EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0221

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/221/PESK tas- 6 ta’ April 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire

ĠU L 93, 7.4.2011, p. 20–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/06/2016; Impliċitament imħassar minn 32016D0917

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/221/oj

7.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 93/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/221/PESK

tas-6 ta’ April 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire. (1)

(2)

Fit-30 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1975 (“UNSCR 1975 (2011)”) li timponi sanzjonijiet immirati kontra individwi addizzjonali li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fir-Riżoluzzjoni 1572 (2004) u Riżoluzzjonijiet sussegwenti, inklużi dawk l-individwi li jostakolaw il-paċi u r-rikonċiljazzjoni fil-Côte d’Ivoire, jostakolaw il-ħidma tal-Operazzjoni tan-Nazzjonijiet uniti fil-Côte d’Ivoire (UNOCI) u atturi internazzjonali oħra fil-Côte d’Ivoire u jwettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali.

(3)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire, għandhom jiġu imposti miżuri restrittivi addizzjonali.

(4)

Barra minn hekk, il-listi ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi mniżżlin fl-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK għandha tiġi emendata.

(5)

Kif ukoll, hu meħtieġ li jiġu ċċarati ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/656/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 5, jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“3a.   Rigward il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness II, l-Istati Membri jistgħu jippermettu eżenzjonijiet mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għal fondi u riżorsi ekonomiċi li huma meħtieġa għal skopijiet umanitarji wara notifika bil-quddiem lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

3b.   Il-paragrafu 1(b) ma għandux jimpedixxi lil persuna jew entità indikata milli twettaq ħlas dovut taħt kuntratt magħmul qabel l-elenkar ta’ tali persuna jew entità, bil-kondizzjoni li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li l-ħlas ma jasalx, direttament jew indirettament, għand persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1(b).”.

2.

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 5a

Għandu jkun ipprojbit:

(a)

ix-xiri, senserija jew assistenza fil-ħruġ ta’ bonds jew titoli ta’ sigurtà maħruġa jew iggarantiti wara s-6 ta’ April 2011 mill-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent GBAGBO, kif ukoll minn persuni jew entitajiet li jaġixxu f’ismu jew taħt l-awtorità tiegħu, jew minn entitajiet li huma l-proprjetà tiegħu jew ikkontrollati minnu. Bħala eċċezzjoni, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu awtorizzati jixtru dawk il-bonds jew titoli ta’ sigurtà ta’ valur korrispondenti għal bonds u titoli ta’ sigurtà diġà fil-pussess tagħhom u li waslu biex jimmaturaw;

(b)

l-għoti ta’ self, fi kwalunkwe forma, lill-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent GBAGBO, kif ukoll lil persuni jew entitajiet li jaġixxu f’ismu jew taħt l-awtorità tiegħu, jew lil entitajiet li huma l-proprjetà tiegħu jew ikkontrollati minnu.

Ix-xiri, senserija u assistenza fil-ħruġ ta’ bonds u titoli ta’ sigurtà u l-għoti ta’ self imsemmija fil-punti (a) u (b) ma għandhom jagħtu lok għal ebda responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip min-naħa ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi kkonċernati jekk ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida biex jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru dawn il-projbizzjonijiet.”.

3.

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 9a

Biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-miżuri mniżżlin f’din id-Deċiżjoni, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk li jinsabu f’din id-Deċiżjoni.”.

4.

Fl-Artikolu 10, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 5(2), safejn jikkonċernaw il-portijiet elenkati fl-Anness II, għandhom jiġu riveduti mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju 2011.”.

Artikolu 2

1.   Il-persuni elenkati fil-parti A tal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitħassru mil-lista mniżżla fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK u għandhom jiżdiedu mal-lista mniżżla fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK.

2.   Il-persuna elenkata fil-parti B tal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiżdied mal-lista mniżżla fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK.

3.   Il-persuni elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista mniżżla fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ April 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MARTONYI J.


(1)  ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.


ANNESS I

PARTI A

1.   Laurent GBAGBO

Data tat-twelid: 31 ta’ Mejju 1945

Post tat-twelid: Gagnoa, Côte d’Ivoire

Ex President tal-Côte d’Ivoire: ostakolar tal-proċess ta’ paċi u rikonċiljazzjoni, ċaħda tar-riżultati tal-elezzjoni presidenzjali.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 30.3.2011 (indikazzjoni tal-Unjoni Ewropea: 22.12.2010)

2.   Simone GBAGBO

Data tat-twelid: 20 ta’ Ġunju 1949

Post tat-twelid: Moossou, Grand-Bassam, Côte d’Ivoire

President tal-Grupp Parlamentari tal-Front Popolari Ivorjan (FPI): ostakolar tal-proċess ta’ paċi u rikonċiljazzjoni, inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 30.3.2011 (indikazzjoni tal-Unjoni Ewropea: 22.12.2010)

3.   Désiré TAGRO

Numru tal-passaport: PD – AE 065FH08

Data tat-twelid: 27 ta’ Jannar 1959

Post tat-twelid: Issia, Côte d’Ivoire

Segretarju Ġenerali fl-hekk imsejħa “presidenza” tas-Sur GBAGBO: parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur GBAGBO, ostakolar tal-proċess ta’ paċi u rikonċiljazzjoni, ċaħda tar-riżultati tal-elezzjoni presidenzjali, parteċipazzjoni f’repressjonijiet vjolenti ta’ movimenti popolari.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 30.3.2011 (indikazzjoni tal-Unjoni Ewropea: 22.12.2010)

4.   Pascal AFFI N’GUESSAN

Numru tal-passaport: PD-AE 09DD00013.

