Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0222

    2011/222/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 5 ta’ April 2011 li tagħti d-derogi lil ċerti Stati Membri dwar it-trażmissjoni tal-istatistika skont ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, rigward l-istatistika dwar il-kawżi tal-imwiet (notifikata bid-dokument numru C(2011) 2057)

    ĠU L 93, 7.4.2011, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/222/oj

    7.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 93/26


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-5 ta’ April 2011

    li tagħti d-derogi lil ċerti Stati Membri dwar it-trażmissjoni tal-istatistika skont ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, rigward l-istatistika dwar il-kawżi tal-imwiet

    (notifikata bid-dokument numru C(2011) 2057)

    (Huma awtentiċi biss it-testi bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Olandiża u Svediża)

    (2011/222/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat it-talbiet magħmula mir-Repubblika tal-Bulgarija, mir-Repubblika Ċeka, mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, mir-Repubblika Franċiża, mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u mir-Repubblika tal-Finlandja,

    Billi:

    (1)

    B’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008, dan japplika għall-produzzjoni tal-istatistika dwar il-kawżi tal-imwiet kif iddefinit fl-Anness III.

    (2)

    L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008 jipprevedi, fejn jenħtieġ, għal derogi u għal perijodi ta’ tranżizzjoni għall-Istati Membri, li t-tnejn li huma għandhom ikunu msejsa fuq raġunijiet oġġettivi.

    (3)

    Mill-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni, jidher li t-talbiet għad-derogi tal-Bulgarija, tar-Repubblika Ċeka, tal-Ġermanja, ta’ Franza, tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Finlandja rriżultaw mill-ħtieġa ta’ emendi kbar fis-sistemi nazzjonali tal-istatistika biex jikkonformaw bis-sħiħ mar-Regolament (KE) Nru 1338/2008.

    (4)

    Għaldaqstant dawn id-derogi għandhom jingħataw lil dawk l-Istati Membri.

    (5)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema tal-Istatistika Ewropea,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-derogi kif stabbiliti fl-Anness huma mogħtija lill-Istati Membri elenkati hemmhekk.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u lir-Repubblika tal-Finlandja.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ April 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Olli REHN

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70.


    ANNESS

    Id-derogi mir-Regolament (KE) Nru 1338/2008, kif implimentati mill-Kummissjoni, dwar l-istatistika dwar il-kawżi tal-imwiet

    Stat Membru

    Varjabbli

    Tmiem tad-deroga

    il-Bulgarija

    Kawża bażika tal-mewt ICD (klassifika internazzjonali tal-mard) (4 figuri)

    il-31 ta' Diċembru 2012

    ir-Repubblika Ċeka

    Pajjiż tal-okkorrenza

    il-31 ta' Diċembru 2011

    il-Ġermanja

    Pajjiż tal-okkorrenza

    il-31 ta' Diċembru 2013

    Franza

    Is-sena tal-mewt (id-data ta' meta ġrat) ta' trabi li jitwieldu mejta

    il-31 ta' Diċembru 2012

    il-Pajjiżi l-Baxxi

    Pajjiż tal-okkorrenza

    il-31 ta' Diċembru 2012

    Pajjiż ta' residenza, għal nies mhumiex residenti li jmutu fil-Pajjiżi l-Baxxi

    il-31 ta' Diċembru 2012

    il-Finlandja

    Reġjun tal-okkorrenza (NUTS 2)

    il-31 ta' Diċembru 2013

    Pajjiż ta' residenza/Pajjiż ta' residenza tal-omm

    il-31 ta' Diċembru 2013


    Top