EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0160

2011/160/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanżjarju taż-ŻEE għall-perijodu 2009-2014, Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja dwar Mekkaniżu Finanzjarju Norveġiż għall-2009-2014, Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Islanda, li jikkonċerna dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-importazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea ta’ ċertu ħut u prodotti tas-sajd għall-perijodu 2009-2014, u Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u n-Norveġja, li jikkonċerna dispożizzjonijiet speċjali aplikabbli għall-importazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea ta’ ċertu ħut u prodotti tas-sajd għall-perijodu 2009-2014

ĠU L 69, 16.3.2011, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/160(1)/oj

Related international agreement
Related international agreement
Related international agreement
Related international agreement

16.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 69/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Marzu 2011

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanżjarju taż-ŻEE għall-perijodu 2009-2014, Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja dwar Mekkaniżu Finanzjarju Norveġiż għall-2009-2014, Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Islanda, li jikkonċerna dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-importazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea ta’ ċertu ħut u prodotti tas-sajd għall-perijodu 2009-2014, u Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u n-Norveġja, li jikkonċerna dispożizzjonijiet speċjali aplikabbli għall-importazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea ta’ ċertu ħut u prodotti tas-sajd għall-perijodu 2009-2014

(2011/160/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 217 flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/674/UE (1), il-ftehimiet u l-protokolli li ġejjin kienu ġew iffirmati f’isem l-Unjoni:

il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perijodu 2009-2014 u l-Anness tiegħu;

il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu għall-perijodu 2009-2014;

il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u l-Anness tiegħu;

il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja u l-Anness tiegħu.

(2)

Is-sostituzzjoni tal-mekkaniżmi finanzjarji eżistenti b’mekkaniżmi finanzjarji ġodda, li huma relattivi għal perijodi differenti ta’ żmien, ammonti differenti ta’ fondi u dispożizzjonijiet differenti ta’ implimentazzjoni, kif ukoll it-tiġdid u l-estensjoni ta’ konċessjonijiet relattivi għal ċerti prodotti ta’ ħut u prodotti tal-baħar, ikkunsidrati komplessivament, jikkostitwixxu żvilupp importanti tal-assoċjazzjoni mal-Istati taż-ŻEE u tal-EFTA, li jiġġustifika l-użu tal-Artikolu 217 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Dawn il-ftehimiet u protokolli għandhom jiġu konklużi,

ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn il-ftehimiet u l-protokolli li ġejjin huma b’dan approvati f’isem l-Unjoni:

il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perijodu 2009-2014 u l-Anness tiegħu;

il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2009-2014;

il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u l-Anness tiegħu;

il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja u l-Anness tiegħu.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar il-persuna li jkollha s-setgħa li tiddepożita f’isem l-Unjoni l-att ta’ approvazzjoni previst f’kull wieħed mill-ftehimiet u l-protokolli addizzjonali, sabiex ikun espress il-kunsens tal-Unjoni li tintrabat.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

CZOMBA S.


(1)  ĠU L 291, 9.11.2010, p. 1.


Top