Data tat-twelid: 1 ta’ Jannar 1953

Post tat-twelid: Bouadriko, Côte d’Ivoire

President tal-Front Popolari Ivorjan (FPI): ostakolar tal-proċess ta’ paċi u rikonċiljazzjoni, inċitament għall-mibegħda u l-vjolenza.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 30.3.2011 (indikazzjoni tal-Unjoni Ewropea: 22.12.2010)

PARTI B

1.   Alcide DJÉDJÉ

Data tat-twelid: 20 ta’ Ottubru 1956

Post tat-twelid: Abidjan, Côte d’Ivoire

Konsulent qrib tas-Sur GBAGBO: parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur GBAGBO, ostakolar tal-proċess ta’ paċi u rikonċiljazzjoni, inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 30.3.2011


ANNESS II

Persuni previsti fl-Artikolu 2(3)

A.   Persuni

 

Isem (u psewdonomu possibbli)

Karatteristiċi ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Diali Zie

 

Direttur tal-aġenzija prinċipali tal-BCEAO Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

2.

Togba Norbert

 

Spettur Ġenerali tat-Teżor Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

3.

Kone Doféré

 

Kollettur ġenerali tat-Taxxi Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

4.

Hanny Tchélé Brigitte, mart Etibouo

 

Instigatriċi ta' film dokumentarju

Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza.

5.

Jacques Zady

 

Direttur tar-Radjodiffużjoni Televiżjoni Ivorjani (RT).

Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza.

6.

Ali Keita

 

Editur tal-ġurnal ta' kuljum Le Temps

Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza.

7.

Kla Koué Sylvanus

 

Direttur Ġenerali tal-Aġenzija tat-Telekomunikazzjoni tal-Côte d’Ivoire), u President tal-Kunsill Ġenerali ta' San-Pedro.

Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza.

8.

Mamadou Ben Soumahoro

 

Membru tal-Assemblea Nazzjonali.

Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza.

9.

Sokouri Bohui

 

Membru tal-Assemblea Nazzjonali, Amministratur tal-ġurnal ta' kuljum Notre Voie Segretarju Ġenerali tal-FPI responsabbli mill-elezzjonijiet.

Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza.

10.

Blon Siki Blaise

 

Allegatament hu ta' Awtorità Għolja għall-Iżvilupp fil-Punent

Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza.

11.

Pasteur Kore Moïse

 

Kunsillier Spiritwali tas-Sur Laurent Gbagbo

Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza.

12.

Moustapha Aziz

 

Kunsillier fir-Rappreentanza għall-Côte d’Ivoire fil-UNESCO

Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza.

13.

Gnamien Yao

 

Ex-Ministru

Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza.

14.

Zakaria Fellah

 

Kunsillier Speċjali tas-Sur Laurent Gbagbo Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

15.

Ghislain N’Gbechi

 

Uffiċjal fil-Missjoni Permanenti tal-Côte d’Ivoire f'New York Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

16.

Charles Kader Gore

 

Negozjant Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

17.

Maitre Sanogo Yaya

 

Avukat fil-Kamra tal-Avukati tal-Côte d’Ivoire Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

18.

Kadio Morokro Mathieu

 

President tal-PETROIVOIRE Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

19.

Marcellin Zahui

 

Direttur Ġenerali tas-CNCE (Kaxxa Nazzjonali ta' Kreditu u ta' Tfaddil) u Amministratur tal-bank BICICI (Bank Interazzjonali għall-Kummerċ u l-Industrija tal- Côte d'Ivoire) nazzjonalizzati illegalment Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo

20.

Jean-Claude N'Da Ametchi

 

Direttur Ġenerali tal-Bank Versus, Amministratur tal-bank SGBCI (Kumpannija Ġenerali tal-Banek fil-Côte d'Ivoire) nazzjonalizzata illegalment Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo

21.

Anatole Kossa

 

Viċi-President tas-CGFCC (Kumitat ta' ġestjoni tal-katina tal-kafé u l-kawkaw) Kunsillier tal-president preċedenti Gbagbo fil-qasam tal-agrikoltura mill-1 ta' Jannar 2010. Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo

22.

Alexandre Kouadio

 

Amministratur proviżorju tal-ARCC (Awtorità ta' regolazzjoni tal-kafé u tal-kawkaw) Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo

23.

Célestin N'Guessan

 

Amministratur proviżorju tal-FDPCC (Fondi ta' żvilupp u ta' promozzjoni tal-attivitajiet tal-produtturi tal-kafé u tal-kawkaw) Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo

24.

Claudine Lea Yapobi née Yehiry

 

Amministratur proviżorju tal-FRC (Fondi ta' regolazzjoni u ta' kontroll) u tal-BCC (Borża tal-kafé u tal-kawkaw) Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo

25.

Deby Dally Balawourou

 

Ġurnalista, President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Istampa Inċitazzjoni għall-mibegħda u l-vjolenza

26.

Wenceslas Appiah

 

Direttur Ġenerali tal-BFA, Bank għall-Finanzjament tal-Agrikoltura Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo

27.

Hubert Houlaye

 

President tal-Kunsill ta' Amministrazzjoni tal-Bank Nazzjonali tal-Investimenti Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.


Top