Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0178

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/178/PESK tat- 23 ta' Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

ĠU L 78, 24.3.2011, p. 24–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/08/2015; Impliċitament imħassar minn 32015D1333

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/178/oj

24.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 78/24


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/178/PESK

tat-23 ta' Marzu 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-28 ta’ Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), li timplimenta r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiet Uniti (UNSCR) 1970 (2011).

(2)

Fis-17 ta' Marzu 2011, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta l-UNSCR 1973 (2011), li wessgħat il-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri restrittivi imposti mill-UNSCR 1970 (2011) u introduċiet miżuri restrittivi addizzjonali kontra l-Libja.

(3)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2011/137/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

(4)

Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/137/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

1)

L-Artikolu li ġej huwa miżjud:

“Artikolu 3a

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu titjiriet minn inġenji tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom fl-ispazju tal-ajru tal-Libja, fid-dawl tal-ħtieġa għall-għajnuna fil-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili.

2.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal titjiriet li l-uniku skop tagħhom huwa umanitarju, bħall-forniment jew l-iffaċilitar tal-forniment ta' assistenza, inklużi provvisti mediċi, ikel, ħaddiema umanitarji u assistenza relatata, jew l-evakwazzjoni ta' ċittadini barranin mil-Libja, u lanqas m'għandu japplika għal titjiriet awtorizzati mill-paragrafu 4 jew 8 tal-UNSCR 1973 (2011), u lanqas għal titjiriet oħra meqjusin mill-Istati Membri, li jaġixxu taħt l-awtorizzazzjoni mogħtija fil-paragrafu 8 tal-UNSCR 1973 (2011), bħala meħtieġa għall-benefiċċju tal-poplu Libjan.”.

2)

L-Artikolu 4(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jispezzjonaw, f’konformità mal-awtoritajiet u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u b'mod konsistenti mal-liġi internazzjonali, b’mod partikolari l-liġi tal-baħar u ftehimiet internazzjonali rilevanti dwar l-avjazzjoni ċivili, bastimenti u inġenji tal-ajru li sejrin jew li ġejjin mil-Libja, fit-territorju tagħhom, inklużi l-portijiet u l-ajruporti tagħhom, u fl-ibħra internazzjonali, jekk huma jkollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-merkanzija ta' tali bastimenti u inġenji tal-ajru tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni.”.

3)

L-Artikolu li ġej huwa miżjud:

“Artikolu 4a

1.   L-Istati Membri għandhom jiċħdu l-permess lil kwalunkwe inġenju tal-ajru reġistrat fil-Libja jew li huwa l-proprjetà ta' jew operat minn ċittadini jew kumpanniji Libjani, li jitlaq minn, jinżel fi jew itir fuq it-territorju tagħhom sakemm it-titjira partikolari ma tkunx ġiet approvata bil-quddiem mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, jew fil-każ ta' nżul ta' emerġenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jiċħdu l-permess lil kwalunkwe inġenju tal-ajru li jitlaq minn, jinżel fi jew itir fuq it-territorju tagħhom, jekk ikollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-inġenju tal-ajru fih oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment, jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni, inkluż il-provvediment ta' persunal merċenarju armat, għajr fil-każ ta' nżul ta' emerġenza.”.

4)

L-Artikolu 5(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimpedixxu d-dħul fi, jew it-transitu minn, it-territorji tagħhom ta':

(a)

persuni elenkati fl-Anness I tal-UNSCR 1970 (2011), u persuni addizzjonali indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat f'konformità mal-paragrafu 22 tal-UNSCR 1970 (2011) u l-paragrafu 23 tal-UNSCR 1973 (2011), kif elenkat fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni;

(b)

persuni mhux koperti mill-Anness I ta' din id-Deċiżjoni involuti jew kompliċi fl-ordni, fil-kontroll jew fid-direzzjoni b'mod ieħor, tat-twettiq ta' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni fil-Libja, inkluż b'involviment fi jew b'kompliċità fl-ippjanar, il-kmand, l-ordni jew it-twettiq ta' attakki, bi ksur tal-liġi internazzjonali, inkluż il-bombardament mill-ajru, fuq popolazzjonijiet jew faċilitajiet ċivili, jew b'aġir għal jew f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, kif elenkat fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.”.

