Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0200

2011/200/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta' Settembru 2010 dwar l-iffirmar ta' Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kamerun dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ tal-injam u tal-prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

ĠU L 92, 6.4.2011, pp. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/200/oj

6.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Settembru 2010

dwar l-iffirmar ta' Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kamerun dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ tal-injam u tal-prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

(2011/200/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposti mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

F'Mejju 2003, il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew intitolata “Infurzar tal-Liġi tal-Foresta, il-Governanza u l-Kummerċ (FLEGT): Proposta għal Pjan ta' Azzjoni tal-UE” li sejħet għal miżuri biex jiġi indirizzat il-qtugħ illegali permezz tal-adozzjoni ta' ftehimiet ta' sħubija volontarja ma’ pajjiżi li jipproduċu l-injam. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar dan il-Pjan ta' Azzjoni ġew adottati f'Ottubru 2003 (1) u l-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar is-suġġett fil-11 ta' Lulju 2005 (2)

(2)

Fil-5 ta' Diċembru tal-2005, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tibda negozjati dwar il-ftehimiet ta' sħubija biex ikun implimentat il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-FLEGT.

(3)

Fl-20 ta' Diċembru 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 (3) li stabilixxa skema għall-għoti tal-liċenzji FLEGT fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-injam lejn l-Unjoni minn pajjiżi li magħhom l-Unjoni kkonkludiet ftehimiet ta' sħubija volontarja.

(4)

In-negozjati mar-Repubblika tal-Kamerun ġew konklużi u l-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kamerun dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ tal-injam u prodotti derivati minnu lejn l-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) ġie inizjalat fis-6 ta' Mejju 2010.

(5)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat suġġett għall-konkluzjoni tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kamerun dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ tal-injam u l-prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT) huwa b'dan awtorizzat f'isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (4).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar il-persuna li jkollha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim f'isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

K. PEETERS


(1)   ĠU C 268, 7.11.2003, p. 1.

(2)   ĠU C 157E, 6.7.2006, p. 482.

(3)   ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1.

(4)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


Top