This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0218
2011/218/EU: Council Decision of 9 March 2011 on the conclusion of the Agreement between the European Union and the Government of the Faeroe Islands on scientific and technological cooperation, associating the Faeroe Islands to the Union’s Seventh Framework Programme for Research, Technological Development and Demonstration Activities (2007 to 2013)
2011/218/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 9 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Faeroe dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, li jassoċja l-Gżejjer Faeroe mas-Seba’ Programm Kwadru tal-Unjoni għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013)
2011/218/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 9 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Faeroe dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, li jassoċja l-Gżejjer Faeroe mas-Seba’ Programm Kwadru tal-Unjoni għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013)
ĠU L 93, 7.4.2011, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
7.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 93/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-9 ta’ Marzu 2011
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Faeroe dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, li jassoċja l-Gżejjer Faeroe mas-Seba’ Programm Kwadru tal-Unjoni għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013)
(2011/218/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 186 flimkien mal-punt (v) tal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem l-Unjoni, Ftehim mal-Gvern tal-Gżejjer Faeroe dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknika li jassoċja l-Gżejjer Faeroe mas-Seba’ Programm Kwadru tal-Unjoni għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”). |
(2) |
Il-Ftehim kien iffirmat mir-rappreżentanti tal-Partijiet fit-3 ta’ Ġunju 2010 fi Brussell, u sar proviżorjament applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2010, sakemm jiġi konkluż f’data aktar tard. |
(3) |
Il-Ftehim għandu jkun konkluż f’isem l-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Faeroe dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika li jassoċja l-Gżejjer Faeroe mas-Seba’ Programm Kwadru tal-Unjoni għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (1).
Artikolu 2
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 4(1) tal-Ftehim.
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill, f’isem l-Unjoni, għandu jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 5(2) tal-Ftehim.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
CSÉFALVAY Z.
(1) ĠU L 245, 17.9.2010, p. 2.