5.

L-Artikolu 6(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-fondi, l-assi finanzjarji l-oħra u r-riżorsi ekonomiċi kollha, li huma l-proprjetà ta’ jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn:

(a)

persuni u entitajiet elenkati fl-Anness II tal-UNSCR 1970 (2011), u persuni u entitajiet addizzjonali indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat f'konformità mal-paragrafu 22 tal-UNSCR 1970 (2011) u l-paragrafi 19 u 23 tal-UNSCR 1973 (2011), kif elenkat fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni;

(b)

persuni u entitajiet mhux koperti mill-Anness III ta' din id-Deċiżjoni involuti fi jew kompliċi fl-ordni, fil-kontroll, jew fid-direzzjoni b'mod ieħor, tat-twettiq ta' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni fil-Libja, inkluż b'involviment jew b'kompliċità fl-ippjanar, il-kmand, l-ordni jew it-twettiq ta' attakki, bi ksur tal-liġi internazzjonali, inkluż il-bombardamenti mill-ajru, fuq popolazzjonijiet u faċilitajiet ċivili, jew mill-awtoritajiet Libjani, jew minn persuni u entitajiet li kisru jew għenu fil-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1970 (2011) jew ta' din id-Deċiżjoni, jew minn persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew minn entitajiet li huma l-proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom jew minn persuni u entitajiet elenkati fl-Anness III, kif elenkat fl-Anness IV ta' din id-Deċiżjoni,

għandhom jiġu ffriżati.”.

6)

Fl-Artikolu 6, huwa miżjud il-paragrafu li ġej:

“4a.   Fir-rigward ta' persuni u entitajiet elenkati fl-Anness IV ta' din id-Deċiżjoni, jistgħu jsiru wkoll eżenzjonijiet għal fondi u riżorsi ekonomiċi li huma meħtieġa għal skopijiet umanitarji, bħall-forniment jew l-iffaċilitar tal-forniment ta' assistenza, inklużi provvisti mediċi, ikel, il-forniment tal-elettriku, ħaddiema umanitarji u assistenza relatata, jew l-evakwazzjoni ta' ċittadini barranin mil-Libja.”.

7)

L-Artikolu li ġej huwa miżjud:

“Artikolu 6a

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li ċ-ċittadini tagħhom, il-persuni soġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħhom u d-ditti inkorporati fit-territorji tagħhom jew soġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħhom jeżerċitaw viġilanza meta jagħmlu negozju ma' entitajiet inkorporati fil-Libja jew soġġetti għall-ġurisdizzjoni tal-Libja, u kwalunkwe individwu jew entità li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, u entitajiet li huma l-proprjetà tagħhom jew huma kkontrollati minnhom, bil-għan li jiġi pprevenut negozju li jista' jikkontribwixxi għall-vjolenza u l-użu tal-forza kontra l-popolazzjoni ċivili.”.

Artikolu 2

L-Annessi I, II, III u IV tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK huma b'dan sostitwiti mit-test imniżżel fl-Annessi I, II, III u IV rispettivament ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MARTONYI J.


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 53.


ANNESS I

“ANNESS I

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 5(1)(a)

1.

AL-BAGHDADI, Dr Abdulqader Mohammed

Numru tal-passaport: B010574. Data tat-twelid: 01.07.1950.

Kap tal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Kumitati Rivoluzzjonarji. Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

2.

DIBRI, Abdulqader Yusef

Data tat-twelid: 1946. Post tat-twelid: Houn, il-Libja.

Kap tas-sigurtà personali ta' Muammar QADHAFI. Responsabbiltà għas-sigurtà tar-reġim. Passat ta' ordnijiet ta' vjolenza kontra d-dissidenti.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

3.

DORDA, Abu Zayd Umar

Direttur, Organizzazzjoni tas-Sigurtà Esterna. Fidil għar-reġim. Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

4.

JABIR, Ġeneral Maġġur Abu Bakr Yunis

Data tat-twelid: 1952. Post tat-twelid: Jalo, il-Libja.

Ministru tad-Difiża. Responsabbiltà ġenerali għall-azzjonijiet tal-forzi armati.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

5.

MATUQ, Matuq Mohammed

Data tat-twelid: 1956. Post tat-twelid: Khoms.

