Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0223

2011/223/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 31 ta' Marzu 2011 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor fir-rigward tal-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992

ĠU L 94, 8.4.2011, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/223/oj

8.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-31 ta' Marzu 2011

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor fir-rigward tal-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992

(2011/223/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi l-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992, li ġie konkluż f’isem il-Komunità mill-Kunsill permezz tad-Deċiżjoni 92/580/KEE (1), inizjalment baqa’ fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 1995. Minn dak iż-żmien dan ġie estiż b’mod regolari għal perjodi suċċessivi ta' sentejn. L-aħħar darba li ġie estiż kien permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor tat-28 ta' Mejju 2009 u huwa se jibqa’ fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 2011. Huwa fl-interess tal-Unjoni li dan jerġa’ jiġi estiż. Il-Kummissjoni, li tirrappreżenta lill-Unjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor, għandha għalhekk tiġi awtorizzata tivvota favur tali estensjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor hija li tivvota favur l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992 għal perijodu ieħor ta' mhux aktar minn sentejn.

Il-Kummissjoni b’dan hija awtorizzata tesprimi din il-pożizzjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

VÖLNER P.


(1)   ĠU L 379, 23.12.1992, p. 15.


Top