    (5)

    Il-membri kollha tal-grupp konsultattiv għandhom status ugwali.

    (6)

    Huwa xieraq li jiġu kkonfermati s-36 membru attwali tal-grupp konsultattiv, u, b'żieda ma’ dan, li jiġu maħtura d-disa' membri li għadhom kif intgħażlu.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Kummissjoni tikkonferma bħala membri tal-grupp konsultattiv dwar il-katina alimentari u s-saħħa tal-annimali u tal-pjanti l-entitajiet Ewropej elenkati fil-parti A tal-Anness, u, b'żieda ma’ dan, taħtar bħala membri tal-grupp konsultattiv l-entitajiet Ewropej elenkati fil-parti B tal-Anness.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 275, 25.8.2004, p. 17.

    (2)  ĠU C 97, 21.4.2005, p. 2.


    ANNESS

    PARTI A

    AIPCE-CEP

    Association des industries du poisson de l’Union européenne/Comité des organisations nationales des importateurs et exportateurs de poisson de l’Union européenne

    ANIMALS ANGELS

    Animal Welfare Association

    AVEC

    Association of Poultry Processors and Poultry Import and Export Trade in the European Union Countries

    BEUC (1)

    Bureau européen des unions de consommateurs

    CEFIC

    Conseil européen des fédérations de l’industrie chimique

    CELCAA

    Comité européen de liaison des commerces agroalimentaires

    CES/ETUC

    Confédération européenne des syndicats/European Trade Union Confederation

    CIAA

    Confédération des industries agroalimentaires de l’Union européenne

    CLITRAVI

    Centre de liaison des industries transformatrices de viandes de l’Union européenne

    COCERAL

    Comité du commerce des céréales, aliments du bétail, oléagineux, huile d’olive, huiles et graisses et agrofournitures de l’Union européenne

    COPA-Cogeca

    Comité des organisations professionnelles agricoles de l’Union européenne – Confédération générale des coopératives agricoles de l’Union européenne

    ECCA

    European Crop Care Association

    ECPA

    European Crop Protection Association

    ECSLA

    European Cold Storage and Logistics Association

    EDA

    European Dairy Association

    EFFAT

    European Federation of Food, Agriculture and Tourism Trade Unions

    EFPRA

    European Fat Processors and Renderers Association

    EMRA

    European Modern Restaurant Association

    ESA

    European Seed Association

    EUROCHAMBRES

    Association of European Chambers of Commerce and Industry

    EUROCOMMERCE

    European Representation of Retail, Wholesale and International Trade

    EUROCOOP

    European Community of Consumer Cooperatives

    EUROGROUP

    Eurogroup for Animal Welfare

    EUROPABIO

    European Association of Bioindustries

    FEDIAF

    Fédération européenne de l’industrie des aliments pour animaux familiers

    FEFAC

    Fédération européenne des fabricants d’aliments composés pour animaux

    FERCO

    Fédération européenne de la restauration collective concédée

    FESASS

    Fédération européenne pour la santé animale et la sécurité sanitaire

    FRESHFEL

    European Fresh Produce Association

    FVE

    Federation of Veterinarians of Europe

    HOTREC

    Confédération des associations nationales de l’hôtellerie, de la restauration, des cafés et établissements similaires de l’Union européenne et de l’Espace économique européen

    IFAH-EUROPE

    International Federation for Animal Health Europe

    IFOAM EU GROUP

    International Federation of Organic Agriculture Movements — European Union Regional Group

    UEAPME

    Union européenne de l’artisanat et des petites et moyennes entreprises

    UECBV

    Union européenne du commerce du bétail et de la viande

    UGAL

    Union des groupements de détaillants indépendants de l’Europe

    PARTI B

    AESGP

    Association of the European Self-Medication Industry

    ECVC

    European Coordination Via Campesina

    EHPM

    European Federation of Associations of Health Product Manufacturers

    EUWEP

    European Union of Wholesale with Eggs, Egg Products and Poultry and Game

    FEFANA

    EU Association of Specialty Feed Ingredients and their Mixtures

    FoEE

    Friends of the Earth Europe

    PAN EUROPE

    Pesticide Action Network Europe

    PFP

    Primary Food Processors

    SLOW FOOD

    Slow Food Associazione Internazionale


    (1)  3 siġġijiet huma allokati lill-BEUC sabiex tiġi ffaċilitata r-rappreżentanza tal-konsumaturi Ewropej.


    Top