Segretarju għall-Utilitajiet. Membru anzjan tar-reġim. Involviment mal-Kumitati Rivoluzzjonarji. Fil-passat kien involut f'soppressjoni tad-dissens u l-vjolenza.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

6.

QADHAF AL-DAM, Sayyid Mohammed

Data tat-twelid:1948. Post tat-twelid: Sirte, il-Libja.

Kuġin ta' Muammar QADHAFI. Fis-snin 80, Sayyid kien involut fil-kampanja tal-assassinju tad-dissidenti u allegatament responsabbli minn diversi mwiet fl-Ewropa. Huwa suspettat ukoll li kien involut fl-akkwist tal-armi.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

7.

QADHAFI, Aisha Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Bint Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

8.

QADHAFI, Hannibal Muammar

Numru tal-passaport: B/002210. Data tat-twelid: 20.9.1975. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

9.

QADHAFI, Khamis Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

10.

QADHAFI, Mohammed Muammar

Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

11.

QADHAFI, Muammar Mohammed Abu Minyar

Data tat-twelid: 1942. Post tat-twelid: Sirte, il-Libja.

Mexxej tar-Rivoluzzjoni, Kmandant Suprem tal-Forzi Armati. Responsabbiltà li ordna r-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet, abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

12.

QADHAFI, Mutassim

Data tat-twelid: 1976. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Konsulent tas-Sigurtà Nazzjonali. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

13.

QADHAFI, Saadi

Numru tal-passaport: 014797. Data tat-twelid: 25.5.1973. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Kmandant tal-Forzi Speċjali. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

14.

QADHAFI, Saif al-Arab

Data tat-twelid: 1982. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

15.

QADHAFI, Saif al-Islam

Numru tal-passaport: B014995. Data tat-twelid: 25.6.1972. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Direttur, Fondazzjoni Qadhafi. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Dikjarazzjonijiet pubbliċi xewwiexa li jħeġġu l-vjolenza kontra d-dimostranti.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

16.

AL-SENUSSI, Kurunell Abdullah

Data tat-twelid: 1949. Post tat-twelid: is-Sudan.

Direttur tal-Intelligence Militari. Involviment tal-Intelligence Militari fis-soppressjoni tad-dimostrazzjonijiet. Passat li jinkludi suspett ta' involviment fil-massakru tal-ħabs ta' Abu Selim. Ikkundannat in absentia għall-bumbardament ta' titjira tal-UTA. Ħaten Muammar QADHAFI.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

17.

AL QADHAFI, Quren Salih Quren

Ambaxxatur Libjan għaċ-Ċad. Telaq miċ-Ċad lejn Sabha. Involut direttament fir-reklutaġġ u l-kordinazzjoni ta' merċenarji għar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011

18.

AL KUNI, Kurunell Amid Husain

Gvernatur ta' Ghat (Nofsinhar tal-Libja). Involut direttament fir-reklutaġġ ta' merċenarji.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011”


ANNESS II

“ANNESS II

Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitatijiet u korpi msemmija fl-Artikolu 5(1)(b)

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

1.

ABDULHAFIZ, Kurunell Mas'ud

Pożizzjoni: Kmandant tal-Forzi Armati

It-tielet fil-kmand tal-Forzi Armati. Rwol sinifikanti fl- Intelligence Militari.

28.2.2011

2.

ABDUSSALAM, Abdussalam Mohammed

Pożizzjoni: Kap ta' Kontra t-Terroriżmu, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Tripli, il-Libja

Membru prominenti tal-Kumitat Rivoluzzjonarju. Sieħeb

qrib ta' Muammar GADDAFI.

28.2.2011

3.

ABU SHAARIYA

Pożizzjoni: Viċi Kap, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Membru prominenti tar-reġim.

Ħaten Muammar GADDAFI.

28.2.2011

4.

ASHKAL, Al-Barrani

Pożizzjoni: Viċi Direttur, Intelligence Militari

Membru anzjan tar-reġim.

28.2.2011

5.

ASHKAL, Omar

Pożizzjoni: Kap, Moviment tal-Kumitati

Rivoluzzjonarji Post tat-twelid: Sirte, il-Libja

Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

28.2.2011

6.

