This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0169
Council Decision 2011/169/CFSP of 21 March 2011 amending Decision 2010/638/CFSP concerning restrictive measures against the Republic of Guinea
Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/169/PESK tal- 21 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea
Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/169/PESK tal- 21 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea
ĠU L 76, 22.3.2011, p. 59–60
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
22.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 76/59 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/169/PESK
tal-21 ta’ Marzu 2011
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-27 ta’ Ottubru 2009, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea (1), b’rispons għar-repressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà fuq dimostranti politiċi f’Conakry fit-28 ta’ Settembru 2009. |
(2) |
Fil-25 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/638/PESK (2) li ġġedded il-miżuri restrittivi sas-27 ta’ Ottubru 2011 u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK. |
(3) |
Id-Deċiżjoni 2010/638/PESK għandha tiġi emendata fid-dawl tas-sitwazzjoni politika u tar-Rapport mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta li kellha mandat biex tistabbilixxi l-fatti u ċ-ċirkostanzi dwar l-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Ginea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/638/PESK hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 3(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fi, jew it-transitu mit-territorji tagħhom tal-persuni identifikati mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala li huma responsabbli għall-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Ginea, u tal-persuni assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness.” |
(2) |
L-Artikolu 4(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għal, huma proprjetà ta’, huma miżmuma jew ikkontrollati mill-persuni identifikati mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala li huma responsabbli għall-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Ginea, u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.” |
(3) |
L-Anness għad-Deċiżjoni 2010/638/PESK hu sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 281, 28.10.2009, p. 7.
(2) ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10.
ANNESS
“ANNESS
Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikoli 3 u 4
|
Isem (u psewdonomi possibbli) |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni (data u post tat-twelid (d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport (Pass.)/karta tal-identità, eċċ.) |
Raġunijiet |
1. |
Kaptan Moussa Dadis CAMARA |
d.t.t: 01.01.64 jew 29.12.68 Pass: R0001318 |
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Ginea |
2. |
Kmandant Moussa Tiégboro CAMARA |
d.t.t: 01.01.68 Pass: 7190 |
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Ginea |
3. |
Kurunell Dr. Abdoulaye Chérif DIABY |
d.t.t: 26.02.57 Pass: 13683 |
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Ginea |
4. |
Logutenent Aboubacar Chérif (psewdonomu Toumba) DIAKITÉ |
|
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Ginea |
5. |
Logutenent Jean-Claude PIVI (psewdonomu Coplan) |
d.t.t: 01.01.60 |
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Ginea”. |