QADHAF AL-DAM, Ahmed Mohammed

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: L-Eġittu

Kuġin ta' Muammar GADDAFI. Huwa mifhum li ilu mill-1995 jikkmanda battaljun elitista tal-armata responsabbli għas-sigurtà personali ta' Gaddafi u li għandu rwol ewlieni fl-Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna. Huwa kien involut fl-ippjanar ta' operazzjonijiet kontra dissidenti Libjani barra mill-pajjiż u kien direttament involut f'attivitajiet terroristiċi.

28.2.2011

7.

AL-BARASSI, Safia Farkash

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Al Bayda, il-Libja

Mart Muammar GADDAFI.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

8.

SALEH, Bachir

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Traghen

Kap tal-Kabinett tal-Mexxej.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

9.

TOHAMI, Ġeneral, Khaled

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Genzur

Direttur tal-Uffiċċju għas-Sigurtà Interna.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

10.

FARKASH, Mohammed Boucharaya

Data tat-twelid: 1 ta' Lulju 1949

Post tat-twelid: Al-Bayda

Direttur tal-intelligence fl-Uffiċċju għas-Sigurtà Esterna.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

11.

EL-KASSIM ZOUAI, Mohamed Abou

 

Segretarju Ġenerali tal-Kungress ġenerali tal-poplu; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

12.

AL-MAHMOUDI, Baghdadi

 

Prim Ministru tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

13.

HIJAZI, Mohamad Mahmoud

 

Ministru tas-Saħħa u l-Ambjent tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

14.

ZLITNI, Abdelhaziz

Data tat-twelid: 1935

Ministru tal-Ippjanar u l-Finanzi tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

15.

HOUEJ, Mohamad Ali

Data tat-twelid: 1949

Post tat-twelid: Al-Azizia (viċin Tripli)

Ministru tal-Industrija, l-Ekonomija u l-Kummerċ tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

16.

AL-GAOUD, Abdelmajid

 

Ministru tal-Agrikoltura u r-Riżorsi tal-Annimali u dawk Marittimi tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi.

21.3.2011

17.

AL-CHARIF, Ibrahim Zarroug

 

Ministru tal-Affarijiet Soċjali tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

18.

FAKHIRI, Abdelkebir Mohamad

 

Ministru tal-Edukazzjoni, l-Edukazzjoni Għolja u r-Riċerka tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

19.

ZIDANE, Mohamad Ali

 

Ministru tat-Trasport tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

20.

KOUSSA, Moussa Mohamad

 

Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

21.

MANSOUR, Abdallah

 

Kollaboratur mill-qrib tal-Kurunell Gaddafi, rwol ewlieni fis-servizzi tas-sigurtà u ex-direttur tar-Radju-Televiżjoni; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011”


ANNESS III

“ANNESS III

Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1)(a)

1.

QADHAFI, Aisha Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Bint Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

2.

QADHAFI, Hannibal Muammar

Numru tal-passaport: B/002210. Data tat-twelid: 20.9.1975. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

3.

QADHAFI, Khamis Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

4.

QADHAFI, Muammar Mohammed Abu Minyar

Data tat-twelid: 1942. Post tat-twelid: Sirte, il-Libja.

Mexxej tar-Rivoluzzjoni, Kmandant Suprem tal-Forzi Armati. Responsabbiltà li ordna r-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet, abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

5.

QADHAFI, Mutassim

Data tat-twelid: 1976. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Konsulent tas-Sigurtà Nazzjonali. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

6.

QADHAFI, Saif al-Islam

Direttur, Fondazzjoni Qadhafi. Numru tal-passaport: B014995. Data tat-twelid: 25.6.1972. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Dikjarazzjonijiet pubbliċi xewwiexa li jħeġġu l-vjolenza kontra d-dimostranti.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

7.

DORDA, Abu Zayd Umar

Direttur, Organizzazzjoni tas-Sigurtà Esterna. Fidil għar-reġim. Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011)

8.

JABIR, Ġeneral Maġġur Abu Bakr Yunis

Data tat-twelid: 1952. Post tat-twelid: Jalo, il-Libja.

Ministru tad-Difiża. Responsabbiltà ġenerali għall-azzjonijiet tal-forzi armati.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011)

9.

MATUQ, Matuq Mohammed

Data tat-twelid: 1956. Post tat-twelid: Khoms.

Segretarju għall-Utilitajiet. Membru anzjan tar-reġim. Involviment mal-Kumitati Rivoluzzjonarji. Fil-passat kien involut f'soppressjoni tad-dissens u l-vjolenza.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011)

10.

QADHAFI, Mohammed Muammar

Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011)

11.

QADHAFI, Saadi

Pożizzjoni: Kmandat tal-Forzi Speċjali

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

Data tat-twelid: 25.5.1973. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Numru tal-passaport: 014797.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011)

12.

QADHAFI, Saif al-Arab

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tat-twelid: 1982. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011)

13.

AL-SENUSSI, Kurunell Abdullah

Data tat-twelid: 1949. Post tat-twelid: is-Sudan.

Direttur tal-Intelligence Militari. Involviment tal-Intelligence Militari fis-soppressjoni tad-dimostrazzjonijiet. Passat li jinkludi suspett ta' involviment fil-massakru tal-ħabs ta' Abu Selim. Ikkundannat in absentia għall-bumbardament ta' titjira tal-UTA. Ħaten Muammar QADHAFI.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011)

Entitajiet

1.

Bank Ċentrali tal-Libja

Taħt il-kontroll ta' Muammar QADHAFI u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 10.3.2011)

2.

Awtorità tal-Investiment Libjan

Taħt il-kontroll ta' Muammar QADHAFI u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

magħruf ukoll bħala: Libyan Arab Foreign Investment Company (LAFICO) 1 Fateh Tower Office No. 99, 22nd Floor, Borgaida Street, Tripli, 1103 il-Libja

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 10.3.2011)

3.

Bank Barrani Libjan

Taħt il-kontroll ta' Muammar QADHAFI u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoi tal-UE: 10.3.2011)

4.

Portafoll ta' Investiment Libja Afrika

Taħt il-kontroll ta' Muammar QADHAFI u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

Jamahiriya Street, LAP Building, PO Box 91330, Tripli, il-Libja

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 10.3.2011)

5.

Korporazzjoni taż-Żejt Nazzjonali Libjana

Taħt il-kontroll ta' Muammar QADHAFI u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

Bashir Saadwi Street, Tripli, Tarabulus, il-Libja

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011”


ANNESS IV

“ANNESS IV

Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1)(b)

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

1.

ABDULHAFIZ, Kurunell Mas'ud

Pożizzjoni: Kmandant tal-Forzi Armati

it-tielet fil-kmand tal-Forzi Armati. Rwol sinifikanti fl-Intelligence Militari.

28.2.2011

2.

ABDUSSALAM, Abdussalam Mohammed

Pożizzjoni: Kap ta' Kontra t-Terroriżmu, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Tripli, il-Libja

Membru prominenti tal-Kumitat Rivoluzzjonarju. Sieħeb qrib ta' Muammar GADDAFI.

28.2.2011

3.

ABU SHAARIYA

Pożizzjoni: Viċi Kap, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Membru prominenti tar-reġim. Ħaten Muammar GADDAFI.

28.2.2011

4.

ASHKAL, Al-Barrani

Pożizzjoni: Viċi Direttur, Intelligence Militari

Membru anzjan tar-reġim.

28.2.2011

5.

ASHKAL, Omar

Pożizzjoni: Kap, Moviment tal-Kumitati Rivoluzzjonarji

Post tat-twelid: Sirte, il-Libja

Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

28.2.2011

6.

AL-BAGHDADI, Dr Abdulqader Mohammed

Pożizzjoni: Kap tal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Kumitati

Rivoluzzjonarji B010574

Data tat-twelid: 01.07.1950

Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

28.2.2011

7.

DIBRI, Abdulqader Yusef

Pożizzjoni: Kap tas-sigurtà personali ta' Muammar GADDAFI.

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Houn, il-Libja

Responsabbiltà għas-sigurtà tar-reġim. Storja ta' vjolenza kontra dissidenti.

28.2.2011

8.

QADHAF AL-DAM, Ahmed Mohammed

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: L-Eġittu

Kuġin ta' Muammar GADDAFI. Huwa mifhum li ilu mill-1995 jikkmanda battaljun elitista tal-armata responsabbli għas-sigurtà personali ta' Gaddafi u li għandu rwol ewlieni fl-Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna. Huwa kien involut fl-ippjanar ta' operazzjonijiet kontra dissidenti Libjani barra mill-pajjiż u kien direttament involut f'attivitajiet terroristiċi.

28.2.2011

9.

QADHAF AL-DAM, Sayyid Mohammed

Data tat-twelid: 1948

Post tat-twelid: Sirte, il-Libja

Kuġin ta' Muammar GADDAFI. Fit-tmeninijiet, Sayyid kien involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament responsabbli għal diversi mwiet fl-Ewropa. involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament Huwa mifhum ukoll li kien involut fl-akkwist ta' armi.

28.2.2011

10.

AL-BARASSI, Safia Farkash

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Al Bayda, il-Libja

Mart Muammar GADDAFI.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

11.

SALEH, Bachir

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Traghen

Kap tal-Kabinett tal-Mexxej.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

12.

TOHAMI, Ġeneral, Khaled

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Genzur

Direttur tal-Uffiċċju għas-Sigurtà Interna.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

13.

FARKASH, Mohammed Boucharaya

Data tat-twelid: 1 ta' Lulju 1949

Post tat-twelid: Al-Bayda

Direttur tal-intelligence fl-Uffiċċju għas-Sigurtà Esterna.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

14.

ZARTI, Mustafa

imwieled fid-29 ta' Marzu 1970, ċittadin Awstrijakk (nru tal-passaport P1362998, validu mis-6 ta' Novembru 2006 sal-5 ta' Novembru 2016)

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim u viċi kap eżekuttiv tal-‘Libyan Investment Authority’, membru tal-bord tal-Korporazzjoni Nazzjonali taż-Żejt u viċi president tal-First Energy Bank f'Bahrain.

10.3.2011

15.

EL-KASSIM ZOUAI, Mohamed Abou

 

Segretarju Ġenerali tal-Kungress ġenerali tal-poplu; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

16.

AL-MAHMOUDI, Baghdadi

 

Prim Ministru tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

17.

HIJAZI, Mohamad Mahmoud

 

Ministru tas-Saħħa u l-Ambjent tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

18.

ZLITNI, Abdelhaziz

Data tat-twelid: 1935

Ministru tal-Ippjanar u l-Finanzi tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

19.

HOUEJ, Mohamad Ali

Data tat-twelid: 1949

Post tat-twelid: Al-Azizia (viċin Tripli)

Ministru tal-Industrija, l-Ekonomija u l-Kummerċ tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

20.

AL-GAOUD, Abdelmajid

 

Ministru tal-Agrikoltura u r-Riżorsi tal-Annimali u dawk Marittimi tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi.

21.3.2011

21.

AL-CHARIF, Ibrahim Zarroug

 

Ministru tal-Affarijiet Soċjali tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

22.

FAKHIRI, Abdelkebir Mohamad

 

Ministru tal-Edukazzjoni, l-Edukazzjoni Għolja u r-Riċerka tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

23.

ZIDANE, Mohamad Ali

 

Ministru tat-Trasport tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

24.

KOUSSA, Moussa Mohamad

 

Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

25.

MANSOUR, Abdallah

 

Kollaboratur mill-qrib tal-Kurunell Gaddafi, rwol ewlieni fis-servizzi tas-sigurtà u ex-direttur tar-Radju-Televiżjoni; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011


Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Libyan Housing and Infrastructure Board (HIB)

Tajora, Tripli, Libja Numru ta' leġislazzjoni: 60/2006 mil-Libyan General People's Committee

Telefon: +218 21 369 1840

Fax: +218 21 369 6447

http://www.hib.org.ly

Taħt il-kontroll ta' Mouammar Gaddafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

10.3.2011

2.

Fonds de développement économique et social (FDES)

Qaser Bin Ghasher road Salaheddine Cross - BP: 93599 Libya-Tripoli

Telefon: +218 21 490 8893 –

Fax: +218 21 491 8893 –

Email: info@esdf.ly

Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Mouammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih.

21.3.2011

3.

Libyan Arab African Investment Company - LAAICO

Sit: http://www.laaico.com

Soċjetà maħluqa fl-1981

76351 Janzour-Libya. 81370 Tripoli-Libya

Tel:

Fax: 00 218 (21) 4893800 - 4891867

Email: info@laaico.com

Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Mouammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih.

21.3.2011

4.

Fondation Qadhafi pour les associations caritatives et le développement

Dettalji tal-amministrazzjoni: Hay Alandalus – Jian St. – Tripoli – PoBox: 1101 – LIBYE

Telefon: +218 214778301 –

Fax: (+218) 214778766;

Email: info@gicdf.org

Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Mouammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih.

21.3.2011

5.

Fondation Waatassimou

Ibbażata fi Tripli

Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Mouammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih.

21.3.2011

6.

Office général de la radio et de la télévision libyenne

Dettalji:

tel: 00 218 21 444 59 26; 00 21 444 59 00;

fax: 00 218 21 340 21 07

http://www.ljbc.net;

Email: info@ljbc.net

Tixwix pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza bil-parteċipazzjoni f'kampanji ta' misinformazzjoni dwar il-vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

7.

Corps des gardes révolutionnaires

 

Involuta fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

8.

National Commercial Bank

Orouba Street

AlBayda,

Libya

Telefon: +218 21-361-2429

Fax: +218 21-446-705

www.ncb.ly

In-National Commercial Bank huwa bank kummerċjali fil-Libja. Il-bank ġie stabbilit fl-1970 u hu bbażat f'AlBayda, il-Libja. Għandu lokazzjonijiet fi Tripli u AlBayda, u jopera wkoll fergħat fil-Libja. Huwa 100 % proprjetà tal-gvern u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim.

21.3.2011

9.

Gumhouria Bank

Gumhouria Bank Building

Omar Al Mukhtar Avenue

Giaddal Omer Al Moukhtar

P.O. Box 685

Tarabulus

Tripoli

Libya

Tel: +218 21-333-4035 +218 21-444-2541 +218 21-444-2544 +218 21-333-4031

Fax: +218 21-444-2476 +218 21-333-2505

Email: info@gumhouria-bank.com.ly

Sit elettroniku: www.gumhouria-bank.com.ly

Il-Gumhouria Bank huwa bank kummerċjali fil-Libja. Il-bank inħoloq fl-2008 permezz tal-inkorporazzjoni tal-banek Ummah u Gumhouria. Huwa 100 % proprjetà tal-gvern u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim.

21.3.2011

10.

Sahara Bank

Sahara bank Building

First of September Street

P.O. Box 270

Tarabulus

Tripoli

Libya

Tel: +218 21-379-0022

Fax: +218 21-333-7922

Email: info@saharabank.com.ly

Sit elettroniku: www.saharabank.com.ly

Is-Sahara Bank huwa bank kummerċjali fil-Libja. Huwa 81 % proprjetà tal-gvern u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim.

21.3.2011

11.

Azzawia (Azawiya) Raffinar

P.O. Box 6451

Tripoli

Libya

Tel: +218 023 7976 26778

http://www.arc.com.ly

Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

23.3.2011

12.

Ras Lanuf Oil and Gas Processing Company (RASCO)

Ras Lanuf Oil and Gas Processing Company Building

Ras Lanuf City

P.O. Box 2323

Libya

Tel: +218 21-360-5171 +218 21-360-5177 +218 21-360-5182

Fax: +218 21-360-5174

Email: info@raslanuf.ly

Sit web: www.raslanuf.ly

Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

23.3.2011

13.

Brega

Uffiċċju Prinċipali: Azzawia / Coast road

P.O. Box Azzawia 16649

Tel: 2 - 625021 - 023 / 3611222

Fax: 3610818

Telex: 30460 / 30461 / 30462

Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

23.3.2011

14.

Sirte Oil Company

Sirte Oil Company Building

Marsa Al Brega Area

P.O. Box 385

Tarabulus

Tripoli

Libya

Tel: +218 21-361-0376 +218 21-361-0390

Fax: +218 21-361-0604 +218 21-360-5118

Email: info@soc.com.ly

Sit web: www.soc.com.ly

Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

23.3.2011

15.

Waha Oil Company

Post tal-Uffiċċju:

Airport Road

Tripoli

Tarabulus

Libya

Indirizz Postali: P.O. Box 395

Tripoli

Libya

Tel: +218 21-333-1116

Fax: +218 21-333-7169

Telex: 21058

Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

23.3.2011”


Top